L-attakk frontali li gie mmuntat minn Ivan Camilleri kontra Lawrence Gonzi fil-gazzetta barranija The European Voice, qieghed jinghata diversi interpretazzjonijiet interessanti u intriganti.
Fl-artiklu tieghu Camilleri sejjah lil Gonzi bhala politiku assedjat u ffrustrat, li qed ikollu jithabat biex ixejjen id-dissens intern fil-partit tieghu u li qed jara l-popolarità tieghu qed tixxotta.
Ivan Camilleri kompla jghid li “It-tmexxija ta’ Gonzi kull ma jmur saret inqas certa minnha nnifisha, u jezistu sinjali li dan qieghed isir prigunier fil-kastell tieghu stess, fejn filwaqt li qieghed jiehu decizjonijiet immirati bl-iskop li jipplaka d-dissens intern, huwa qieghed ibieghed aktar u aktar lilu nnifsu mill-bzonnijiet ta’ kuljum ta’ pubbliku ezigenti”.
Camilleri sostna wkoll li “b’maggoranza ta’ siggu wiehed fil-Parlament, Gonzi spicca hela hafna mill-hin tieghu jiggieled hgejjeg mqabbda fi hdan il-partit tieghu minn deputati li gew moghtija l-genb fl-ghazla tal-Kabinett tieghu”.
Skont Ivan Camilleri, il-possibbiltajiet li Gonzi jirbah l-elezzjoni li jmiss huma negligibbli
Xejn ta’ barra minn hawn f’dak li ntqal minn Ivan Camilleri, imma li hu kemxejn straordinarju f’dak li ntqal huwa li qalu min qalu. Meta tikkonsidra li Ivan Camilleri ghamel zmien twil jitqies bhala qrib hafna ta’ Richard Cachia Caruana u l-fatt ukoll li l-istess Ivan Camilleri flimkien ma’ huh Alan, kienu strumentali biex tigi skreditata l-kandidatura tal-eks- Ministru John Dalli ghat-tmexxija tal-PN, is-sors ta’ dan l-attakk frontali fuq Gonzi, ta’ bilfors li jqanqal hafna suspetti u spekulazzjoni.
Jista’ jkun mod wiehed biex tingibed l-attenzjoni ta’ Gonzi biex ibiddel l-ghazliet tieghu f’dik li hija strategija u tan-nies identifikati biex imexxu din l-istess strategija. L-ghazla ta’ Pawlu Borg Olivier bhala Segretarju Generali tal-PN qieghda titqies bhala wahda mill-aktar ghazliet dizastruzi li ghamel Gonzi minn kemm ilu Kap tal-Partit.
Il-ftuh ta’ dan il-front ta’ kritika qawwija ghal Gonzi gejja minn xi hadd li sa jumejn ilu kien ikkunsidrat bhala lealissimu ghal Gonzi, jista’ jindika wkoll li qed jinhmew pjanijiet li jmorru lil hinn milli semplicement jigi mwarrab jew moghti l-genb xi hadd bhal Pawlu Borg Olivier.
L-imbekkati ta’ Ivan Camilleri fuq The European Voice jistghu jkunu biss tinbix biex Gonzi jinghata l-messagg li ma jistax jghaddi minghajr ic-centurjuni l-antiki tieghu bhal Cachia Caruana u Alan Camilleri.
Inkella l-affarijiet ghall-Partit Nazzjonalista tant jinsabu hazin u Gonzi tant miss il-qiegh u qed jitkaxkar mieghu illi mhux eskluz li jibdew isiru l-manuvri biex in-Nazzjonalisti jaghmlu xi wahda bhalma ghamlu l-Laburisti fl-Awstralja, illi meta rrealizzaw li b’Kevin Rudd kien hemm probabbiltà qawwija li jitilfu l-elezzjoni, ma ddejqu xejn inehhuh minn prim ministru u minfloku jaghmlu lil Julia Gillard.

| < Prev | Next > |
|---|






