Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tkaxkir tas-saqajn

E-mail Print PDF
Share

Ftit wara l-elezzjoni generali li ghaddiet kien gie mahtur Kumitat Maghzul tal-Parlament bl-iskop li eventwalment igib riformi strutturali u tibdil fil-ligijiet li jsahhu d-demokrazija gewwa pajjizna. Im­ma l-esperjenza passata ta’ Ku­mi­tati Maghzula tal-Kamra ta’ din ix-xorta  b’agenda ambizzjuza bhal din, ma tantx tqanqal sens ta’ ot­ti­miz­mu. Bosta minn dawn is-Se­lect Committees spiccaw ma well­du xejn gdid, inkella welldu friegh ghomja.
Il-Kumitat Maghzul tal-Par­la­ment li kien gie varat sentejn ilu, minn dak li gie rappurtat fl-istampa, kien qed jimxi b’pass ta’ nemla, aktar ma jiltaqax milli jiltaqa’ u qajla kien qieghed jigi registrat xi progress.

Madankollu dan kien tista’ tghid l-uniku forum fejn setghu jigu diskussi liberament kwistjonijiet li huma krucjali ghat-thaddim tad-demokrazija gewwa pajjizna.

Minhabba c-cikcifogu li nqala’ wara l-votazzjoni fuq il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni dwar l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, dan is-Select Committee kien spic­ca mahruq fuq l-artal tas-sagrificcju.

Kieku l-Prim Ministru Gonzi  tassew ried jiehu x-xoghol ta’ dan il-Kumitat Maghzul bis-serjetà li kien jisthoqqlu, l-ewwel santu haga kien jizgura lid an il-Kumitat ma jispiccax stagnat, tant hu hekk kien ghamel perijodu twil meta lanqas biss kien qed jiltaqa’.

Kieku l-Gvern Nazzjonalista kien tassew genwin meta nieda din l-inizjattiva, wiehed kien jippretendi li appena l-Oppozizzjoni rtirat minn dan il-Kumitat bi protesta ghall-frejm-up li tal-PN ippruvaw jaghmlu fuq Justyne Caruana, Lawrence Gonzi kien imissu ghamel kull sforz possibbli biex jara kif se jigborha halli dan il-Kumitat jigi rikompost u jkun jista’ jkompli bix-xoghol tieghu.

Naturalment meta tifli x’suppost kien qieghed jigi diskus f’dan il-Kumitat Maghzul tal-Kamra, wah­dek tirrealizza ghalfejn dan il-Ku­mitat kien qed jimxi bis-sulluzzu.

Fost is-suggetti li suppost kienu qegh­din jigu ttrattati, kien hemm il-kwistjoni tahraq hafna ghad-demokrazija ta’ pajjizna – l-ghoti ta’ flus lill-partiti politici min-nies tan-negozju.  Dwar dan is-suggett il-PN ilu zmien u ghomor ikaxkar saqajh biex dwar din il-kwistjoni tahraq jibqa’ ma jsir xejn u nibq­ghu fejn ahna f’sitwazzjoni ta’ libertinagg u arbitrarjetà assoluta.

15-il sena ilu Dr. Eddie Fenech Ada­mi kien appunta dik li kienet baqghet tissejjah il-Kummissjoni Galdes, propju bl-iskop li jigi mfas­sal qafas legali dwar il-gbir ta’ flus mill-partiti politici u fuq kol­lox li tinholoq distinzjoni netta bejn donazzjonijiet genwini u ghotjiet ta’ flus li min-natura tagh­hom m’hu­ma donazzjonijiet xejn, imma jkollhom l-iskop li jinfluwenzaw lil min ikun qieghed jircevihom u li incidentalment ikollu l-poter li jinflu­wix­xi fuq l-ezitu tal-ghoti ta’ kuntratti pubblici u kon­cess­jonijiet varji.

Il-Partit Nazzjonalista fil-Kum­miss­joni Galdes qieghed or re­cord li kien propju minhabba l-prok­rastinazzjoni tieghu li din il-Kum­missjoni ma kienet waslet ghall-ebda konkluzjonijiet konk­re­ti li l-Parlament seta’ jagixxi fuqhom.

Ghaddew aktar minn 15-il sena minn dakinhar u ghadna fejn kon­na, anzi aghar minn fejn konna, ‘il ghaliex aktar m’ghadda zmien, il-partiti saru jibbazaw ferm inqas fuq il-hidma volontarja u fuq l-attivizmu tal-partitarji taghhom u saru jiddependu aktar fuq id-donazzjonijiet tal-kuntratturi u n-negozjanti. Propju ghalhekk suppost li kibret il-premura li f’dan ir-rigward ma nibqghux aktar f’sitwazzjoni ta’ min jiflah ihawwel u tal-arbitrarjetà assoluta.

Skont rapport tal-Kunsill tal-Ewropa li ghadu kif gie ppubblikat, Malta hija wiehed minn tliet pajjizi li jippermettu li jinghataw donazzjonijiet anonimi lill-partiti politici. Il-maggoranza kbira tal-pajjizi Ewropej jikkunsidraw dawn id-donazzjonijiet bhala illegali.

Ladarba f’Malta dawn id-donazzjonijiet mhumiex ikkunsidrati bhala illegali, lanqas ma ssir distinzjoni bejn donazzjonijiet genwini u “donazzjonijiet” li minn ewl id-dinja ghandhom jintgharfu li huma forma ta’ “investiment” jew xiri ta’ influwenzi jekk mhux ukoll tixhim bil-pulit jew inqas pulit.

Marbut ma’ dan kollu trid tikkunsidra wkoll il-fatt li l-istituzzjoni li taggudika l-kuntratti pubblici gewwa pajjizna, id-Dipartiment tal-Kuntratti, fix-xhur li ghaddew kien taht baraxx ta’ kritika qawwija dwar il-mod laxk, suspettuz jekk mhux ukoll abbuziv kif qie­ghed jopera, bl-akbar hasla tigi fir-Rapport tal-Awditur Generali dwar il-mod suspettuz kif inghata l-kuntratt ghall-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.

Fl-isfond ta’ dankollu, wiehed mill-kuntratturi ewlenin ta’ dan il-pajjiz, u fost l-aktar li jmaxtar minn dawn il-kuntratti pubblici u li fuq ammissjoni tieghu stess, huwa wiehed mill-finanzjatura tal-Partit Nazzjonalista, jqum u ajorqod fuq l-istess dghajsa mas-Segretarju-Generali tal-Partit fil-Gvern ghall-vaganza bejn sema u ilma, u quddiem sitwazzjoni bhal din, il-Prim Ministru Gonzi flok jagixxi, konvenjentement jippreferi li joqghod fommu sieket.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata