L-irwejjah li hergin mil-kumpless tal-Biccerija huma insopportabbli, tal-misthija u minghajr tlaqliq nghid li min hu responsabbli ghat-tmexxija ta’ dan il-kumpless imissu jkollu d-decenza li jirrizenja immedjatament. L-anqas ghandu ghalfejn jahsibha.
Dan nghidu b’responsabbiltà.
Biex nibda, l-intejjen li hergin mil-kumpless tal-biccerija ma huma xejn ghajr ir-rizultat ta’ annimali shah jew il-fdalijiet taghhom li jithallew hemm gozz. Skart li jdewwed u li jibda l-process ta’ dekompozizzjoni tieghu.
Din hija xi haga tal-misthija. Il-bini tal-Biccerija huwa proprju l-post minn fejn johrog il-laham frisk li jrid jispicca fuq l-imwejjed taghna.
Jaghmel sens illi post fejn suppost ikollok igjene assoluta jinbidel f’post fejn il-hmieg u l-iskart huma r-regola tal-gurnata?
Tista’ timmagina kemm sthajt meta xi gimghat ilu kont l-Italja u Taljan partikolari iddeskriva x’ra hemm gew. Huwa tal-misthija li l-Maltin, b’mod partikolari n-nies tal-Marsa, jigu mgeghla jsofru dawk l-irwejjah imma li tali sitwazzjoni tispicca tirbombja barra minn xtutna? Ma nafx kif il-Gvern ma jisthix.
Apparti dan hemm ingustizzja ohra. Kemm jigu b’meraq u karamelli dawk tad-Dipartiment tas-Sahha mas-self employed u dawk kollha nvoluti fin-negozju tal-ikel jew tal-bejgh tal-hut!?
Lil dawk involuti fil-bejgh tal-hut qattghulhom qalbhom. Iriduhom jonfqu l-eluf f’trakkijiet li mkien fid-dinja mas-sib bhalhom. Iriduhom bis-sinkijiet u x’ma nafx x’hiex. L-istess il-bejjiegha tal-laham jew tal-hobz. Citazzjoni fuq citazzjoni minhabba hsejjes kultant insinifikanti.
Imma fil-kumpless tal-biccerija le. Hemmhekk hadd minn tas-Sanità ma jasal. Tahlita shiha ta’ mikrobi fl-arja ma’ laham li suppost certifikat mija fil-mija mhux kontaminat. Imma kif tista’ tghid li mhux kontaminat meta madwarek hemm tant mikrobi minhabba l-karkassi u fdalijiet li jithallew jintnu u jitmermru fl-istess kumpless?
Ingustizzja u kif jghid l-Ingliz - two weights and two measures. Imbaghad hemm dawk tal-Health and Safety. Fejnhom dawn?
Hija xi haga mportanti s-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol, imma min-naha l-ohra mhux sew illi hemm kazi fejn din il-ligi tigi mplementata b’rigorozità kbira, filwaqt li f’postijiet ohra donnu dawn ir-regolamenti ma jezistux.
Post partikolari huwa l-Biccerija. Il-fatt illi l-haddiema tal-Biccerija huma esposti ghal sitwazzjoni ta’ intejjen, karkassi ta’ annimali u fdalijiet ohra ta’ annimali li jispiccaw fi stat ta’ dekompozizzjoni, huwa ta’ periklu kbir ghas-sahha u s-sigurtà tal-haddiema tal-Biccerija u anke tal-pubbliku in generali.
Imma ma jigri xejn u l-Gvern rieqed kien u rieqed ghadu.
Suppost investa fl-incineratur. Meta l-Gvern haseb biex jibni l-incineratur, dan kellu jiehu biss il-karkassi u fdalijiet tal-Biccerija.
Gara li saru emendi fl-istruttura biex jiehu xi skart iehor bhal dak mediku, imma r-rizultat x’inhu ? Qed ikollu jitwaqqaf ta’ spiss kemm minhabba xi manteniment jew inkella ghal xi raguni ohra, bil-konsegwenzi kollha li ggib mieghu l-inefficjenza tal-uzu tieghu.
B’hekk ibatu l-Marsin kif ukoll il-haddiema li ghandhom l-ghixien taghhom jiddependi minn hidma fil-Biccerija. Dan minkejja li l-incineratur gie nstallat, imma mhux ilahhaq. Mhux ilahhaq mhux ghax sar xi zball.
Le. L-incineratur kellu jiehu biss il-fdalijiet flimkien ma’ karkassi tal-annimali. Imma issa ma’ dan sirna nafu li zdied hafna skart iehor li qed jigi konsiderat bhala aktar perikoluz u ghalhekk qed jiehu priorità fuq l-iskart proprja tal-biccerija bil-konsegwenza illi l-iskart tal-biccerija qed jithalla fil-genb jikkawza l-irwejjah li qed jikkawza.
Dan huwa sinjal car ta’ Gvern skadut. Gvern li m’ghadux kapaci jaghraf it-triq li ghandu jiehu u li ghandu jghinuh ufficjali skaduti.
Wasal iz-zmien li l-Gvern iqum qawma mir-raqda li jinsab fiha u jiehu dawk il-passi kollha necessarji fejn jekk ikun il-kaz anke jbiddel u jnehhi d-dirigenti u mhux jippermetti illi Awtoritajiet ohra jonqsu milli jaqdu l-inkarigu taghhom b’detriment ghal sahhet in-nies.

Minn lana zammit, August 06, 2012
| < Prev | Next > |
|---|






