Id-dimentia hija marda tassew kiefra. Fl-ahhar jiem ta’ hajtu, bniedem bid-dimentia, lanqas ikun jaf min hu, ma jiftakarx l-istorja tieghu, il-mumenti sbieh u l-mumenti koroh ta’ hajtu. Il-persuna li maghha jkun ghadda hajtu ma jibqax jiftakarha, ma jkun jaf xejn aktar dwar l-identità tieghu. L-ulied li jkun rabba b’tant ghozza, ghal pazjent bid-dimentia, isiru barranin.
Anki xi haga semplici bhall-ghazla tal-hwejjeg, kif semplicement tixwi bicca hobz, kif tinhasel u tuza t-telefon, issir difficli, u biz-zmien sahansitra impossibli.
Biz-zmien, din il-kondizzjoni tmur ghall-aghar, jibdew ukoll problemi aktar serji bhad-depressjoni, u l-aggressività, u ma jibqax possibbli li wiehed izomm lill-pazjent id-dar bla ma jkollu jhalli xoghlu.
Xi ftit jew wisq il-familja tigi ttraskurata, biex dak li jkun jiehu hsieb lil genitur li jkun qed ibati bid-dimentia. U din il-hidma ghandha wkoll il-konsegwenzi taghha; aktar minn hamsin fil-mija tan-nies li jiehdu hsieb xi qarib bid-dimentia jispiccaw huma stess b’dipressjoni u huma stess ukoll ikollhom bzonn ifittxu l-kura ghaliha.
F’Malta huwa stmat li hawn madwar 4500 persuna li ghandhom id-dimentia, u dan in-numru huwa mistenni jikber b’rata mghaggla, ghaliex aktar ma jghaddi z-zmien, in-nies aktar qed jghixu fit-tul, u aktar ma persuna tikber fl-età, aktar tikber il-possibbiltà li tinhakem minn din il-marda.
Malta hija l-uniku pajjiz fl-Ewropa, (minbarra l-Latvja, li hija ferm ifqar minn Malta), li jidhrilha li jaghmel sens li dawn il-pazjenti ma tinghatalhom l-ebda ghajnuna biex ikunu jistghu jiehdu l-medicina ghal din il-kondizzjoni. Dan minkejja l-fatt li bil-pensjoni li jircievi, l-anzjan bid-dimentia ma jistax ilahhaq finanzjarjament biex jixtri l-medicina ghal din il-kondizzjoni kif ukoll ihallas l-ispejjez l-ohra li jaf ikollu.
Din il-medicina tnaqqas is-sintomi u tnaqqas iz-zmien li bniedem ikun verament f’qaghda hazina. B’hekk, il-pazjent ikollu l-opportunità permezz ta’ din il-medicina li jibqa’ jaghraf u jgawdi lil qrabatu ghal zmien itwal, jibqa’ jghix id-dar ghal zmien itwal, u jqatta’ anqas zmien f’istituzzjoni bhal per ezempju l-isptar San Vincenz.
B’hekk, permezz tal-beneficcji tal-medicini u t-titjib fis-sintomi kulhadd igawdi, kemm il-qraba li jibqghu jgawdu lill-pazjent id-dar ghal aktar zmien kif ukoll il-pazjent innifsu ghaliex idum jghix aktar fil-komunità li tant jghozz u jqatta’ anqas zmien f’istituzzjoni.
Din tal-ahhar mhux biss hija mezz li bih il-Gvern u min ihallas it-taxxi jistghu jiffrankaw l-ispejjez izda hija wkoll dritt tal-pazjent.
Il-Gvern ilu z-zmien jghid li qed iqis din il-proposta izda ghadu ma hax decizjoni. Il-Gvern digà nefaq diversi miljuni biex jiftah id-Dementia Unit, li ghalkemm kien pass pozittiv, l-unit takkomoda biss 48 pazjent, u qed jintefqu miljuni fis-sena biex is-swali ta’ din l-unit jkunu jistghu jinzammu.
X’ser isir ghall-pazjenti l-ohra li qeghdin fuq waiting list ghax ghandhom id-dimentia, u m’ghandhomx min jiehu hsiebhom, jew inkella qrabathom m’ghandhomx il-hin jew il-mezzi biex izommuhom id-dar minhabba l-kondizzjoni akuta taghhom?
Ma jaghmilx aktar sens li tinghatalhom il-medicina, halli jkunu jistghu jibqghu fi djarhom ghal aktar zmien, fejn ikunu fost in-nies li tant ihobbu u li jhobbuhom? Ghall-Gvern ma jaghmilx aktar sens mil-lat ekonomiku, li dawn in-nies iqattghu anqas zmien f'istituzzjoni tal-Gvern? Dawn in-nies li rabbew lil uliedhom u li hadmu biex jibnu l-pajjiz u jsir dak li huwa llum ma haqqhomx dan it-trattament?
Il-kwistjoni tal-medicini ghad-dimentia ilha titqajjem mill-PL, kemm f’diversi Mistoqsijiet Parlamentari, kif ukoll f’livell Ewropew. L-mexxej taghna Joseph Muscat sahansitra kien il-Vici-President tal-Alleanza tal-Membri tal-Parlament Ewropew ghal Alzheimer Europe, u ta’ min jinnota l-mistoqsija taqta’ bhal sikkina tal-MPE Louis Grech, dwar dan is-suggett, li ressaq lill-Kummissjoni Ewropea f’Awwissu ta’ din is-sena.
Nittama li fil-bagit li gej jithabbar li l-marda tad-dimentia ser tkun wahda mill-mardiet li ghaliha l-pazjenti jkunu jistghu jiehdu l-medicina b’xejn, bhala marda inkluza fi Schedule V. Il-pazjenti bid-dimentia u l-qraba taghhom ghandhom bzonn l-ghajnuna, u din l-ghajnuna jehtieg li tinghata mill-aktar fis possibbli. Ma baqax zmien biex nevalwaw, nahsbu u nirriflettu. Dan mhux gust, la moralment u lanqas socjalment, u ma jaghmilx sens mil-lat ekonomiku.
Dawn il-pazjenti, ma tantx jistghu jitkellmu ghalihom infushom, imma b’daqshekk, ma jfissirx li m’ghandniex nisimghuhom!

| < Prev | Next > |
|---|






