Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Bagit ma jirriflettix id-dokument ta’ qabel il-Bagit

E-mail Print PDF
ShareMeta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-Estimi ghall-Edukazzjoni, il-Kelliemi ghall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li meta nhareg id-dokument ta’ qabel il-Bagit huwa qabel ma hafna minn dak li nkiteb dwar l-edukazzjoni. Dan id-dokument kellu hafna proposti tajbin.
L-istess dokument ta’ qabel il-Bagit ammetta li ghandna dawl ahmar fis-sistema edukattiva taghna: wisq drop outs fejn madwar 40% jitilqu mill-iskola malli jtemmu l-iskola sekondarja u percetwali qawwi ta’ studenti li jabbandunaw l-iskola post-sekondarja  billi  jsibu li m’ghandhomx il-bazi bizzejjed biex ikomplu l-korsijiet taghhom. Isemmi wkoll in-nuqqas ta’ ko-ordinazzjoni  bejn x’tipprovdi s-sistema edukattiva u x’ghandu bzonn is-suq tax-xoghol u l-bzonn li jkollna izjed zghazagh ikomplu fl-edukazzjoni oghla. Tissemma wkoll il-htiega ta’ strutturi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità fl-edukazzjoni terzjarja.
Bartolo sostna li f’dan id-dokument hemm hafna ideat tajbin. Izda mbaghad dan mhux rifless fil-Bagit. “Mela kellna l-pre-Budget Document  u allura tistenna li mbaghad il-Bagit se jindirizza dak li gie elenkat fil-pre-Budget Document.  Izda fil-fatt naraw li hemm sgancjar totali bejn x’qal li ghandhom ikunu l-prijoritajiet edukattivi l-pre-Budget document  u l-Bagit ghas-sena 2011,” qal Bartolo.
Id-dokument  jsemmi l-htiega  ta’ sistema edukattiva inklussiva, izda hawnhekk ghandna problema minhabba s-servizz hazin li jinghata lit-tfal taht l-età u tfal bi bzonnijiet specjali. 
Filwaqt li nitkellmu spiss fuq il-waiting list li hemm fil-Mater Dei, ftit li xejn nsemmu li ghand 1163 tifel u tifla jistennew li jigu assessed  mic-Child Development Advisory Unit (CDAU).   
Ghandna sahansitra trabi tat-twelid li jitwieldu b’xi problema li qed idumu minn xahar sa tliet xhur biex jigu assessed. Dawn huma affarijiet skandaluzi. M’ghandiex programm ta’ intervent bikri ghal dawn it-tfal, meta  illum kulhadd jammetti li jekk ma tiehux hsieb it-tfal minn età zghira, jekk jista’ jkun mat-twelid, il-problemi se jkomplu jikbru u se jkun aktar difficli biex imbaghad tindirizzahom. Tfal ta’ bejn 4 u 14 il-sena qed idumu bejn sitt xhur u sena u nofs biex jigu assessjati minn occupational therapist.
Dan billi hemm nuqqas kbir ta’ staff, fosthom 12-il occupational therapist u numru ta’ psikologi.
Il-Kelliemi Laburista sostna li huwa xokkanti li l-Ministeru tal-Edukazzjoni  jitfa’ r-responsabbiltà ta’ tfal ta’ bejn t-twelid u tliet snin fuq il-Ministeru tas-Sahha. Hemm bzonn li  jkun hemm ko-ordinazzjoni ahjar bejn iz-zewg ministeri ghall-programm bhal dan ghax dak li ma jkunx solvut fl-ewwel tliet snin, se johloq problemi akbar fil-qasam tal-edukazzjoni. 
Is-CDAU jista’ jiffoka fuq l-assessment u jhalli s-services provision f’idejn l-NGOs,  fosthom l-Inspire li mieghu ntlahaq ftehim tassew tajjeb min-naha tal-Ministeru. M’hemmx ghalfejn il-Gvern jirreplika dak li jista’ jsir, hafna drabi ahjar minn NGOs. Bi ftit flus li jinghataw lil dawn l-NGOs jista’ jkollna servizz hafna ahjar.
Bartolo qal li talab r-reazzjoni ta’ diversi edukaturi dwar dak li thabbar fil-Bagit. Kien hemm min hareg dizappuntat ghax stenna mizuri li jikkumbattu l-assenteizmu. Ghad hemm tfal li sena wara sena qatt ma jattendu skola.  Hemm bzonn ta’ aktar xoghol biex ir-riforma tinzel fost l-ghalliema biex dawn jaghmluha taghhom.
Huwa importanti li l-ghalliema jigu nvoluti  ghax  “qisu l-ossessjoni ta’ dan il-Ministeru li anke jekk tkun se taghmel xi haga tajba, flok tikkonsulta bis-serjeà ... taqbad u titlaqa’ ghal rasha, tghaffeg u mbaghad tipprova ssewwi wara, u thalli hafna nies dizappuntati. Ikkonsultaw, ikkonsultaw  anke jekk kultant jiehu daqxejn aktar zmien, imma mbaghad taf li se tasal izjed.”
Hemm bzonn li l-ahjar ghalliema inzommuhom fil-klassi  ghax fl-ahhar mill-ahhar is-success tal-edukazzjoni  jiddependi fuq dak li jigri fil-klassi. Ghax sfortunatment qed nispiccaw fil-klassi b’supply teachers li ma jkollhomx tahrig u formazzjoni bizzejjed biex jaghtu l-ahjar edukazzjoni.
Ghandna ghalliema tajbin li m’humiex stmati u qed iwettqu riforma li ma ghazlux huma, li ma kienux msiehba b’mod shih fiha.  L-ghalliema fil-primarja m’ghandhomx nifs anqas biex jitkellmu bejniethom biex jaqsmu l-ideat u jitghallmu minn xulxin.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata