Normalment is-sewqan tal-muturi huwa aktar assocjat mal-irgiel. Dan is-sewqan jitqies ukoll bhala wiehed perikoluz, u ta’ min wiehed joqghod ’il boghod minnu. Ghal ANITA D’AMATO li ssuq il-mutur huwa zvog u passatemp mill-aqwa li xi kultant jista’ jsarraf f’gest nobbli biex tinghata ghajnuna finanzjarja lil min hu fil-bzonn. RAMONA PORTELLI ltaqghet maghha.
Diversi huma dawk li fil-hajja jfittxu xi tip ta’ sodisfazzjon jew kuntentizza. Hemm min isib l-izvog tieghu f’xi gym, kazin, futbol, karozzi u muturi, u hafna u hafna delizzji ohra fl-lista ma tispicca qatt. Ghall-intervista tal-lum ghazilt li nintervista persuna ffissata hafna fuq il-muturi.
Forsi aktar tahseb li ntervistajt xi guvni jew ragel, izda din id-darba sibt tfajla li hija ffissata bil-kbir fuq il-muturi specjalment dawk imsejjha racers, tant li xtrat u ssuq wiehed minnhom.
Jisimha Anita D’Amato, ghandha 30 sena, toqghod Pembroke, tahdem bhala receptionist u hija single.
“Inhobb inhares lejn il-lat pozittiv tal-hajja, u ovvjament iffissata hafna fuq il-muturi, u anke dilettanta tal-futbol,” bdiet tghidli Anita hekk kif iltaqghet mieghi ghal din l-intervista f’kafeterija f’Ta’ Sliema.
Stajt nkompli nikkonferma l-fissazzjoni taghha fuq il-muturi hekk kif waqt l-intervista ghaddew xi tliet muturi minn hdejna, u dlonk Anita bdiet idawwar rasha biex tittawwlilhom. Litteralment ma jistax jghaddi mutur li ma tiflihx sew bir-reqqa!!!
Qatt ma basret li ser tkun sid ta’ racer
Anita bdiet tghidli li ilha ffissata fuq il-muturi minn mindu kienet zghira. “Però qatt ma bsart li ser nasal biex ingib il-licenzja u jkolli mutur. Il-mutur tieghi issa ilu ghandi tliet snin u huwa l-ewwel mutur ta’ hajjti. Bdejt mill-ewwel fuq il-kbir, ghax mal-ewwel bdejt insuq racer”, bdiet tghidli Anita.
Madankollu, ma jfissirx li l-mutur huwa l-uniku mezz ta’ transport ghal Anita. Fil-fatt ghandha karozza wkoll. “Il-mutur inhobb nuzah ghall-pjacir u l-karozza qieghda hemm ghall-bzonn, almenu fil-kaz tieghi,” tbissmet tghidli.
Ziedet tghidli li meta tkun qed issuq, thossha tistrieh ghall-fatt li huwa zvog ghaliha.
“Meta nghid zvog minix infisser ghall-gas, izda serhan kbir bih. Fil-fatt huwa l-aktar passatemp ghal qalbi li ghandi. Il-mutur huwa kwazi kollox ghalija. Inhoss li l-mutur huwa mportanti hafna, imma xorta wahda hemm mumenti fejn ikolli nwarrbu ghal ragunijiet personali bhal meta per ezempju nkun qed nohrog ma’ xi guvni. Qieghda wkoll fi grupp ta’ bikers”, kompliet tghidli Anita.
It-tip ta’ mutur li ghandha Anita jissejjah Hyosung GT 250 (Racer). Tghidli li tixtieq tkabbar izda minhabba nuqqas ta’ finanzi taghzel li tibqa’ tgawdi dak li ghandha fil-prezent. Nistaqsiha thossux bhala mutur goff ghal tfajla, u tikkonfermali li l-anqas xejn ma tarah goff, almenu ghaliha !!
Titghallem issuq il-mutur bil-mohbi
Xtaqt inkun naf kif bdiet din l-avventura taghha sakemm waslet biex xtrat dan il-mutur tant ghal qalbha.
