Wednesday
Feb 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Is-suwicidji qeghdin jizdiedu?

E-mail Print PDF
Share

kevin-mercieca-editur-l-isfera_copyFis-sena 2002 naraw li kien hemm 19-il kaz ta’ suwicidju, fis-sena 2003 telghu ghal 20, fis-sena 2004 telghu ghal 24, fis-sena 2005 nizlu ghal 18, fis-sena 2006 telghu ghal 26, is-sena ta’ wara rega’ kien hemm 26, waqt li fis-sena 2008 kien hemm tnaqqis bl-ammont ikun ta’ 14.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009, is-suwicidji regghu telghu u kien hemm 19-il kaz.  Din ir-ricerka kienet dehret fuq gurnal lokali ftit tax-xhur ilu u jkolli nistqarr li bqajt allarmat b’dak li kont qrajt peress li ma kontx rajt qabel ic-cifri f’pajjizi ohra Ewropej.

Ghalkemm fl-ahhar snin Malta esperjenzat zieda f’suwicidji li saru minn Maltin u Ghawdxin, madankollu hu fatt maghruf li s-suwicidji fl-Ewropa naqsu filwaqt li l-pajjizi Mediterranji ghandhom rati anqas baxxi.  Jien nirraprezenta liz-zghazagh u b’hekk nista’ nitkellem dwar kazijiet li jikkoncernaw lilna z-zghazagh.

Wiehed ghandu mnejn jistaqsi – x’qieghed jigri u ghaliex is-suwicidji fost iz-zghazagh zdiedu f’dawn l-ahhar ghoxrin sena?  Issib min jibqa’ sorpriz u jghidlek, l-adoloxxenza u z-zghozija huma l-isbah zminijiet ta’ hajjitna u b’hekk jaraha stramba li guvni jew tfajla jkunu mdejjqin f’dan iz-zmien partikolari f’hajjithom.  Sa certu punt naqbel ma’ min huwa ta’ din il-fehma, izda xorta wahda trid tara l-istampa kollha – jista’ jkun li l-isfond familjari tal-individwu qieghed ikissirlu hajtu, xeba’ jara glied bejn il-genituri tieghu jew sahansitra gie jew ghadu jigi ibbulijat mill-familjari tieghu.

Jista’ jkun li persuna tkun giet abbuzata u ghalkemm ghaddew is-snin, psikologikament tkun ghadha ma fiqitx.  F’dan il-kaz tidhol is-sahha mentali -  fil-fatt hu kkalkulat li f’pajjizna hawn xejn inqas minn 11.5% jew ftit aktar minn 35,000 li jbatu bid-dipressjoni (dawn ma jinkludux zghazagh biss).

Minn dawn 30 fil-mija biss jiehdu l-kura u din hija xi haga inkwetanti hafna u li zgur fil-futur ghandha naghmlu pjan holistiku u nahdmu dwarha.  Tajjeb li wiehed jistaqsi ghaliex il-Gvern sena wara l-ohra ma jippruvax itejjeb id-Dipartiment tal-Psikjatrija la jaf li hawn eluf ta’ persuni li jehtiegu dan is-servizz essenzjali.


Fid-dawl ta’ dan kollu jista’ jkun hemm nies li mhux qeghdin jiehdu l-kura ghax ma jifilhux imorru ghand psikologu jew psikjatra privat jew minhabba li l-pilloli hafna drabi jekk ma jiktiblikx ittra l-psikjatra tieghek ikollok thallas ghalihom ukoll.

Fattur iehor li mir-ricerka li ghamilt jidher li qieghed iwassal biex aktar zghazagh iwettqu suwicidji, hija l-orjentazzjoni sesswali – minkejja l-hafna kampanji li jsiru fuq LGBT, xorta wahda ghadek ssib persuni li ma jaccettawx li huma bisesswali jew omosesswali u dan qieghed iwassal ghal ansjetà, solitudni, dipressjoni u sfortunatment hafna drabi anki suwicidji.

Barra minn hekk issib whud li ghalkemm ikunu eterosesswali, jibzghu li jistghu jkunu omosesswali, fil-verità minhabba li jibdew jiffissaw fuq certi azzjonijiet li jkunu sarulhom qabel f’hajjithom.

Il-parir tieghi lil dawn iz-zghazagh hu biex jifthu qalbhom ma’ nies li jistghu jghinuhom. Il-genituri mhux dejjem jistghu jkunu effettivi, anzi xi kultant ikunu aktar distruttivi fil-konfront tal-individwu.

Ghalhekk huwa tajjeb li nitkellmu ma’ psikologi u jekk hemm bzonn naghmlu ricerka zghira dwar dak li jkun qieghed ibezzaghna.  Meta tara li eluf ohra ghaddejjin mill-istess sitwazzjoni tieghek, taghmel hafna kurragg.

 

Is-suwicidji biex jonqsu hemm bzonn li minn ckunithom it-tfal u l-genituri jikkomunikaw bejniethom u l-aktar haga vitali hi li l-genituri juru lil uliedhom li huma lesti li jisimghhom f’kull mument.

Il-gvern centrali jista’ jahdem ukoll b’mod aktar koerenti f’dan ir-rigward billi jindirizza aktar il-problemi li qeghdin iwasslu ghas-suwicidji u jkun hemm moniteragg kull sena biex naraw x’progress jkun sar.

www.kottoner.com/sfera.html
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Showers Sunny Partly Cloudy Partly Cloudy
9C 13C 14C 13C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata