Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sehibna Lou

E-mail Print PDF
SharechristophercutajarNifhem l-ghadab ta’ hafna minn dawk li segwew il-mod kif Bondi+ ghogbu jghawweg, idawwar u jharbat ic-cifri biex jaghti l-impressjoni li l-Partit Laburista ghandu politika ekonomika li zzid id-deficit tal-pajjiz. Ghamel sew il-PL li ghazel li jkun prezenti fuq il-programm tat-Tnejn li ghadda. Dr. Charles Mangion wera bic-car li minn dak li pprova jbellghalna sehibna Lou, bl-ghajnuna tal-Partit Nazzjonalista, kienet biss propaganda rhisa.
Sehibna Lou beda jurta ruhu jara lil Mangion iwaqqalu argument wara l-iehor. Jahseb li jista’ jbellghalna r-ross bil-labbra. Dan il-prezentatur ghandu elf xkubetta fl-armarju, u kieku qatt jipponta wahda lejn il-Partit Nazzjonalista. Peress li m’ahniex ta’ subghajna f’halqna, qatt m’ahna se nippretendu li sehibna Lou jaghmel ahjar minn hekk. Aktar u aktar meta niftakru li serva ta’ Direttur tal-Informazzjoni tal-PN.

Allergija

Nifhem sew x’inhi t-tattika tal-kugin ta’ dak il-Ministru li fl-2013 behsiebu jintefa’ jgawdi l-mara. Permezz tal-programm li jmexxi, sehibna Lou jipprova jaghti x’jifhem li dak kollu li jhammar wicc il-Gvern huwa biss hlejqa tal-Partit Laburista. Dak li l-Gvern ikun qed jaghmel hazin isir biss storja vvintata mill-PL. Veru l-kaz ta’ post-modernizmu fl-istat pur, fejn il-verità mhix ibbazata fuq fatti, izda fuq dak li ggieghel lin-nies jifhmu.
Meta jien kont fuq programm minn ta’ sehibna Lou fl-4 ta’ Ottubru li ghadda, u ghidt li fil-kaz tal-Power Station ta’ Delimara l-Kummissjoni Ewropea baghtet ittra lill-Gvern Malti u qaltlu kif il-lasti twessghu biex jiskorjaw tal-BWSC, sehibna Lou hassu urtat u qalli li m’inhix korrett ghax “din hija [biss] l-akkuza li qed jaghmel il-Labour Party”. Il-fatti jweggghuh wisq. L-istess bhalma jweggghu lil kuginuh Austin li ghamel krucjata shiha biex ma jinstemghux ix-xhieda involuti fil-kaz tal-Power Station quddiem il-Kumitat Parlamentari ghall-Kontijiet Pubblici. Ghandhom allergija komuni fil-familja! L-allergija ghall-fatti.

Bojkott?

Quddiem dan kollu tisma’ lil min jghidlek li l-Partit Laburista ghandu jibbojkottja programmi bhal Bondi+. Lil dawn ma naqbel maghhom xejn. Jekk il-PL jaghmel hekk,  ikun qed jaghti rebha doppja lil nies bhal sehibna Lou li ilhom jiddominaw ix-xandir pubbliku s-snin. Sahha jiehu pjacir idoqq id-diska tal-Gvern, ghandna nhalluh idoqqha kif irid u meta jrid? Jekk hu jkun ippreparat biex jattakka lill-PL, hekk ukoll l-esponenti tal-PL ghandhom jibqghu jkunu ppreparati izjed minnu biex jikxfu l-ghamad wara dan ix-xandir tad-dardir li l-pubbliku Malti jkun mitmugh minn jum ghal jum.

Minn flokhom

Mhux talli m’ghandniex nibbojkottjaw dawn il-programmi, talli jehtieg nokkupaw l-ispazji li qed johonqu permezz taghhom. Ghandna naraw li dawk ix-xandiriet li ma jixirqux li jibqghu okkupati mill-Where’s Everbody? fuq l-istazzjon nazzjonali, jibdew ikunu okkupati minn nies li ghal qalbhom ghandhom il-progress u l-analizi kritika ta’ dak li qed jigri madwarna.
Bhalma l-PL fil-passat kien kapaci jibni kwartieri generali godda, mezzi tax-xandir godda u sahansitra kumpannija tat-telefonija cellulari, jien cert li l-PL jista’ jidhol ghal bicca xoghol kbira ohra.
Nemmen li wiehed ghandu janalizza jkunx vijabbli li titwaqqaf dar tal-produzzjoni gdida fix-xandir li titfa’ l-offerti ghal programmi ta’ diskussjoni politika u ta’ grajjiet kurrenti fuq l-istazzjon nazzjonali. Tkun dar tal-produzzjoni li ma tilghaqx lil dan il-Gvern tal-minoranza li jaghmel bil-maqlub ta’ dak kollu li jkun qal qabel l-elezzjoni.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata