Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Zewg atleti zghazagh Maltin jattendu ghall-Akkademja Olimpika fil-Grecja

E-mail Print PDF
Share

dsv_2kjKitba ta' Tiziana Apap u Nigel McCarthy

“Ftakar tkun xi tkun il-qawwa ta’ gismek, tkun xi tkun il-velocità ta’ saqajk, ahna lkoll poplu tal-oghla kwalità. Ghalkemm l-ideat Olimpici huma wirt storiku, il-moviment Olimpiku ma jappartjenix lill-imghoddi imma jappartjeni lill-futur u lil kull partecipant zaghzugh  nghidlu: inti l-futur u ahna nafdawlek il-futur ghalik u kif se tifformah? ”

Nisimghu dawn il-kliem minn Dr Sock Teo-Koh mill-Kumitat Olimpiku Nazzjonali ta’ Singapore u organizzatur tal-Loghob Olimpiku ghaz-zghazagh li gieghlna nirrealizzaw li konna se nibdew xi haga specjali, xi haga li se taffettwa lilna u lin-nies ta’ madwarna.

Hafna nies jistaqsuna kif kien il-vjagg ghal Olimpja, imma t-twegiba taghna hija dejjem li ma hemmx kliem li jista’ jiddeskrivi l-vjagg kollu. Hija wahda minn dawk l-affarijiet rari fil-hajja li trid tesperjenza biex tifhem l-emozzjonijiet li hassejna matul dan il-vjagg.

 

Is-suggett principali fil-lekcers kien Olympism u s-sub-topic specjali kien ‘Paci permezz tal-valuri Olimpici.’ Il-lekcers kienu jippromwovu l-ideali Olimpici fost il-partecipanti u kif ahna l-partecipanti nistghu nedukaw ohrajn fil-pajjizi rispettivi taghna.

Uhud mil-lekcerers l-aktar importanti kienu s-Sur Wilfried Lemke minn Nazzjonijiet Uniti li spjegalna kif il-programmi sportivi li jippromwovu l-paci madwar id-dinja, jistghu jiksbu fondi minn Nazzjonijiet Uniti, il-Princep Faisal Al Hussein tal-Gordan li tkellem dwar l-isforzi tieghu ta’ rikonciljazzjoni u rkuprar permezz tal-isport u s-Sur Edward Kensington, direttur tal-Moviment ta’ Solidarjetà Olimpika li spjegalna kif il-flus kollha tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali miksuba mill-drittijiet tat-televizjoni jigi eventwalment imqassam lura ghall-isports madwar id-dinja.

Lekcer iehor kien mis-Sinjura Irena Szewinska, rebbieha Pollakka, medalja tad-deheb fi tliet Olimpjadi li tkellmet dwar il-karriera sportiva taghha u serviet bhala ispirazzjoni specjalment ghan-nisa prezenti ghal raguni li hi kienet mara ta’ hafna successi f’età fejn id-drittijiet tan-nisa ma kienux imharsa kif suppost.

Wahda mill-aktar attività importanti li kellna kienet il-gruppi ta’ diskussjoni fejn kellna niddiskutu kif se nkunu qed nimplimentaw il-paci permezz ta’ valuri sportivi fil-pajjizi rispettivi taghna u niddiskutu l-ideat li nohorgu bihom. Dak li laqatna l-aktar f’dawn il-gruppi ta’ diskussjoni huwa li kellna l-opportunità li nisimghu l-opinjonijiet kritici min-nies differenti, minn pajjizi differenti u l-kritika taghhom dwar l-ideat taghna stess.

Attivitajiet ohra li kellna biex nithalltu aktar flimkien kienu tournaments sportivi, loghob, arti, kanzunetti, zfin, poezija u workshops tal-letteratura, u avvenimenti socjali numeruzi. Ippartecipaw f’dawn l-attivitajiet mal-200  partecipant minn 93 pajjiz differenti u ghalina din kienet esperjenza sabiha immens f’ambjent multikulturali, li sahhet il-fehma internazzjonali taghna u sahhet hbiberiji sbieh fostna il-partecipanti.

Zorna l-Akropoli fejn stajna naraw il-Pantheon u t-tempji mibnija ghall-allat Griegi, bhat-tempju ta’ Zeus u s-sit antik ta’ Olimpja fejn saru l-ewwel Loghob Olimpici fis-sena 776 qabel Kristu, li tawna fehma ahjar kif u ghaliex l-Olimpjadi kienu nholqu.

Issa gejna lura lejn Malta u b’motivazzjoni biex nispiraw lil ohrajn u mimlija ideat dwar kif se nxerrdu l-valuri Olimpici fl-isports rispettivi taghna u fi sport u ghaqdiet ohra.

Nixtiequ nirringrazzjaw lill-federazzjonijiet rispettivi taghna: dik tal-Judo u tal-Atletika u l-Kumitat Olimpiku Malti tal-opportunità u kif ukoll grazzi specjali lill-Awtorità Maltija tat- Turizmu li sponsorjatna bil-badges ta’ Malta biex niskambjawhom ma’ partecipanti ohrajn

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata