Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Affaxxinat mill-muzika sagra

E-mail Print PDF
Share

la_danza_delle_libellule_001Din il-gimgha RAMONA PORTELLI ltaqghet mat-Tenur ARTHUR MICALLEF, li ghal dawn l-ahhar 40 sena qieghed idur il-knejjes f’Malta u jaghti gieh permezz tal-kant mill-isbah tieghu. 
F’din l-intervista jghid kif meta kien zghir kien jisma l-kant ta’ Mario Lanza, u wkoll kif beda l-karriera tieghu li gabitlu bosta successi.

Tul kemm ili nintervista persuni u personalitajiet differenti matul dawn l-ahhar snin, qatt ma xbajt nitpaxxa bit-talenti diversi li jezistu fil-gzira taghna.  Mhux hekk biss, talli niehu gost niltaqa’ wicc imb’wicc ma’ dawn il-persuni, filwaqt li noqghod nisma’ x’ghandhom x’jirrakkontawli interessanti.

Din id-darba, din il-pagna laqqatni mat-tenur Arthur Micallef.  Inzerta joqghod madwar ghaxar minuti boghod minn fejn noqghod jiena fil-Mosta.  Fil-fatt sabiex saret din l-intervista, Arthur laqani fid-dar tieghu.  Mieghu ddiskutejt il-karriera tenorili tieghu, kif ukoll xi aspetti kurjuzi min-naha tal-hajja ta’ tenur.


Arthur ghandu 57 sena, mizzewweg, u missier ta’ zewgt ibniet.  Bla dubju l-hin liberu tieghu jiddedikah ghall-kant klassiku, semi-klassiku u anke sagru, ghalkemm stqarr mieghi li jhobb ukoll is-sajd.  “Minhabba l-kant, kelli nwarrab xi ftit jew wisq is-sajd, izda ma ngergirx, ghax il-kant minn dejjem kien f’demmi,” beda jghidli Arthur.

Il-gibda lejn muzika klassika bdiet propju mill-Museum, fejn kien jattendi u jkanta fil-kor tal-Museum tal-Furjana meta kien ckejken.  Missieru ta’ spiss kien idoqq il-gramaphone d-dar, u Arthur kien joqghod jisma’ lil Mario Lanza fost ohrajn ikanta, u naturalment il-gibda lejn il-muzika klassika bdiet tinbet.

“Eventwalment bdejt inkanta ma’ diversi korijiet, fejn nista’ nghid bdejt niehu spinta tajba u anke bdejt kultant inkanta bhala solist.  Ta’ ghoxrin sena bdejt niehu dan il-kant bis-serjetà u fil-fatt ghamilt madwar tmien snin nistudja l-kant liriku ghand is-soprano Maltija Antoinette Miggiani,” beda jirrakkontali Arthur.

Zied jghidli li l-ewwel debutt tieghu bhala solista kien fil-Malta Cultural Institute.  Dan kien fis-sena 1976.  Arthur studja t-teorija tal-muzika ghand l-ghalliema professjonali Maltija Rita Psaila.  Huwa kompla jipperfezzjona fit-teknika tal-kant mas-soprano Bulgara l-Professoressa Blagovesta Karnabatlova Dobreva.  Fil-fatt Arthur spicca l-kors ta’ tliet snin fil-Bel Canto b’success.

B’kollox issa Arthur ilu jkanta fil-knejjes lokali ghal dawn l-ahhar erbghin sena.  Fil-fatt kull sajf tista’ tghid li jkun impenjat idur il-festi tal-irhula billi jkanta ghal diversi okkazjonijiet.

“Hafna kienu jhassruli u anke kienu jghiduli biex nieqaf inkanta fil-knejjes,” sostna Arthur.  Nistqarr li bqajt ftit sorpriza ghal din ir-reazzjoni u tlabtu jispjegali fid-dettall.  “Il-bicca qieghda hawn.  Hawn mentalità li l-kant tal-knejjes ihassar il-vucijiet tal-kantanti.  Izda fil-kaz tieghi bqajt ghax hassejt li l-vuci tieghi baqghet tajba.  Verament li jekk wiehed ikanta minghajr teknika ser jinhanaq.  Izda jekk wiehed isegwi u jkanta professjonalment, m’ghandu jkollu l-ebda problema.  Jekk wiehed jaqbad ikanta bl-addocc, dan biz-zmien ser ibatti,” insista mieghi Arthur.

