Hafna zghazagh joholmu li xi darba jew ohra jaghmlu isem ghalihom infushom fil-qasam tal-moda, kemm lokali u aktar u aktar dik internazzjonali. ALEX PSAILA, mudell, tkellem ma’ RAMONA PORTELLI dwar dan il-qasam u kif hu kien fortunat biex uza din il-linja fil-hajja tieghu.
Lill-personalità li ntervistajt illum, ili nafu minn ckuniti, ghall-fatt li trabbejna erba’ passi ‘l boghod minn xulxin f’San Gwann. Maz-zmien attendejt ukoll ghat-tieg tieghu. It-tnejn huma passat, fejn illum nirrealizza kemm itir iz-zmien minn fuqna. Qed nirreferi ghall-mudell Alex Psaila.
Kif jigri ghal hafna minna, kulhadd ifendi ghal rasu u eventwalment jaqbad it-triq tieghu. Fil-kaz ta’ Alex ghazel li jittanta xortih fil-linja tal-immudellar, u fil-fatt din ix-xorti tbissmitlu mhux hazin. Iltqajt mieghu f’kafetterija f’Tas-Sliema, f’gurnata xemxija gmielha. Mieghu ddiskutejt il-karriera tieghu tul iz-zmien mill-bidu nett sa fejn waslitu llum il-gurnata.
Alex ghandu 35 sena, llum jghix il-Mosta u mizzewweg. Bhala xoghol jahdem suldat mal-Forzi Armata ta’ Malta. Fil-hin liberu tieghu jhobb isegwi l-futbol, filwaqt li jinvolvi ruhu fid-drama u fl-immudellar. Mitlub jiddeskrivi lilu nnifsu, Alex ma damx wisq jahsibha biex jirrispondini. B’ton dicenti u kunfidenti wegibni, “Inhossni persuni kunfidenti, izda li noqghod ftit lura sakemm naqbad. Nikkunsidra lili nnifsi wkoll bhala bniedem ferriehi u li nkompli ma’ kulhadd.”
Ghal Alex l-immudellar huwa importanti f’hajtu. “Il-fatt li jlaqqani ma’ diversi persuni importanti u fuq kollox nies godda, jaghtini certu sodisfazzjon. Mhux hekk biss, izda l-immudellar jghin hafna lill-persuni biex minn self-esteem baxx jgholluh ghal wiehed ahjar.
Apparti hekk, min jirnexxielu jiehdu b’certa serjetà u forsi anke tidhol il-fortuna, l-immudellar jaf isir part-time tajjeb ghal dak li jkun. Niehu minni fiz-zmien li bdejt jiena, kienet tbissimitli l-fortuna, forsi ghaliex dak iz-zmien ma tantx kien hemm min jiehu l-immudellar bis-serjetà”, beda jfissirli Alex.
Minn informazzjoni li kont gbart dwar Alex, kont naf li ilu fix-xena tal-immudellar ghal dawn l-ahhar tnax-il sena. B’hekk ma stajtx ma nistaqsihx xi jzommu li jibqa’ ghaddej f’din il-linja.
“Propjament ma jirnexxilix nieqaf. Il-kuntatti ma jieqfux u b’hekk izommuni dejjem attiv,” tbissem jghidli Alex.
Kien misthi, izda l-fortuna tbissmitlu
Iddiskutejt mieghu wkoll il-bidu tal-karriera tieghu fl-immudellar. “Meta kont izghar kont noqghod lura hafna u kont misthi wkoll. Darba kien hemm persuna li kien irrakkomandali nibda nimmudella. Niftakar kont bdejt nimmudella ma’ Noel Zarb, u kont hadt sehem fil-kalendarju u kont intghazilt ukoll. Hekk kif intghazilt, kont irrealizzajt li allura jiena kapaci. Maz-zmien kont bdejt nidhol ghall-kompetizzjonijiet. Ma dhaltx f’wisq. Fil-fatt ikkompetejt f’sitta. Li nista’ nghid ukoll li l-fashion shows qatt ma waqfu u b’hekk stajt nikkunsidra lili nnifsi bhala fortunat.”
Nibqa’ fuq il-fortuna u nikkonferma ma’ Alex li kien propju bis-sahha tal-immudellar li Alex iltaqa’ mal-mara tieghu Alexia. Fil-fatt, ghal xi zmien hi wkoll kienet timmudella, ghalkemm m’ghadhiex daqstant involuta daqs kemm ghadu Alex.
Matul il-karriera tieghu bhala mudell, Alex kellu hafna sodisfazzjonijiet, fosthom lura fis-sena 2005 kien rebah it-titlu bhala Best Male Model fil-Malta Fashion Awards, apparti d-diversi nominazzjoniet ghall-istess kategorija qabel dik is-sena u anke wara.
Ha sehem anke f’teledrammi lokali, fosthom Gizelle u Ipokriti, fost ohrajn. Mhux hekk biss, talli kien ha sehem f’diversi films barranin. Ta’ min isemmi ftit minnhom bhalma huma Terrible Hours, Julius Ceaser, Asterix and Cleopatra. Apparti dawn kollha, Alex ghandu certu unur li l-kantanta Barbara Alcindor tal-grupp French Affair kienet ghazlet lilu minn fost hamsin mudell iehor ghall-parti principali maghha fil-music video taghha tal-kanzunetta Sexy, li ghal dak iz-zmien kienet hit single kbira fuq MTV.
Jaghti lezzjonijiet lil
studenti mudelli
Illum il-gurnata, sehem Alex fix-sena tal-immudellar naqas, izda qed jahdem hafna minn wara l-kwinti fuq l-istess linja. Qed nghid hekk ghaliex illum il-gurnata Alex qed jaghti lezzjonijiet lil xi mudelli li javvicinawh u jaghti pariri konnessi ma’ catwalk u certu pozizzjonijiet, hars u mossi specjali li jintuzaw waqt fashion shows.
“Mhux l-ewwel darba li nigi offrut xi bicca xoghol konnessa ma’ modelling u bi pjacir tieghi nghaddiha lil xi student mudell tieghi. L-ikbar sodisfazzjon tieghi jkun meta nattendi u nsegwi l-istudenti tieghi u dawn imorru tajjeb fir-rizultati. Tista’ timmagina l-ferh li nhoss – aktar minn kieku nkun rbaht jien stess. Letteralment sodisfazzjon doppju,” fissirli entuzjast Alex.
Fil-fatt hawnhekk iddiskutejna flimkien il-lezzjonijiet li qed joffri lil mudelli godda taht l-isem Lexi Fashion Modelling. Infurmani li l-istudenti li qed jattendu ghandu mixjin b’ritmu tajjeb, tant ukoll li qed imorru tajjeb minn taht idejh. Xi haga li ammirajt f’Alex waqt li kien qed jispjegali dwar it-taghlim li qed jghaddi lil haddiehor, hija li l-lezzjonijiet joffrihom fuq bazi ta’ one-to-one.
“Minix it-tip li jkolli xi ghoxrin student. Nemmen li hekk se tintilef hafna l-attenzjoni individwali. B’hekk inhoss li meta nkun qed naghti pariri dwar kunfidenza, passi, catwalk u mossi, inkun nista’ naghti l-ahjar attenzjoni totali fuq il-mudell jew mudella li jkolli mieghi. Barra minn hekk nittrenja lill-mudelli li jattendu ghandi mhux biss ghall-pjacir u gost, izda intihom lura dak li jaghtuni, sabiex fl-ahhar mill-ahhar imorru tajjeb fix-shows li jippartecipaw”, spjegali bl-akbar serjeta Alex.
Ridt inkun naf l-opinjoni ta’ Alex dwar jekk jaqbilx li tfal zghar jibdew jimmudellaw minn ckunithom u fuq kollox liema hi dik l-età li jirrakomanda Alex li tfal ckejkna ghandhom jibdew jimmudellaw. “Il-parir tieghi huwa li tfal zghar hafna m’ghandhomx ghalfejn jidhlu ghall-kompetizzjonijiet. Min-naha l-ohra, minn hames snin ‘l fuq nemmen li t-tfal jistghu jibdew jiehdu gost bejniethom,” wegibni Alex.
Dwar jekk kienx hemm xi haga specjali li rnexxilu jikseb permezz tal-immudellar, apparti d-diversi titli li rnexxielu jakkwista, Alex fissirli li l-fatt li huwa rikonuxxut ma’ hafna persuni ohra jaghtih hafna sodisfazzjon. “Il-fatt li minix bniedem minsi f’pajjizna digà jaghmilni nhossni tajjeb matul dawn is-snin fix-xena tal-immudellar”, fissirli Alex.
Fl-ahharnett staqsejt lil Alex dwar jahsibx li Malta hiex pajjiz li rari hafna sabiex toffri mudell jew mudella futur garantit fl-industrija tal-immudellar.
“Fl-opinjoni tieghi nara li l-industrija Maltija ghadha xi ftit jew wisq lura. Fil-kaz tieghi nhoss li kelli ftit fortuna, ghalkemm insostni li kienet xi ftit iebsa wkoll. Kollox ma’ kollox nemmen li mudell jew mudella llum jridu jikkompetu f’diversi kompetizzjonijiet sabiex jistinkaw ghal isimhom stess u jxerrduh aktar ghar-rikonnoximent taghhom stess”, sahaq Alex propju fit-tmiem ta’ din l-intervista tieghi mieghu.
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|