“Minn dejjem kont nghid li rrid nmur ghal imqar lezzjoni wahda tal-mutur halli nghid inkun soqt mutur. Meta bdejt immur ghall-ewwel darba, iddecidejt li nkompli bil-lezzjonijiet. Dan kont naghmlu bil-mohbi. Niftakar kont immur ghal-lezzjonijiet waqt il-hin tal-break tax-xoghol. F’siegha break kont inqatta’ kwarta mixi sa ma nasal fuq il-post, nofs siegha lezzjoni, u kwarta ohra sabiex immur lura x-xoghol. Niftakar li lejliet l-ezami, kont ghedt lil tax-xoghol tieghi biex jghiduli good luck, bla ma kienu ghadhom jafu ghalxiex ezatt. Mill-ezami kont ghaddejt mal-ewwel u gimghatejn wara kont xtrajt il-Hyosung li ghadu ghandi sal-lum,” irrakkontatli Anita.
Hawnhekk Anita bdiet tesprimi ruhha aktar mieghi fejn qaltli li hafna ohrajn ghandhom delizzji ohra u li hi ghandha d-delizzju tal-muturi.
“Jista’ jkun li hafna jahsbuha differenti dwari, izda jiena nhoss li bhalma ohrajn ghandhom delizzji validi ohra, l-istess jiena nhoss li d-delizzju tieghi huwa wiehed validu. Sfortunatment ghad hawn hafna li jiggudikaw lill-bikers bhala persuni keshin. Nista’ nikkonferma li mhux veru,” sahqet Anita.
Hawnhekk kompliet tghidli li mal-grupp ta’ bikers li qieghda maghhom hi stess, ta’ spiss jiltaqghu ghal rides specjalment fil-weekends.
“Generalment niltaqghu s-Sibtijiet ghal xi ride wara nofsinhar, u anke l-Hdud filghodu fejn inqattghu xi hin flimkien Golden Bay, u mhux l-ewwel darba wkoll li nattendu lkoll flimkien ghal xi charity ride. Waqt dawn ir-rides jingabru flus ghall-karità, daqqa ghall-annimali u daqqa ghal xi persuni fil-bzonn.”
Anita ziedet tghidli li mill-grupp ta’ bikers li tkun maghhom, litteralment sabet hbieb ta’ veru u mhux just bikers. Ikkonfermatli wkoll li generalment hi tkun l-unika mara tal-grupp, ghalkemm xi kultant tattendi ohra maghhom.
Meta staqsejtha, jekk timmaginax hajjitha minghajr mutur, Anita wegbitni, “Lanqas nohlomha. Ghalija l-mutur huwa relaxing hafna. Kulhadd ghandu xi zvog f’hajjtu. Jien ghalija l-izvog huwa l-mutur,” regghet insistiet bi kliemha Anita.
Dwar jekk tahsibx li tfajliet ohra jharsu lejha b’mod differenti, Anita ma dehritx certa fit-twegiba taghha, ghalkemm qaltli li tahseb li hemm min jammiraha u hemm min forsi tbezzghu l-affari.
“Hu x’inhu l-kaz ta’ kif iharsu lejja, nheggeg lil tfajliet ohra jaghmlu kuragg u jibdew japprezzaw aktar il-muturi, u ma jiddejqu xejn.”
Kompliet tghidli li hi temmen li l-body tal-mutur huwa l-persuna li jkun hemm fuqu. B’hekk tajjeb li wiehed ikun protett mill-aktar li jista’.
“Fil-kaz tieghi nara li nkun armata sew fl-ilbies. Fil-fatt meta mmur ride inkun liebsa zarbun apposta, ingwanti, u helmet fost ohrajn. F’kelma wahda nara li qabel ma nsuq il-mutur, inkun protetta minn kull periklu kemm jista’ jkun”.
Ma stajtx ma nsemmix ma’ Anita, l-fatt li wara isimha thobb izzid il-kelma biker. Qed nirreferi ghall-email u facebook taghha.
“Tant jiena kburija li jiena biker, li nhobb nuza l-kelma kemm jista’ jkun f’kull haga konnessa mieghi”, tbissmet tghidli Anita.
Fl-ahharnett tal-intervista, bhala biker, Anita qasmet mieghi xewqa, dik li tixtieq li f’Malta jkollna tracks ghall-muturi, fejn biker jista’ jmur hemm u jiddeverti liberament fl-apert.
“Nixtieq ukoll nara aktar rispett fit-toroq, specjalment minn sewwieqa ta’ karozzi lejn il-bikers. Naghmel appell ta’ kuragg ukoll lil dawk it-tfajliet li qed joqoghdu lura milli jesperjenzaw il-pjacir li jista’ jtik mutur”, temmet din l-intervista mieghi Anita.
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Tas-Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|