Mistoqsi jahsibx jekk iz-zghazagh ifittxuhiex il-muzika klassika, Arthur wegibni, “Ifhimni, mhux fil-maggoranza zgur.  Imma hawn zghazagh li tinteressahom.  Hija hasra wkoll li hemm zghazagh li ghandhom vuci tajba ghall-kant, izda minhabba xoghol jew studju iehor ma jaghtux priojorità lill-kant, u b’hekk ma jiffukawkx fuq dan id-don.  Ghad hawn ukoll il-mentalità zbaljata, li hafna jahsbu li l-kant huwa ta’ xkiel ghall-istudju”.

Staqsejtu wkoll jekk bhala tenur, hemmx xi attenzjoni specjali sabiex jibza’ ghall-vuci tieghu.  Fil-fatt wiegeb fil-pozittiv, u gabli ezempju li daqs li kieku ghandu gojjell u jrid jibza’ ghalih.  “Dazgur.  Nevita hafna li niehu xi rih specjalment fi grizmejja, u allura nevita xorb kiesah u gelati specjalment.  Mhux hekk biss, izda jidhol l-element ta’ sahha fizika wkoll.  Il-vuci tiddependi wkoll minn kemm il-persuna tkun rilassata jew le, koncentrazzjoni, nifs tajjeb u fuq kollox mohh frisk u vuci tajba,” spjegali Arthur.


B’kurzità staqsejtu jekk qatt kellux kuntatt mat-tenur famuz Malti Joseph Calleja.  Fil-fatt Arthur qalli li kemm-il darba semghu jkanta u litteralment ‘nitpaxxa’ bil-vuci tieghu.  “Ghandu pakkett shih.  Ghandu stamina, kunfidenza, memorja, vuci sabiha u teknika tajba.  Dawn kollha it-tenur ikollu bzonnhom ghal fuq il-palk, u fl-opinjoni tieghi Joseph ghandu dawn id-doni kollha.”

Minbarra li matul il-karriera tieghu Arthur kanta bhala solista f’diversi kuncerti lokali u barranin, fil-kamp klassiku, Arthur kanta partijiet principali f’opri u operetta fit-Teatru Manoel.  Fost dawn insibu l-opri Cosi fan tutte u Cambiale di Matrimonio, kif ukoll l-operetti La Danza delle Libellule, La Vedova Allegra, La Principessa della Czardas u l-Konti ta’ Lussemburgu.

Kellu ukoll l-opportunità li jkanta bhala solista f’partijiet sekondarji ma’ kantanti barranin f’diversi opri fosthom La Forza del Destino, Nabucco, Aida mtella’ mit-Teatru Astra, f’Ghawdex.  Barra l-pajjiz, Arthur taha kuncerti fi bliet diversi fil-Germanja u l-Italja flimkien mal-Kor Malti Sine Macula.

Arthur ihobb hafna l-muzika sagra tant li huwa kanta diversi xoghlijiet ta’ muzika sagra ta’ diversi kompozituri Maltin fosthom Maestro Vincenzo Bugeja, Maestro Carlo Diacono, Maestro Paolo Nani u Maestro Guzeppi Camilleri.  “Meta nkanta kant sagru nhoss fija certu devozzjoni.  Inhossni qed nitlob mhux inkanta.  Inhoss ukoll certu devozzjoni,” fissirli Arthur b’certu passjoni.

Fl-ahharnett, Arthur urini bic-car li kull haga fid-dinja tirrikjedi sagrificcju matul is-snin.  Fil-kaz tieghu sajf wara sajf isib ruhu jigri minn rahal ghal iehor, minn knisja ghal ohra, sabiex ikanta.  Fuq ghazla tieghu u b’certa devozzjoni u passjoni lejn il-kant, jitlaq ghal ftit hin lill-familja tieghu u anke xi sajda hut ‘l hemm u ‘l hawn!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata