Din il-gimgha, f’attività specjali gew iccelebrati l-ewwel sentejn ta’ operat tal-kumpannija ta’ telefonija cellolari redtouch fone. Sentejn immarkati b’success u determinazzjoni.
Ftit iktar minn sentejn ilu nibtet l-idea li ONE jidhol ghall-avventura gdida fis-settur tal-komunikazzjoni permezz tal-kumpannija redtouch fone. Illum sentejn wara qieghdin niccelebraw is-success ta’ eluf ta’ klijenti li qed jaghmlu uzu minn dan is-servizz ta’ telefonija.
F’diskors tal-okkazzjoni c-chairman ta’ ONE, Jason Micallef tkellem dwar dak li ghaddiet minnu l-kumpannija f’dawn l-ahhar xhur - l-izviluppi u t-titjib fis-servizz, u fuq kollox iz-zieda sostanzjali ta’ abbonati, li llum jaghmlu parti mill-familja ta’ redtouch fone. Jason Micallef esprima l-apprezzament tieghu u tal-haddiema lejn dawk kollha li jaghmlu uzu mis-servizzi ta’ redtouch, illum parti importanti fl-operat ta’ ONE.
Fl-ahhar xhur redtouch fone ziedet l-abbonati taghha b’aktar minn 25% u ghaldaqstant issa thares ‘il quddiem biex matul is-sena d-diehla l-kumpannija tkompli tinvesti biex is-servizz li digà toffri, jkompli jitjieb, dejjem bl-orhos prezz possibli. Dan b’ghadd ta’ offerti li se jithabbru fil-jiem li gejjin u mahsubin biex igawdu minnhom l-abbonati ta’ red touch fone u dawk li juru x-xewqa li jinghaqdu ma’ redtouch waqt il-festi tal-Milied.
Quinton Scerri, l-persuna inkarigata mill-operat ta’ redtouch fone, waqt l-attività irringrazzja lil dawk kollha li tul dawn l-ahhar sentejn hadmu mill-qrib ma’ redtouch fone sabiex wasslu lill-kumpannija fejn tinsab illum. Primarjament lil Vodafone Malta u lil ASpider Malta li flimkien ma’ redtouch hadmu qattiegh sabiex illum redtouch hija l-akbar operator virtwali f’Malta.
Quinton Scerri tkellem dwar il-pjanijiet li redtouch ghandha ghas-sena d-diehla; aktar investiment fis-servizz li mistenni jissarraf f’aktar prezzijiet vantaggjuzi ghal klijentela, kif ukoll pjanijiet li redtouch tibda toffri servizzi ancillari ohra.

| < Prev | Next > |
|---|






