Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-presepju fil-familji taghna

E-mail Print PDF
Sharearcisqof

Fit-Ittra Pastorali li l-Isqfijiet ta’ Malta u Ghawdex Pawlu Cremona u Mario Grech hargu ghall-Avvant, tkellmu kif f’dawn il-granet in-Nisrani jirrifletti fuq ix-xena helwa tat-tarbija mdawra mill-genituri t-tnejn taghha fil-Presepju tal-Milied.

L-Isqfijiet Cremona u Grech qalu li kultant il-Knisja Kattolika u l-Kattolici jigu kkritikati li huma idealisti ghaliex ma jibdewx mid-dinja ta’ madwarna u jaccettawha kif inhi u mbaghad naraw biss kif jtaffu xi ftit id-dannu. “Dan fi zmienna qieghed isir fl-isfera tal-familja, b’mod specjali fl-isfera tal-ligijiet. U f’dan kollu nafu li l-iktar li jbatu f’dan kollu huma t-tfal.” 
Il-qofol tal-hsieb ta’ dawk li jemmnu verament fi Kristu, jghidu l-isqfijiet huwa proprju li jzommu f’qalbhom  dejjem il-qofol tat-taghlim ta’ Sidna Ġesù Kristu: li jhobb lill-bnedmin li qeghdin jghixu f’din ir-realtà u jahdem biex ibiddilha ghall-gid tal-bniedem stess.


L-Isqfijiet regghu rreferew ghall-ahhar Nota Pastorali taghhom, fejn qalu li: “Hija l-attitudni taghna li trid tinbidel, mhux iz-zwieg”. Il-Milied huwa mument meta kull wiehed u wahda minna, u lkoll flimkien, naghmlu l-ghazla: irridu nibdew  mir-riflessjoni helwa tal-Presepju, nghixuh ahna fil-familji taghna, u mbaghad nibdew inxerrdu din il-vizjoni biex naghmlu socjetà li tkun iktar ghas-servizz tal-bniedem, f’dan il-kaz, tat-tarbija u tat-tfal.
L-Isqfijiet tennew li huma jifirhu li jisimghu kemm-il darba li ahna ghandna nqieghdu lit-tfal fil-qofol tar-riflessjoni taghna, izda nistghu nghidu li mhux dejjem il-proposti ta’ legislazzjoni jew l-atmosfera tas-socjetà taghna, qeghdin jirriflettu dan il-hsieb fil-kuntest Kristjan, jew ta’ gid ghat-tfal stess. 

Il-progress tax-Xjenza 
Dwar il-progress tax-xjenza, l-Isqfijiet Pawlu Cremona u Mario Grech qalu li dan huwa ta’ gid ghall-bniedem ghaliex igiblu possibiltajiet godda, u jiftahlu orizzonti godda fuq dak li kapaci jaghmel. Illum naraw is-sbuhija tax-xjenza f’dak li ghandu x’jaqsam mal-medicina u mat-teknologija tal-informatika.
“Izda mhux dejjem nindunaw mill-ewwel fl-ecitament tal-mument tal-iskoperta, biex din napplikawha ghall-bniedem u ghall-principji bazici tieghu. Dawn jghallmu li hemm bzonn jibqa’ rispett ghal dak li hemm fil-bazi tal-Ħolqien, jew tan-Natura, u nibdew minnu, inkella jista’ jirrizulta ghad-dannu tal-bniedem stess”, tennew l-Isfijiet.
“L-iktar ezempju kbir li ghandna huwa fl-ambjent. Il-bniedem bil-mezzi moderni li ghandu f’idejh ghandu hafna iktar qawwa li jiddomina n-natura. Tul ghexieren ta’ snin, indunajna li ma rrispejtaniex bizzejjed in-natura u skoprjena li qeghdin infixklu n-natura fil-globalità taghha. Fid-dawl ta’ din il-qawwa kbira abbuzajna min-natura u issa qeghdin naraw kif nergghu nibdew mir-rispett tal-ambjent! L-interessi egoistici tal-bnedmin mexxew huma b’dannu ghall-holqien u ghall-bniedem stess”, tennew l-Isqfijiet.
“Bhalma Ġuzeppi u Marija hejjew qalbhom u mohhhom, u l-hajja flimkien biex jilqghu lill-Mulej Ġesù, hekk ukoll l-hidma principali tal-koppja Nisranija ma tkunx biss l-att fiziku li permezz tieghu titwieled tarbija, izda t-thejjija spiritwali taghhom fl-imhabba dejjiema biex permezz taghha kull tarbija mhux biss titwieled izda tikber imhaddna mill-imhabba tal-genituri.
Ghalhekk ahna nghallmu li l-edukazzjoni sesswali trid tibda minn dak li hu uman fostna – l-imhabba tal-koppja, u r-rispett lejn xulxin – li mbaghad tinfirex fuq l-aspett fiziku tas-sesswalità  b’dak l-aspett tant sabih tal-ferh u l-pjacir, li jressaq lill-koppja lejn xulxin. U dan ikun il-qafas proprju fejn il-Mulej jista’ jibghat tarbija u jaf li se tkun milqugha bl-imhabba li jkun hemm f’dak l-att sesswali.


Ma nkunux qeghdin nahsbu fit-trabi li jitwieldu jew it-tfal li qeghdin jitrabbew jekk nafdaw biss fuq edukazzjoni sesswali minghajr ma nirreferuha ghall-konsegwenzi marbutin intimament maghha. Irridu nifthu ghajnejn iz-zghazagh taghna ghas-sbuhija ta’ dan il-pjan shih” stqarre l-Isqfijiet fl-Ittra Pastorali li nharget il-bierah.


Dwar it-tibdil li digà li gie propost dan l-ahhar dwar it-teknologija tat-tnissil, l-Isqfijiet staqsew: “Kif nistghu nkomplu nghidu li t-tfal huma fic-centru tal-hajja socjali taghna, jekk naccettaw li niffrizaw l-embrijuni li f’pajjizi ohra rrizulta fil-qtil ta’ dawn l-embrijuni? Kif nistghu ma noffrux lil kull tarbija li titwieled permezz ta’ din it-teknologija atmosfera ta’ koppji li kkommettew lilhom infushom ghal trobbija stabbli fi zwieg stabbli? U dawk l-embrijuni, u dawk it-tfal, mhumiex ukoll ‘taghna’?”


L-Isqfijiet qalu li meta s-socjetà moderna ppruvat tifred dawn il-valuri kollha minn xulxin, ir-rizultat dejjem jispicca fit-trabi u t-tfal; it-tarbija: il-qtil tat-trabi fil-guf fl-abort; il-problema demografika fin-nuqqas ta’ numru ta’ tfal li jitwieldu; it-tbatija tat-tfal li mhux imdawrin mill-imhabba taz-zewg genituri. “Dan kollu jurina li anki fin-natura, il-Presepju huwa shih.


Ahna qeghdin insejhu lil dawk li ghazlu li jigu ispirati minn Ġesù, biex f’dan il-Milied, jghaqqdu l-ferh spiritwali tat-twelid ta’ Gesù – fil-Quddiesa ta’ nofs il-lejl, fil-presepju u fil-Bambin li narmaw id-dar - mal-ferh ta’ kull tarbija li titwieled u tat-tfal fostna, u naghtu s-sehem taghna biex dan isehh fil-familja taghna u madwarna,” temmew jghidu l-Isfijiet Pawlu Cremona u Mario Grech fl-Ittra Pastorali taghhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata