L-eks Sindku Nazzjonalista ta’ Tas-Sliema Nikki Dimech qieghed isostni li s-Segretarju Generali tal-PN Pawlu Borg Olivier uza kontrih l-problema li kellu tad-droga meta din kienet problema tal-passat u li ilu li hareg minnha. L-atteggjament ta’ Borg Olivier jistona hafna mal-fatt li meta Joe Saliba kien hajru biex jikkontesta ghall-kunsill lokali kien sahansitra jghidlu “Int trid tkun ezempju ghal haddiehor.”
Nikki Dimech li kien qieghed jigi intervistat minn Anthony David Gatt waqt il-programm Inkontri ta’ nhar it-Tnejn li ghadda, qal ukoll li meta kienu se jaghzlu Segretarja Ezekuttiva gdida, is-Segretarju Parlamentari Chris Said kien cempillu u qallu biex jikkunsidra lil Svetlana Curmi li qabel kienet impjegata mal-MEUSAC ghaliex din taf kif iggib l-Fondi Ewropej li l-Kunsill kellu bzonn. Nikki Dimech qal illi l-pressjoni li ghamel Chris Said kienet ferma aktar qawwija minn semplici rakkomandazzjoni, tant illi qallu li “Jekk ma taghzilx lilha, imbghad tigix titkarrabli ghall-fondi”.
Nikki Dimech tenna wkoll d-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo insista mieghu aktar minn darba fejn qallu biex jerga’ jimpjega ix-xufier tieghu. Dimech ta x’jifhem ukoll li Robert Arrigo kienu ilu jimponi lilu nnifsu fuq il-Kunsill fejn ghal dawn l-ahhar 15-il sena kellu relazzjonijiet tajbin hafna ma’ wahda mis-segretarji.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






