Jitkellmu l-vittmi tal-allegat abbuz sesswali minn sacerdoti
Zvolta fil-kas tal-allegat abbuzi sesswali minn sacerdoti f’pajjizna. F’ittra li ntbghatet lill-vittmi nhar il-Gimgha u li kienet iffirmata mis-Superjur Generali tal-Ordni Missjunarja ta’ San Pawl, intqal li hemm bizzejjed provi biex tliet sacerdoti jaffaccjaw proceduri fil-qorti tal-knisja akkuzati b’abbuz sesswali.
Il-qassisin akkuzati huma Fr Charles Pulis, Fr Conrad Sciberras u Brother Joe Bonett.
Ftit sighat wara li rcevew din l-ittra, l-vittmi tkellmu dwar dan l-ahhar zvilupp b’uhud minnhom jizvelaw l-identità taghhom ghall-ewwel darba.
F’kummenti lill-gurnalisti waqt konferenza tal-ahbarijiet, il-vittmi qalu li dan se jkun l-ewwel pass biex jaghlqu kapitlu ikrah f’hajjithom.
Il-vittmi fissru din l-ittra bhala importanti hafna ghax ghall-ewwel darba kien hemm konferma li l-verzjoni taghhom qed titwemmen.
Issa l-Knisja Maltija se tghaddi l-kaz f’idejn il-Vatikan fejn se jkun hu li jiddeciedi jekk il-kawza ssirx Ruma jew inkella f'Malta stess.
L-allegat vittmi kkritikaw ir-response team li qabbdet il-knisja biex jinvestiga l-kaz taghhom hekk kif ha wisq fit-tul biex jasal ghal din il-konkluzjoni u kien biss fl-ahhar xhur li l-kaz beda miexi ‘l quddiem wara li dahal fih id-delegat tal-Papa, Monsinjur Charles Scicluna u wara l-laqgha ta’ dawn l-irgiel mal-Papa.
Mistoqsi biex jaghti r-reazzjoni tieghu ghal dawn l-ahhar zviluppi, l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawl Cremona qal li kummenti f’dan il-punt mhumiex f’lokhom.
Intant apparti l-proceduri tal-Knisja ghaddej wkoll kaz fil-Qrati Maltin bis-sentenza finali mistennija li tinghata dalwaqt.

| < Prev | Next > |
|---|






