Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Living Wage

E-mail Print PDF
Share

lydia_abelaKull persuna u kull familja ghandu jkollha d-dritt li tghix hajja dicenti. Kulhadd ghandu jkollu d-dritt li jghix hajja komda u ghandu jkollu access ghas-servizzi bazici bhal kull persuna ohra fl-istess socjetà. Sfortunatament f’pajjizna ghad ghandna min jghix komdu hafna u min jghix fi skumdità.

Filwaqt li l-Gvern Nazzjonal- ista jiftahar li l-ekonomija sejra ’l quddiem, il-kwalità tal-hajja fil-pajjiz qieghda dejjem tonqos. Filwaqt li l-Gvern jirrepeti kemm-il darba li huwa favur it-tishih tal-familja, jidher li hafna familji Maltin xorta wahda qeghdin ikomplu jitkissru. Fost ir-ragunijiet ewlenin ghal dan it-tifrik, hafna huma dawk li lili personalment waqt ix-xoghol legali tieghi jispjegawli illi l-familji taghna ma baqalhomx hin ta’ kwalità biex igawdu lil xulxin u sahansitra jinsabu imcahhdin mill-hrug fil-weekends bhala familja.


Dan kollu huwa rizultat tal-fatt li hafna huma dawk li qed ikollhom jaghmlu part-time jobs biex ilahhqu mal-kontijiet dejjem joghlew.


Dan kollu qed johloq pressjoni u tensjoni fuq il-familji taghna bil-konsegwenza li hafna qed jghixu hajja mizera. Filwaqt li minn naha l-familji taghna qeghdin jaghmlu l-kalkoli kif ser ihallsu l-kontijiet taghhom u li ma jistghux ilahhqu maghhom, min-naha l-ohra l-Gvern Nazzjonalista jinsab mitluf iberbaq il-flus tal-poplu bl-addocc.


Il-Partit Laburista minn dejjem mexxa ’l quddiem proposti innovattivi li jpoggu lil pajjizna fuq l-istess linji ta’ pajjizi ohrajn. Fl-istorja tieghu, il-partit Laburista baqa’ jissemma ghall- mod kif dejjem impenja ruhu fil-qasam socjali u fil-fatt hafna mill-beneficcji li ghadna ngawdu llum jafu l-bidu taghhom lill-Partit taghna. Minn dejjem kien il-Partit Laburista li ha hsieb u qatt ma ddejjaq ikun minn ta’ quddiem nett biex iressaq proposti godda ghal pajjizna.


Huwa ghalhekk li l-Partit Laburista fil-Gvern ser ikun qieghed imexxi ’l quddiem u jikkunsidra serjament il-kuncett ta’ living wage li bhalissa qed jissemma f’ghadd ta’ pajjizi Ewropej. U xi tfisser ezattament il-living wage?


L-iskop ewlieni tal-kuncett ta’ living wage huwa dak li jgholli l-livell ta’ ghejxien tal-haddiema f’pajjizna, u dan billi jigi stabbilit x’paga u dhul ghandha bzonn persuna u familja biex jghixu hajja dicenti.


Mill-banda l-ohra, dawk l-employers li jkunu qed jaghtu dan il-livell ta’ pagi lill-haddiema taghhom u jhallsuhom paga li tirrifletti l-htigijiet tal-familja, jinghataw u jgawdu minn incentivi.

Studju li sar mill-Caritas, aktar kmieni din is-sena, jindika illi familja ta’ erbgha min-nies tista’ tghix hajja dicenti b’paga ta’ 314-il ewro fil-gimgha u dan meta l-paga minima bhalissa hija dik ta’ 152 ewro.

F’pajjizna ghandna numru ta’ nies li ghalkemm jahdmu u ghandhom impjieg, xorta wahda ma jistghux jghixu hajja dicenti u dan ghaliex m’ghandhomx dhul xieraq mill-impjieg principali taghhom.

Kulhadd jaf li llum huwa ferm difficli li tghajjex familja fuq il-paga minima.

Mizura bhalma hi l-living wage hija mizura favur il-familja u hija mizura li timmira lejn kwalità ta’ hajja aktar dicenti. Permezz tal-living wage tkun qed tigi indirizzata b’mod effettiv il-problema tal-faqar, ghaliex din hija mizura importanti fil-glieda kontra l-faqar u li tista’ taghti opportunità lill-familji taghna, b’mod partikolari lil uliedna, biex jimxu ’l quddiem.

Din hi wahda mill-proposti konkreti mressqa ’l quddiem mill-Partit, li turi kemm il-Partit Laburista hu tabilhaqq moviment politiku vicin ic-cittadin, li jaghraf u jhoss il-polz tal-poplu u t-tbatijiet li ghaddej minnu fil-prezent. Hu ghalhekk Partit li mhux biss jaghraf il-problemi izda hu Partit li jfittex is-soluzzjonijiet ghalihom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata