Hafna huma dawk dilettanti tal-kcina, u xi kultant jippruvaw ivarjaw l-ikliet taghhom b’xi ingredjenti specjali. Izda ghall-originalità u l-bravura, STEVE SCHEMBRI jiehu l-ewwel post. RAMONA PORTELLI ltaqghet mieghu, kemm biex idduq xi ikel, u kif ukoll biex tara kif dan ix-chef wasal biex sahansitra jigi mlaqqam “mignun”.
Il-laqam tieghu bhala crazy chef jixhed kemm verament huwa passjonali u fuq kollox uniku f’dak li johloq fit-tisjir tieghu.
Jekk forsi kontu qed tahsbu li hu xi mignun, nikkonferma jiena stess li hu mignun verament, izda fl-immaginazzjoni lejn dak li jista’ johrog u johloq mill-ingredjenti tal-ikel. Nista’ nikkonfermah ukoll ghaliex jiena stess doqt dak li jaf joffri Steve Schembri, li huwa chef b’tant dedikazzjoni lejn xoghlu.
Steve laqani ghal din l-intervista mieghu fil-kcina tieghu stess f’Tas-Sliema, fejn ta’ kuljum issibu jahdem hemm. Mhux biss staqsejtu d-domandi li kont hejjejt qabel ma mort ghal din l-intervista, izda wkoll stajt induq u napprezza aktar dwar dak kollu li kien qed ikellimni dwaru, u b’hekk stajt nifhem aktar din il-passjoni tieghu.
Steve ghad ghandu 31 sena, mizzewweg u llum jghix mal-familja tieghu Santa Venera. Ghalkemm xogholu jinvolvih hafna hidma specjalment fi tmiem il-gimgha, sahaq mieghi li l-granet tal-Hadd sar ma jahdimhomx sabiex ikun jista jqatta’ hin bizzejjed mal-familja tieghu.
Hekk kif bdejt nitkellem ma’ Steve, stajt ninnota fih persuna minn dawk li jissejhu happy go lucky, u kif qalli hu stess ihoss li huwa bniedem spontanju. Ihobb hafna l-muzika u mhux l-ewwel darba li ssibu b’xi kitarra f’idejh idoqq u jkanta dak li jigih f’mohhu (anke waqt din l-intervista daqq u kanta sabiex jurini t-talent l-iehor tieghu).
Mal-ewwel stajt nosserva l-passjoni kbira tieghu ghall-ikel u dak li johloq fit-tisjir. Fil-fatt mieghi qasam certa passjoni kbira dwar il-karriera tieghu, kif ukoll dwar dak li jhobb jivvinta u johloq mill-ikel. Mhux ta’ b’xejn maghruf bhala crazy chef ghax erhilu jivvinta u johloq platti bnini u strambi ghal xi whud, u fuq kollox unici li tant jinzlu ghasel ma’ hafna.
Isajjar il-ward u l-bram
Fl-atmosfera ta’ hdejn il-kcina tieghu stajt ninnota diversi firem ta’ persuni li daqu l-ikel tieghu u li fahhruh. Mhux hekk biss, izda l-maggoranza taghhom huma persuni prominenti specjalment fix-xena tal-muzika lokali u anke barranin. Insemmi ftit minnhom fosthom il-kantant Malti Marc Storace, membri mill-grupp Ingliz Paradise Lost, u xi membri ohra mill-grupp Therapy fost hafna ohrajn.
Waqt din l-intervista, stajt ninnota kemm huwa kreattiv f’xoghlu u li f’kemm ili nghidlek waqt li qed ikellimni, fl-istess waqt ikun qed jipprepara l-ikel sabiex idewwaqni. Infurmani wkoll li kultant zmien ihobb ivarja l-menu tieghu u ghalhekk dak li jkun dejjem ser jiekol xi haga gdida minn taht idejh.
“M’ilux ghal zmien San Valentinu kont sajjart il-ward, u anke kien hemm darba ohra fejn sajjart il-bram,” beda jghidli Steve.
Nistqarr li ghall-ewwel hsibtu qed jiccajta, peress li hu dak it-tip ta’ persuna, izda malajr ikkonfermajt dan kollu meta bl-akbar serjetà beda jispjegali kif il-fjuri (ward) kellu jiehu hsiebhom minn qabel sakemm spiccaw gol-forn u finalment fl-istonku ta’ dawk li kiluhom.
L-istess ghall-bram (jellyfish). Spjegali kif lil dawn l-ewwel inehhilhom il-velenu li jkun fihom u l-process jibqa’ ghaddej sakemm jispiccaw gol-borma tieghu u finalment jittieklu u jintghogbu minn kull min ikun daqhom.
Tkellimt mieghu dwar il-bidu tal-karriera tieghu, u nfurmani li jista’ jghid beda mix-xejn.
Ta’ tnax-il sena kien jitma restorant nies
“Bdejt nahdem fil-kcina minn mindu kelli 12-il sena. Illum ghandi 18-il sena esperjenza. Fil-bidu nett bdejt bhala dishwasher, u l-hsieb kien li ngemma xi haga tal-flus sabiex inkun nista’ nixtri l-apparat tal-muzika. Izda maz-zmien bdejt ninteressa ruhi fit-tisjir, u inzerta li jien persuna li dak li jaraw ghajnejja naghmlu! Mhux l-ewwel darba li kont nispicca l-assistent tax-chef ta’ fejn kont nahdem.
“L-istess chef kellu problemi relatati ma’ xorb u biex nghattilu mhux darba jew tnejn li kont nispicca nsajjar il-parti l-kbira tal-ikel.
“Gara li maz-zmien in-nies qatt ma gergru mill-ikel tieghi, anzi beda jintghogob, u kienu zammewni ghas-sajf ta’ wara. Trid tarani tifel ckejken nipprova nlahhaq mal-cooking burners,” tbissem jghidli Steve.
Zied jghidli li meta ghalaq 16-il sena kien applika u dahal jistudja l-ITS, izda ma kklikkjax, ghall-fatt li dak li bdew jghallmuh tista’ tghid li kollu kien tghallmu fil-prattika. Barra minn hekk ghal dak iz-zmien l-ITS ma kinitx attrezzata ghat-taghlim mehtieg.
“Immagina l-burners fejn kienu jghallmu bihom kienu l-istess bhal tad-djar, u jiena digà kont tghallimt insajjar f’burners kbar tar-ristoranti, u li fuq kollox certu ikel ikun jehtieg dawn it-tip ta’ burners sabiex issajjru tajjeb,” spjegali Steve filwaqt li ghamilili cara li l-ITS illum hija attrezzata sew.
B’hekk iddecieda li jkompli jitghallem permezz ta’ correspondence course. Kien fil-fatt jitghallem hafna ahjar meta jibghatulu apposta hawn Malta tutors sabiex jghallmuh il-prattika tal-kcina.
“Minn hemm ‘il quddiem nista’ nghid li komplejt miexi ‘l quddiem u hdimt f’hafna restoranti u lukandi lokali”.
Skoprejt li xi xhur ilu Steve kellu jigi operat f’idejh minhabba incident li kellu. Stajt nimmagina kif hasshom dawk il-mumenti meta kien jaf li ma setax isajjar. B’hekk tlabtu jirrakkuntali ftit, u fuq kollox kienx ha l-opportunità ghal naqra mistrieh waqt dik il-gimgha li kien qatta’ l-isptar.
“Immissjajt hajti. Apparti hekk immissjajt lil shabi u l-ikel. Fi kliem iehor immissajt il-hajja reali tieghi”.
Dan l-ahhar Steve sar maghruf ghall-metodu specjali tieghu ta’ kcina differenti. Ridt inkun naf aktar dwar kif jirnexxielu jaghmel dan possbibli.
“Il-fatt li nikkura l-ikel jien stess qabel ma jigi msajjar, u naghmel iz-zejt jien stess dak li jien stess insajjar bih. Naghmel ukoll il-hobz li nipprezenta lin-nies u anke s-sauces. Nimporta wkoll il-melh li nipprezenta fuq il-mejda tal-ikel. Fil-fatt dan is-sea salt ingibu mill-Mallorca”, fissirli Steve.
Spjegali wkoll kif l-inspirazzjonijiet tieghu fl-ikel jinholqu mill-burdata tieghu. Ivvinta ricetti unici bhalma huma soppa tal-faqqiegh u l-frawli jew soppa tal-qargha hamra u c-cikkulata!! Ghal hafna dawn jarawhom bhala platti strambi, izda fuq kollox jinzlu ghasel ma’ hafna.
B’hekk tlatbu jispjegali r-reazzjoni li jara qabel u wara ta’ dawk li jieklu minn taht idejh minn dawn it-tip ta’ platti.
“Ghall-ewwel jizgarraw, izda mbaghad jissugrawha ghax jemmnu fija u fl-ahhar mill-ahhar qatt ma hargu dizappuntati, anke jekk fil-bidu jkollhom dak l-icken dubju mit-tahlita tieghi,” wegibni bi tbissima Steve.
F’Malta hawn hafna koki u chefs, izda ridt inkun naf fil-kaz ta’ Steve x’jaghmlu uniku mill-ohrajn, apparti l-platti strambi li johloq. Fil-fatt bla tlaqliq ta’ xejn spjegali li l-fatt li jaf imur lil hinn mill-kcina, u jkompli mal-klijenti tieghu billi jdoqqilhom xi bicca muzika kif jaf hu, ihoss li dan igeghlu jersaq aktar lejn in-nies, u mhux dik il-haga li thallih mistohbi u maghluq fi kcina biss.
Fl-ahhar nett tlabtu jghaddi xi parir specjalment lin-nisa tad-djar li jhobbu jesperimentaw fil-kcina taghhom.
“Tibzghux tuzaw ix-xaham, melh, butir u zejt. Jekk kollox isir bil-qies, ghandkom tohorgu platti tajba ghall-familja, u fuq kollox dejjem ninsisti li l-ikel ikollu toghma tajba meta maghmul minn dan kollu li semmejt u fuq kollox ilkoll nghixu hajja wahda,” temm jghidli Steve.

| < Prev | Next > |
|---|






