Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Twegibiet kemm trid, azzjonijiet qatt

E-mail Print PDF
Share

coleiro_preca_marie_louise_copyMietu tal-inqas hamsa min-nies f’anqas minn 20 sena fil-bidu ta’ Triq is-Sebh jew kif popolarment maghrufa l-bypass tal-Imriehel, fuq in-naha ta’ Hal Qormi, bl-ahhar tragedja doppja issehh madwar hames snin    ilu.

Il-mewt taz-zghazagh Emma-Marie Housely u Graziella Fenech, f’lejla sabiha safija, izda li spiccat fi tragedja, trawma u tbatija ghal familji taghhom u f’xokk u dieqa ghal komunità Qormija kollha,  komplew innisslu rabja u dispjacir ghal mod kif komunità ta’ familji li jghixu f’Tal-Blat II f’Hal Qormi u li kienet taghmel parti integrali minn dan ir-rahal, minghajr ippjanar u hsieb min-naha tal-Gvern, inqatghet mill-kumplament tal-komunità Qormija, minghajr ma haseb kif dawn il-familji se jibqalhom access hieles mill-periklu biex jaqdu l-htigijiet taghhom ta’ kuljum.

Izda l-hasda tal-hajjiet minn fost il-komunità Qormija minhabba dan in-nuqqas ta’ ippjanar, bhal donnu ma halla l-ebda sens ta’ obbligu u responsabbilità min-naha tal-Gvern.  Il-Gvern qaghad jilghab bid-diskors. Flok indirizza din il-probema fil-pront, ghaliex  mill-ewwel deher x’gej.

Kien biss ftit wara li nfethet din il-bypass,  li nhasdet  il-hajja ta’ zaghzugha Qormija li kienet gejja mix-xoghol mill-Qasam Industrijali tal-Imriehel lejn id-dar.

Il-Gvern ilu snin shah iwieghed u jerga’ lura minn kelmtu.  Ibiddel il-verzjonijiet.  Joffendi s-sentimenti tan-nies u jwegga’ lill-familji milquta.  Haga tal-iskantament quddiem din id-dieqa u gwaj, azzjonijiet ma ttiehdu qatt.

Anzi biex il-Gvern ikompli jwaddab il-melh fuq il-ferita, f’gheluq il-hames sena mit-telfa tal-gheziez taghna Emma-Marie u Graziella, propju fit-31 ta’ Awwissu 2010, f’The Times, Trasport Malta giet ikkwotata tghid:  ‘A long-promised footbridge over the Mriehel Bypass is not economically feasible, Transport Malta has concluded after studies showed that only an average of 42 people crossed the road in a week’.

Sadanittant, f’anqas minn hmistax il-gurnata, fit-13 ta’ Settembru 2010, f’The Times ukoll, Trasport Malta regghet giet ikkwotata tghid hekk:  ‘A footbridge over the Mriehel Bypass has still not been ruled-out although Trasport Malta cannot say how much it would cost.’

Tal-ghageb x’arroganza dan il-Gvern ghandu!  Bhal donnu jhossu li ghandu xi dritt divin li jilghab bil-hajja tan-nies u jonfoq t-taxxi tan-nies fuq dak li jidhirlu hu, u mhux fuq il-prijoritajiet taghhom.  U x’wicc!  Jigu jghidulna li minn studji li ghamlu, madwar 42 ruh biss jaqsmu l-bypass f’gimgha.  Dan il-Gvern lanqas dicenza m’ghandu.  La qalilna xi studju ghamel u wisq anqas qatt ma  ikkonsulta mal-familji li joqghodu f’Tal-Blat II u fil-madwar.  Jien nemmen ukoll li l-Gvern ghandu dmir li jikkonsulta wkoll lil ghadd ta’ haddiem Qriema li jahdmu fil-Qasam Industrijali tal-Imriehel li telghin u nizlin ghax-xoghol minn din it-triq kuljum.

Il-qerq tal-Gvern f’din il-kwistjoni li tolqot il-hajja tan-nies, ikompli johrog car meta tara t-twegibiet parlamentari li nghataw mill-Ministri ghat-Trasport differenti matul iz-zmien. Mistoqsijiet Parlamentari  li jmorru lura ghal kwazi ghaxar snin, ferm qabel it-tragedja doppja tal-2005.

Fid-19 ta’ Frar 2001, ghal mistoqsija parlamentari nru. 23783, bit-Titolu:  ‘Qormi – Tal-Blat – Traffic Lights’,  u li kienet tghid hekk:  “Jista’ l-Ministru jaghti l-attenzjoni tieghu ghal bzonn kbir u urgenti li ghandhom ir-residenti fl-area ta’ Tal-Blat II Hal Qormi li biex imorru fil-qalba tar-rahal, hafna minnhom ikollhom jaqsmu l-bypass ta’ bejn Hal Qormi u l-Imriehel, minhabba li din hija l-eqreb triq?  U jekk jistax jara li jigu nstallati xi tip ta’ traffic lights, ecc f’dan il-post li huwa wkoll triq passagga ghal haddiema li jahdmu fl-Industrial Estate tal-Imriehel u ghal tfal li jkollhom jirkbu l-private tal-iskola mill-bypass?”  Il-Ministru ta’ dak iz-zmien Censu Galea kien wiegeb hekk:  “Jien infurmat li d-Dipartiment digà gab l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar biex subway ezistenti fil-lokal tigi rrangata sabiex tkun tista’ tintuza mill-pubbliku u qeghdin jittiehdu passi sabiex jigu ppubblikati s-sejhiet ghal offerti biex ix-xoghol necessarju jkun jista’ jsir.”

Sadanittant, fil-11 ta’ Dicembru 2006 permezz tal-mistoqsija parlamentari nru. 22682 u li kienet tghid hekk:  Jista’ l-Ministru jghid, issa li thabbar li se jinbena footbridge fi Triq is-Sebh, Hal Qormi, jekk qabel ittiehdet din id-decizjoni min-naha tal-awtoritajiet gewx ikkonsidrati t-twahhil ta’ pelican lights kif hemm propju fil-bidu ta’ din it-triq min-naha ta’ H’Attard, biex min ikun se jaqsam ma jkollux ghalfejn jitla’ turgien u wkoll din il-facilità tkun tista’ taqdi ahjar lil dawk li jista’ jkollhom problemi ta’ mobbiltà?   U jghid ma’ min ikkonsultaw l-awtoritajiet qabel ma hadu d-decizjoni li jinbena footbridge?”

Ghaddew kwazi erba’ snin ohra mill-ahhar tragedja u la dehret is-subway, la t-traffic lights u wisq anqas il-footbridge.

Anzi jmisshom jisthu wara dawn is-snin kollha jkomplu jilaghbu bid-diskors u filwaqt li weghdu assortiment ta’ affarijiet, ma ttiehdet l-ebda azzjoni biex jitnaqqas il-periklu ghal din il-komunità ta’ familji u l-haddiema Qriema li jahdmu fil-Qasam Industrijali tal-Imriehel u li mhux b’ghazla izda bi bzonn ikollhom jaqsmu minn din it-triq traffikuza u perikoluza.

Huwa ghalhekk li l-Partit Laburista ha l-inizjattiva biex din il-gimgha, ipprezentajna mozzjoni fil-Parlament biex mhux biss nergghu nsemmu lehen il-poplu Qormi, izda wkoll biex inheggu lill-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà u jaqdi l-obbligu tieghu li jiehu l-azzjonijiet mehtiega wara l-konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali u l-familji li jghixu f’Tal-Blat II, ghaliex ghalina anke hajja wahda hija importanti, ahseb u ara komunità shiha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata