“Ma nistghux nibqghu b’KSU iddominat mill-SDM” qal il-Mo—viment Indipendenti fl-istqarrija tieghu. Dan il-Moviment habbar il-qawmien mill-gdid tieghu wara li tilef l-elezzjoni li ghaddiet, li ghal darb ohra kienet intrebhet mill-SDM. Dan il-Moviment qal li l-SDM ma jistax jibqa’ jiddomina l-kunsill tal-istudenti ghal izjed zmien, u li hemm bzonn ta’ bidla.
Il-Moviment Indipendenti indirizza l-problema serja ta’ finanzi fil-Kunsill, fejn jezisti nuqqas kbir ta’ trasparenza, tant li d-dhul u l-ispejjez ma kienux dettaljati sew fl-ahhar rapport. Sahansitra l-awditur stess li kkompilah qal li l-informazzjoni provduta kien fiha l-inkonsistenzi.
Il-Moviment isostni wkoll li d-dhul u l-hrug finanzjarju tal-hekk imsejjha Freshers’ Week, li hija l-ewwel gimgha tas-sena skolastika, huwa mistur, specjalment f’dak li huwa dhul mil-kumpanniji. L-ispazju li jista’ jinghata lill-organizzazzjonijiet tal-istudenti qieghed minflok jinghata lill-kumpanniji. Iktar minn hekk, il-Moviment isostni li l-kumpanija ta’ Gasan qed tiehu sehem fil-Freshers’ Week meta l-Koordinatur tal-Kultura u d-Divertiment Stephanie Soler hija propju bint Michael Soler, wiehed mid-diretturi ta’ Gasan. “Hija tal-misthija li l-Kunsill qed jinnegozja mal-kumpanniji tal-qraba tal-membri tieghu stess meta m’hemm l-ebda cifri ta’ dhul u hrug specifiku tal-kumpaniji li jippartecipaw fil-Freshers’ Week”, qal il-Moviment.
Ghal dawn l-ahhar snin l-SDM kien qed jigi kkritikat ghan-nuqqas ta’ trasparenza tieghu kif ukoll ghall-fatt li baqa’ jaghmel min kollox biex izomm il-KSU taht il-poter assolut tieghu. Sahansitra irrifjuta l-proposta ta’ tibdil fis-sistema elettorali mressqa mill-Pulse. Il-Pulse kienu ressqu din il-proposta bl-iskop li fil-Kunsill tal-Istudenti jkun hemm rapprezentanti ta’ partiti u movimenti differenti; sistema li hija simili ghal dik tal-Kunsilli Lokali. Din is-sistema demokratika li tizgura li l-istudenti kollha jkunu rapprezenati kif xieraq l-SDM kienu rrifjutawha minghajr ebda konsultazzjoni mal-istess studenti tal-Università.
Dan l-attegjament dittatorjali tal-SDM ma tantx jawgura tajjeb, specjalment meta tqis il-fatt li l-mexxejja prezenti tal-SDM wisq probabbli se jkunu l-mexxejja futuri tal-Partit Nazzjonalista.

| < Prev | Next > |
|---|






