Il-ftuh tas-Sena Forensi, li tfisser il-bidu ta’ sena gdida fil-Qrati Maltin, din id-darba kien wiehed partikolari. Bdejna b’quddiesa b’messaggg kontroversjali li ddomina d-diskussjoni pubblika, bi Prim Imhallef gdid, u b’gudikanti godda li nghaqdu fuq il-Bank tal-Gudikatura u ohrajn li temmew id-dmirijiet taghhom.
Ftit hemm dubju li l-amministrazzjoni tal-gustizzja hu qasam li jiggenera interess kbir fost il-pubbliku. Dan ghaliex xi darba jew ohra kwazi kulhadd tigih l-okkazzjoni li jmiss mas-saltna tad-dritt. Ghalhekk kulhadd ghandu interess li dan l-organu jkun qed jiffunzjona sew, ghaliex tabilhaqq li jekk ikun qed jahdem hazin, il-konsegwenzi jwasslu li flok il-gustizzja, tibda tigi amministrata l-ingustizzja.
Il-Bank tal-Gudikatura spiss qed tigi diretta kritika lejh mill-pubbliku. Naturalment, din mhux dejjem tkun gustifikata.
Meta l-kritika tkun xprunata minn interess personali, fejn ghax xi hadd jitlef xi kawza li jhoss li messu rebah, jibda jattakka qatta bla habel il-gudikant partikolari li jkun iddecieda dik il-kawza, din ma tkunx kritika gustifikata. Lanqas hu accettabbli, irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk jistax ikollu xi ragun jew le fl-argument tieghu, li wiehed izeblah lill-gudikanti. Filwaqt li hu accettat li l-gudikatura hi suggetta ghall-kritika, din ghandha tkun fil-limiti tar-rispett li wiehed irid izomm lejn l-istituzzjoni. Naturalment, jispetta wkoll ghall-gudikanti li jaraw li dan ir-rispett li hu mistenni lejhom ma jkunux huma li jxellfuh.
Sfortunatament, hemm hafna li ghandhom l-impressjoni li l-gudikanti huma xi grupp privileggjat fis-socjetà li jgawdu minn hafna privileggi minghajr tbatija ta’ xejn. Il-verità izda hi li s-salarji li jgawdu minnhom il-gudikanti huma baxxi, li m’ghandhomx l-icken ekwilibriju mad-dmirijiet kbar li huma jidhlu ghalihom.
Meta nsemmi dmirijiet, mhux qed nirreferi biss ghall-volum ta’ xoghol qawwi li jrid ihabbat mieghu l-gudikant. Hemm ukoll il-piz tad-decizjoni, li taqta’ tajjeb skont il-haqq u b’kuxjenza safja. Huwa ghalhekk li l-gudikatura, biex tkun tista’ taqdi sewwa l-funzjonijiet taghha, ghandha tkun fornuta b’infrastruttura adegwata u b’back-up team tajjeb.
Hemm ukoll responsabbiltajiet ohra. Malli persuna tidhol fiz-zarbun ta’ gudikant, il-hajja taghha tinbidel ta’ taht fuq. Il-kariga ta’ gudikant hi wahda pubblika, u malli wiehed jassumi din il-kariga, tista’ tghid li l-hajja privata tispicca. Forsi aktar minn karigi pubblici ohra, ghaliex il-gudikant igorr mieghu, 24 siegha kuljum, is-simbolu tal-gustizzja. Li taf li inti fl-ghajn pubbliku kontinwament, li kwazi ma tista’ tmur imkien ghax kulhadd ghassa ghal x’qed taghmel u ma’ min qieghed mhux piz facli x’wiehed igorr. Li trid izzomm distakk prudenti barra mill-Qorti minn individwi li jkunu jew ghad jistghu jigu quddiemek ghall-gudizzju, u ma tigix ittimbrat bhala gudikant stramb u li ma tafx tmur man-nies, mhux facli. Ghaliex kull gudikant hu uman, u jhossha li ma jistax ikompli bil-hajja privata kif kien jaghmel fiz-zmien meta kien avukat.
Dawn huma responsabilitajiet li l-gudikanti jgorru maghhom ta’ kuljum, u li l-pubbliku ftit japprezza. U allura wiehed ma jistax jistenna dan kollu mill-gudikatura imbaghad meta nigu ghall-hlas, ihallashom ftit u meta jtemmu d-dmirijiet taghhom jithallsu pensjoni baxxa. Mhuwiex gust li wiehed jiddomanda aktar mill-individwu u jaghtih anqas.
Hemm ukoll l-element ta’ kif tinhatar il-gudikatura. Dan zgur li hu qasam li jehtieg revizjoni. Jekk xejn, biex titnehha darba ghal dejjem il-percezzjoni li biex tirbah kawza kontra l-Gvern jew kontra awtorità pubblika hi difficli daqs kemm hi difficli ghall-gemel li jghaddi minn ghajn il-labra. Tajjeb li wiehed jiftakar, wara kollox, li dak il-gudikant li jsibha iebsa biex itellef kawza lill-Gvern ikun qed jonqos mill-gurament tal-hatra, bl-istess mod li gudikant ikun qed jonqos jekk jiffavorixxi xi parti privata f’kawza ghax ikollu konoxxenza taghha.
Fl-ahhar nett wiehed ma jistax ma jsemmix ukoll il-hafna gid li taghmel il-gudikatura. Minkejja li l-kundizzjonijiet huma hziena, nistghu nghidu li ghandna x-xorti li ghandna Bank tal-Gudikatura moghni b’nies kuxjenzjuzi u intelligenti, li b’xi eccezzjonijiet jahdmu ferm biex bil-limitazzjonijiet kbar tas-sistema li jahdmu fiha, jaghmlu l-almu taghhom biex jamministraw il-gustizzja b’mod tajjeb.
Fl-artiklu li jmiss ser inkun qed nitratta dwar Il-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja u dwar il-htiega li tigi riveduta l-legizlazzjoni li biha kienet twaqqfet.

| < Prev | Next > |
|---|






