L-attakki malizzjuzi li saru minn parti mill-media, partikolarment mill-media tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront tad-Deputat Laburista l-Professur Anthony Zammit, sfumaw fix-xejn hekk kif il-Bord ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku (PSC), sab lil Profs. Zammit mhux hati tal-ebda wahda mill-akkuzi migjuba kontrih.
F’Mejju li ghadda l-Professur Zammit kien gie akkuzat minn infermiera li waqt intervent kirugiku kien gab ruhu maghha b’mod aggressiv. Il-media Nazzjonalista kienet infexxet f’attakki malizzjuzi fil-konfront ta’ Zammit, bl-iskop li thammeg l-integrità tieghu u tal-Partit li jirraprezenta.
B’reazzjoni ghad-decizjoni li nghatat favur tieghu, il-Profs. Zammit meta gie ntervistat ilbierah sostna li: “Dan kien frame-up, u din kienet mahduma biex tal-PN jippruvaw jiddevjaw l-attenzjoni tan-nies mill-hmieg li ghandhom huma.
Il-Partit Nazzjonalista qed jitlef il-kreddibilità tieghu meta jaghmel dawn l-affarijiet.”
Minn naha tieghu l-Partit Laburista stqarr li “Ir-rapport tal-Bord tad-Dixxiplina jikkonferma l-kredibbiltà, l-onestà u l-integrità professjonali tal-Professur Zammit.”
Il-Bord tad-Dixxiplina sema’ diversi xhieda fosthom dik ta’ infermiera gdida li allegat li l-Professur Zammit gab ruhu maghha b’mod aggressiv.
Izda hadd mis-sebgha xhieda li dehru quddiem il-Bord tad-Dixxiplina, u li lkoll kienu prezenti fl-operating theatre jassistu fl-operazzjoni, ma raw lil Profs. Zammit jaghti bis-sieq jew jimbotta xi barmil lejn din il-persuna kif allegat hi.
Il-Profs. Zammit fix-xhieda tieghu quddiem il-Bord qal li huwa kien ilmenta li l-infermiera ghandhom jigu mghallma l-proceduri tal-operating theatre qabel ma jigu assenjati biex jassistu fl-operazzjonijiet.
Il-Bord tad-Dixxiplina ikkonkluda li r-rimarka tal-Professur Zammit dwar it-tahrig lin-nurses kienet indirizzata lis-sistema tat-tahrig li qed jinghataw in-nurses fil-prezent u mhux lejn il-persuna individwali.
Barra minn hekk, hadd mix-xhieda imressqa quddiem il-Bord, li lkoll kienu prezenti ghall-operazzjoni, bl-eccezzjoni tal-persuna li ressqet l-ilment, ma ddeskriva l-kondotta tal-Professur Zammit bhala arroganti jew abbuziva.
Fir-rapport tieghu mahrug fis-16 ta’ Awwissu 2010, il-Bord tad-Dixxiplina ghalhekk iddikjara lill-Professur Zammit mhux hati tal-akkuzi migjuba kontrih.

| < Prev | Next > |
|---|






