Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Jien prodott tal-Partit Laburista”

E-mail Print PDF
Sharebyron_camilleri_copyL-izghar sindku f’Malta Byron Camilleri jaqsam ma’ RITIANNE AGIUS l-esperjenza zghazugha tieghu fil-politika.
Byron Camilleri, ta’ 22 sena, huwa s-Sindku l-gdid tal-Fgura, u l-izghar sindku f’Malta u Ghawdex.

Trabba fil-Fgura stess m’ommu u ma’ huh, ghax missieru miet meta kien ghad kellu biss 10 snin. Attenda l-iskola primarja tal-Fgura u wara s-sekondarja ta’ St Elias College.

Bhal hafna zghazagh ohra mar il-Junior College u wara dahal l-Università fejn jistudja l-ligi. Illum Byron hu student u Sindku f’isem il-Partit Laburista.

Izda ghalfejn il-Partit Laburista?
Jien minix gej minn familja politika, izda min familja ta’ haddiema, fejn minn naha ta’ missieri kienu bdiewa u n-nannu tan-naha t’ommi kien bahri fin-Navy Ingliza. Fil-fatt il-politika hija xi haga gdida ghall-familja tieghi. Bdejt ninteressa ruhi fil-politika meta kelli madwar erbatax-il sena. Kont insegwi l-politika kuljum, anki sa tard bil-lejl, fi zmien l-elezzjoni tal-2003.
Meta miet missieri ndunajt kemm konna xxurtjati li f’Malta kien hawn servizzi socjali li gew mnedija mill-Partit Laburista  biex jghinu ‘l min ikun  f’diffikultà sakemm jerga’ jqum fuq saqajh.
Dawn il-mizuri ghenu lil ommi armla biex trabbi lili u lil hija u sabiex nibqa’ nistudja, minflok ma nohrog nahdem kmieni minhabba s-sitwazzjoni tal-familja tieghi.
Dak li nvesta fija l-Istat meta kont zghir, illum nista’ nroddu lura bit-triplu. Ghalhekk inhoss li jien prodott tad-decizjonijiet ghaqlin tal-Partit Laburista.

X’kien li gibdek lejn il-politika?
Il-politika zgur li ma hajjritnix minhabba l-flus. Bhala Sindku m’ghandix xi paga kbira, u biex inkun Sindku m’ghandix hin biex nipprattika l-ligi waqt li ghadni student, u ghalhekk qed nitlef mill-karriera tieghi legali, li zgur trendili izjed flus fil-futur.
Jekk kulhadd ihares lejn il-finanzi, ma jkollniex politici li jmexxu l-pajjiz, ghax zgur li finanzjarjament aktar jaqbillek tmexxi kumpannija privata. Izda bhal ma jghidu, l-politika hija missjoni. Missjoni li tidhol ghaliha ghax tkun thobb dak li taghmel, u tkun tixtieq taghmel il-gid u tghin lin-nies.
F’liema ghaqdiet kont involut s’issa?
Bdejt fil-Junior College bil-Pulse u fl-ewwel sena tal-Università hrigt ghall-elezzjoni tal-KSU. Wara dhalt ukoll fil-General Workers Union Youths li ghenitni hafna, u ghamilt zmien xtaqt sahansitra naqbad it-triq tat-trejd-unjonizmu fil-karriera tieghi.
Ghamilt sena fil-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh li, ghalkemm kienet esperjenza sabiha ghax hdimt ghaz-zghazagh u ltqajt ma’ nies godda, hassejt li l-iskop tal-KNZ ma giex milhuq. Dan ghaliex f’dawn l-ahhar snin il-KNZ kien mifni bi problemi interni, u sar wisq loghba politika.
Dis-sena waqqafna l-ghaqda Move - Progressive Students, li fost affarijiet ohra mexxiet il-kampanja kontroversjali dwar il-condom machine fl-Università. Din kienet appogjata wkoll mill-MMSA, l-ghaqda tal-istudenti tobba.

X’jahsbu l-familjari u l-hbieb dwar ir-responsabbiltajiet tieghek?
Kemm ili li lhaqt Sindku ommi bilkemm saret tarani, u anki mat-tfajla u l-hbieb ma tantx ikolli cans niltaqa’. Il-politika ssir hajtek, tant li taffettwalek hafna l-hajja personali tieghek. Certu affarijiet li jaghmlu zghazagh ohra jkollok toqghod lura minnhom… bhal meta lhaqt Sindku kelli nnehhi diversi ritratti minn Facebook, ghax malajr tistenna li xi hadd jehodhom u juzahom barra l-kuntest taghhom biex ipoggik f’lenti kerha bhalma ghamlu ta’ NET TV.
Shabi ta’ spiss kienu jiddiehku bija meta nkunu x’imkien u mmur nixtri l-gazzetti, ghax ma kienux jifhmuni. Izda issa drawni, u jinsabu kuntenti ghalija. Però jien xorta ma nqisx lili nnifsi bhala zghazugh normali, ghax nghiduha kif inhi, ma tantx issib zghazagh iffissati daqshekk fuq il-politika!

X’tahseb dwar il-fatt li ghadek daqshekk zghir u digà sirt Sindku?
Meta hrigt ghall-elezzjoni kelli l-ezamijiet tat-tielet sena biex nakkwista d-degree, u bhala kampanja bieb bieb m’ghamilt kwazi xejn.
Kelli nibbaza kollox fuq flyers, izda gibt voti izjed milli stennejt. Nahseb li kemm ilu mexxej Joseph Muscat il-poplu qed ihares lejn iz-zghazagh min lenti differenti. Permezz ta’ Joseph Muscat, li ghandu l-potenzjal li jkun il-Prim Ministru li jmiss, il-poplu qed jara lilna z-zghazagh bhala l-mexxejja prezenti, u mhux dawk futuri biss.

Ghandek xi messagg ghall-Fgurin?
Kien hawn xi bidliet fil-Fgura f’mumenti li ma tantx kienu sbieh. Però jien u l-Partit Laburista nserhhu mohh kullhadd li l-bidliet saru ghall-ahjar. Lill-Fgurin nghidilhom li fit-tliet snin li gejjin jien ha nkun qed nahdem b’ilsieni barra biex intejjeb is-sitwazzjoni ta’ dan ir-rahal, u ha naghmel minn kollox biex din ir-responsabbiltà li giet moghtija lili bhala Sindku tkun ta’ success. Ma nistax infalli.

Kif tara lilek innifsek ghaxar snin ohra?
Sa dak iz-zmien nittama li jkolli karriera stabbli bhala avukat, u jkolli l-ufficcju tieghi hawnhekk gewwa l-Fgura, ghax il-Fgura nhobba hafna. Nixtieq inkun man-nies li trabbejt u dejjem ghext maghhom. Forsi nkun izzewwigt u forsi jkolli t-tfal ukoll, min jaf?

Staqsejtu jekk ikollux ukoll xi annimal domestiku…
Iva, jkolli kelb zgur. Inhobbhom hafna l-annimali. Meta kont zghir xi familjari kellhom razzett, u kont inqatta’ hafna hin hemm mal-moghoz u l-annimali. Bhalissa d-dar ghandna Dalmatian, Fox Terrier, Persian, kanal, u anki Kukatier li kapaci jsaffar lin-nisa!
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata