Progett tal-Kunsill Lokali tal-Mellieha bi shab mal-Gvern li jinvolvi kumpless sportiv u park ta’ rikreazzjoni se jeqred raba’ tajjeb u se jaghmel hsara lill-ambjent u l-pajsagg Malti. Ghalkemm il-bini ta' kumpless sportiv huwa certament inizjattiva tajba li tipprovdi l-opportunità ghar-residenti tal-Mellieha biex jipprattikaw l-isport fil-lokalità taghhom, sfortunatament dan il-progett ghandu impatt ambjentali negattiv.
Sorsi infurmati tajjeb qalu lil KullHadd illi meta harget l-applikazzjoni ghal dan il-progett kienu tassew ftit dawk li ghamlu xi tip ta’ oggezzjoni, u dan minhabba l-fatt li l-mod kif gie pprezentat dan il-progett kien jaghti impressjoni totalment differenti minn dik li qeghdha ssehh fir-realtà. L-applikazzjoni originali kienet ghal ‘afforestazzjoni’, jigifieri biex jinzerghu sigar godda, u dan il-progett kellu jsir f’zona li kienet tinsab fi stat ta’ telqa. Ma setax jonqos ghalhekk li kulhadd ha gost li din iz-zona issa kienet ser tigi riabilitata billi issir post mimli sigar li tant ahna neqsin minnhom. Izda sfortunatament dan ma kienx il-kaz. Wara li nghata l-permess ghall-bini ta’ dan il-kumpless, ir-residenti bdew jintebhu li fil-fatt dan il-progett kien differenti minn kif kien gie deskritt originarjament fl-applikazzjoni. L-applikazzjoni nnifisha ma kinitx tirreferi biss ghal din iz-zona mitluqa, imma kienet sahansitra tirreferi ghal total ta’ 30 tomna raba’. Il-bdiewa tal-madwar f’dawn l-ahhar gimghat kienu qed jircievu ittri legali fejn gew infurmati mill-Gvern li l-qbiela ghal ghelieqi li kienu jahdmu ghal tant snin gew itterminati u issa kienu ser jittiehdu ghal dan il-progett.
Ghalkemm fil-permess li nhareg mill-MEPA ghal dan il-progett hemm imsemmi li sejra ssir “reconstruction of rubble walls”, fil-fatt il-hitan tas-sejjieh ezistenti qed jitwaqqghu u jinbnew bi knatan uzati li qeghdin jingibu minn post iehor. Dawn il-hitan, li uhud minnhom huma gholjin anki sa zewg metri u nofs, qeghdin sahansitra jinghataw kisja konkos fil-wicc. Ghalhekk dak li suppost kellu jkun restawr tas-sejjieh, spicca f’ bini ta’ hitan godda li m’ghandhom x’jaqsmu xejn mall-hitan tas-sejjieh mibnija mill-bdiewa fl-antik.
F’dawn l-ghelieqi fejn bhalissa qed tinbena trekk tal-giri kien, hemm ukoll numru ta’ orkideji endemici li qeghdin jigu meqruda. Dan gara wara li allegatament il-case officer inkarigata ma ndunatx bil-prezenza taghhom, u dan minhabba li ma kienx sar studju fuq l-impatt ambjentali. Dawn l-orkidej huma tip ta’ pjanta rara li tikber biss f’Malta u l-Puglia, u ghalkemm huma protetti bid-Direttiva dwar il-Habitat, il-gaffa xorta kienet se tibqa’ ghaddejja min fuqhom Persuni li kienu jafu b’dan kollu sahansitra ghamlu talba lill-Kummisjoni Ewropea biex tinvestiga l-kaz. Wara li din il-kwistjoni kienet giet irrappurtata fil-medja lokali, uhud min dawn l-orkidej gew maqlughin minn xi hadd u ttiehdu min fuq il-post. Wiehed jittama li dawn inzerghu f’post sigur ‘il boghod min halq il-gaffa.
Izda l-orkidej endemici ma kienux l-unici pjanti fil-periklu. Skont il-pjanta originali it-trekk tal-giri kellha tibqa’ ghaddejja minn fuq harruba, izda mbaghad din giet emendata biex minflok it-trekk iddur madwarha. Izda ghalkemm il-harruba giet skapulata, it-trekk minflok baqghet ghaddejja min fuq girna tradizzjonali u ghamlet herba minnha. Min-naha l-ohra, numru ta’ sigar li ma kienux protetti bil-ligi spiccaw biex inqalghu u gew mormija mal-bqija tat-terrapien u l-hamrija (ara ritratt). Barraminhekk fl-inhawi affettwati hemm ukoll numru sostanzjali ta’ sigar taz-zebbug li kienu gew mizrugha mill-bdiewa li eventwalment ukoll se jispiccaw biex jinqalghu. Ghalhekk wiehed jista’ jghid li, ghalkemm l-iskop originali tal-progett kien wiehed ta’ afforestazzjoni, s’issa l-progett kif qieghed isehh, izjed qed jixbah lil dak ta’ deforestazzjoni.
Fil-pjan lokali tal-MEPA ghall-Mellieha, l-unika zoni skedati ghal facilitajiet sportivi kienu hdejn l-iskola u l-grawnd tal-futbol, izda minkejja dan, il-progett tal-kumpless sportiv inghatalu l-permess biex jinbena go l-ghelieqi. Iktar min hekk, ghalkemm il-progett kien ser isir f’raba li jinhadem, id-Dipartiment tal-Agrikultura lanqas biss gie ikkonsultat mill-ufficjali tal-MEPA li kienu inkarigati min dan il-progett.
Fil-permess li nhareg mill-MEPA, din iz-zona fejn qieghed isir l-izvilupp, hija deskritta b’mod car bhala “Outside Development Zone/Urban Conservation Area”. Izda minkejja li hemm imnizzel iswed fuq l-abjad li din hija zona ta’ konservazzjoni urbana, ftit li xejn minnha qieghed jigi konservat; la r-raba’, la s-sigar, la l-hitan tas-sejjieh, la l-giren u lanqas l-orkidej endemici.

| < Prev | Next > |
|---|






