RAMONA PORTELLI din il-gimgha ltaqghet ma’ omm zaghzugha li ghandha tifel b’dizabilità, b’diffikultajiet biex jikkomunika ma’ haddiehor. Ommu, MARICA GATT, ilha ghal dawn l-ahhar snin,
tahdem fuq progetti biex tghin lilu u lil tfal ohra bhalu, sabiex inkunu nkluzi fis-socjetà.
Hafna huma konxji li fl-antik persuni b’dizabilità kienu jigu mohbija f’xi kantina ta’ xi dar. Mhux hekk biss imma anki kienu jigu ttrattati b’modi u manjieri hziena. Din kienet realtà sfortunata imma llum m’ghadekx tisma’ b’sitwazzjonijiet simili – almenu f’pajjizna.
Persuni b’dizabilita jisthoqqilhom rispett u drittijiet daqs kull bniedem iehor fis-socjetà. Dwar dan is-suggett tkellimt ma’ omm ta’ tifel li ghandu diffikultajiet severi ta’ komunikazzjoni. Marica Gatt laqghet it-talba tieghi ghal din l-intervista u fil-fatt iltqajna fil-kafeterija tal-lukanda, f’Ta’ Sliema.
Marica hija l-persuna li waqqfet l-Access to Communication and Technology Unit (ACTU) fid-Direttorat ghal Servizzi Edukattivi, u hadmet bis-shih fil-qasam edukattiv ghal studenti bi bzonnijiet individwali edukattivi.
Hija hadet sehem f’diversi konferenzi lokali u internazzjonali u kienet key-note speaker f’diversi konferenzi f’Malta. Kienet responsabbli ghal tahrig ta’ mijiet ta’ edukaturi fil-qasam tad-dizabilità u t-teknologija assistiva. Tat sehemha wkoll fi progetti ta’ importanza nazzjonali bhal progetti tat-text to speech engine bil-Malti, key-word signing, u progetti tal-Fondi Socjali Ewropej, fost l-ohrajn.
Barra minn hekk, Marica taghmel hafna xoghol volontarju u fil-hin liberu tghin ukoll Dar l-Arka u d-Dar tal-Providenza fl-uzu tat-teknologija assistiva. Marica rebhet diversi scholarships u qed tkompli d-dottorat fl-istess suggett ta’ komunikazzjoni awmentattiva u alternattiva.
halissa qed tikteb kapitlu ghal ktieb dwar l-inkluzjoni li ser jigi ppubblikat dalwaqt. Ftit ilu Marica hadet sehem f’kungress internazzjonali organizzat mis- Sacred Heart Alumini u ndirizzat it-tema tad-Dizabilità, Edukazzjoni, Eskluzjoni Socjali u faqar.
Ghandha 39 sena, mizzewga, toqghod Ta’ Sliema u tahdem mad-dipartiment tal-Kurriku u e-learning. Fil-hin liberu taghha Marica thobb tikteb il-muzika, filwaqt li tikkomponi wkoll. Barra minn hekk iddoqq il-kitarra, percussion u d-drums. Mhux l-ewwel darba ukoll li kitbet xi kanzunetta lil ohtha, l-kantanta Nadine Axisa u anke kienu fil-finali ta’ diversi festivals popolari lokali u barranin.
Bdiet billi ddeskriviet lilha nnifisha bhala persuna bi spirtu ta’ integrità, professjonali, umli u sinciera. “Barra minn hekk jiena tip ta’ persuna li naqbez ghad-drittijiet ta’ persuni li ma jistghux isemmu lehinhom”, bdiet tghidli determinata f’dak li qed tghid Marica.
Teknologija assistiva
Fil-prezent, Marica tghin tfal b’dizabilità jiksbu access ghall-kurriku permezz tat-teknologija assistiva. Hija sahqet mieghi li t-tfal b’dizabilità u l-qraba taghhom, ghaliha jigu l-ewwel u qabel kollox. “Mhux l-ewwel darba li mort ghand il-genituri wara l-hin tax-xoghol. Naghmel hekk ghax inhoss li ghandi nghinhom minn qalbi b’dedikazzjoni”.
Fuq kollox Marica hija omm ta’ tifel li ghandu bzonnijiet individiwali kumplessi. Hallejt lilha tispjegali ahjar dwar il-kuragg li rawmet fuq binha u fuq kollox l-izviluppi li rat fuq binha b’hafna determinazzjoni u xoghol minn naha taghha.
“Samuel ghandu 12-il sena u ma jitkellimx. Illum nista’ nghid li Samuel jikkomunika ma’ haddiehor permezz tas-sistema tas-sinjali u bl-apparat specjali assistiv li ghandu. Minn ckunitu hsibt li nara x’naghmel sabiex inkun ta’ ghajnuna ghalih. B’hekk bdejt ninteressa ruhi u ghalkemm kont digà gradwata bhala ghalliema, studjajt u gibt il-Master of Science. Maz-zmien bdejt anke niskopri sistemi li ma kinux jezistu Malta”, bdiet tghidli Marica.
Ziedet tghidli li llum il-gurnata hi tahseb li t-tifel taghha Samuel gie ghandha bi skop, ghax propju permezz tieghu stess hija ghenet mijiet ta’ tfal ohra.
B’wiccha minn quddiem, Marica tista’ tghid li kienet hi stess li ntroduciet sistemi u modalitajiet differenti ta’ komunikazzjoni. Dan kien precizament lura lejn is-sena 2005. “Kont bdejt nesperimenta, u kont nemmen f’dak li qed nfittex. Personalment hdimt hafna ghalih, u llum il-gurnata Samuel jinsab komdu u jista’ facilment jikkomunika mal-kumplament tas-socjetà. Meta ma jkunx jista’ jinftiehem bis-sinjali, ikun jista’ jkompli l-konversazzjoni tieghu permezz tal-communcation book jew inkella permezz ta’ dan l-apparat.”
Staqsejtha dwar il-koperazzjoni li Samuel isib mill-kumplament tal-familja – missieru u hutu. “Kemm ir-ragel u anke hutu kollha jinsabu hemm ghalih. Hutu trawmu u trabbew f’ambjent inklussiv u vera niggustahom kemm jiftahru b’huhom meta jiltaqghu ma’ shabhom. “This is Samuel, he can’t talk but he can use signs and a communication book” tghid Tiana meta tiltaqa’ man-nies. Tiana li ghandha biss erba’ snin, bilkemm taf tghid “communication book”, imma taf x’inhu ghax tuzah ma’ huha.
Ergajt qlibt id-diskussjoni tieghi dwar dan l-apparat hekk imsejjah Ultra Mobile PC. Fil-fatt infurmatni li gabitu hi permezz ta’ hafna ricerka li ghamlet. “Kont gibt il-PC minn pajjiz u s-software minn pajjiz iehor. “L-iskop tieghu huwa wkoll edukattiv, u fuq kollox sabiex lilu naghtih access ghal hajja aktar indipendenti. Jiena mxejt mal-principju li la emmint li jista’ jikkomunika, allura ridt naghtih dak li hu bi dritt - almenu b’dan l-apparat”.
Marica tishaq li l-intervenzjoni bikrija hija wahda krucjali. Dan ifisser li l-genituri m’ghandhomx jaqtghu qalbhom imma jaghmlu l-almu taghhom halli jghallmu ‘l uliedhom minn mindu dawn ikunu ckejknin.
“Illum ninsab kuntenta li ibni ghandu l-mezzi kollha li jaf juzahom meta jigi bzonnhom. Hafna jahsbu li jistghu jitghazznu b’dawn s-sistemi, imma fil-fatt ir-ricerka tghidilna bil-kontra, anzi hemm iktar cans ta’ zvilupp tal-lingwa jekk dawn is-sistemi jigu introdotti f’waqthom”.
Fl-ahharnett xtaqet twassal messagg ta’ tama lil dawk il-genituri ta’ tfal li ghandhom xi dizabilità sabiex ma jaqtghux qalbhom, u fuq kollox jirrikorru ghad-diversi servizzi li jigu offruti madwar il-gzejjer taghna.
Din l-intervista saret gewwa ‘The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|






