Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sospensjoni tal-Fondi tal-UE

E-mail Print PDF
Share

Rapport li deher fl-istampa lokali jghid li hu mistenni li ma jdumx ma jithabbar li se jkun hemm tnehhija parzjali tas-sospensjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea fuq programmi edukattvi.

Biss skont l-istess ahbar, kelliemi tal-Unjoni Ewropea qal li m’hemmx cans li s-sospensjoni titnehha ghal kollox billi l-Kummissjoni Ewropea ghadha mhiex sodisfatta ghal kollox bil-mizuri li ttiehdu sa issa, u ghad fadal hafna xi jsir biex jintlahaq il-livell ta’ skrutinar mixtieq mill-UE. Nisperaw li din l-ahbar  ma tkunx ferha bla temma.

Qed nghid dan ghaliex fil-bidu ta’ Ottubru li ghadda, il-Ministru Dolores Cristina, li finalement hija responsabbli ghal dak kollu li gara,  digà kienet harget tghid li kienet kunfidenti li s-sospensjoni kellha tigi mnehhija wara zjara li kellha taghmel delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea dak ix-xahar.

Jidher li d-delegazzjoni giet u marret u minkejja li l-Ministru nsistit li l-Ministeru kien ghamel dak kollu possibbli biex jintlehqu l-livelli mehtiega, jidher li l-Kummissjoni ma hasbitix l-istess. Fil-fatt jekk dak li ntqal fir-rapport li semmejt huwa minnu, ghad fadlilna x’naqdfu biex nissodisfaw lil Unjoni Ewropea li qeghdin niehdu l-mizuri kollha mehtiega biex ikun hemm sistema ta’ akkontabilità skont l-esigenzi tal-istess Unjoni.

Povertà

Rapport tassew interessanti li ppubblika dan l-ahhar l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika huwa “Children 2010” li jhares lejn it-tfal f’Malta minn diversi lati u jaghti stampa tassew interessanti ta’ din is-sezzjoni hekk importanti tal-popolazzjoni Maltija.  Ic-cifri li jaghti dan l-istudju, li wiehed jista’ jarah fuq is-sit tal-NSO (http://www.nso.gov.mt/site/page.aspx), jittrattaw is-snin 2007-2008.

Skont dan ir-rapport f’Malta u Ghawdex ghandna 18% tat-tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar. F’numri reali dan ifisser li  ghandna 15,560 tifel u tifla li l-familji taghhom ma jistghux ilahhqu sewwa mal-hajja u li minhabba f’hekk jkollhom joqghodu lura u ma jixtrux certu affarijiet. U dawn ic-cifri huma dawk ghas-sena 2007, jigifieri qabel mal-komtijiet tad-dawl u l-ilma sparaw mas-smewwiet, li zgur li gabu aktar familji qrib li jaqghu fil-faqar.

Fost l-affarijiet li dawn il-familji baqghu lura milli jixtru, hemm il-computer. Fil-fatt dan ir-rapport jghid li fil-gzejjer Maltin ghandna aktar minn 9000 familja, li bejnithom ghandhom aktar minn 15,000 tifel u tifla, li fid-dar taghhom m’ghandhomx kompjuter.

Veru li l-kompjuter mhux importanti daqs l-ikel, ghax wiehed jista’ jghix minghajru, izda fil-hajja tal-lum il-kompjuter huwa essenzjali specjalment fil-qasam tat-taghlim.

Zgur li tfal li ma jistghux juzaw dan ir-rizors hekk importanti se jkunu zvantaggjati. U allura rridu naraw x’nistghu naghmlu biex nindentifkaw lil din is-sezzjoni tal-popolazzjoni biex naghtuha l-ghajnuna mehtiega biex telgheb dan l-izvantagg.

U meta naqraw dwar dan in-nuqqas, u nuqqasijiet ohra, fosthom nuqqas ta’ spazju fid-djar, nuqqas ta’ finanzi bizzejjed biex it-tfal jinghataw ikel bizzejjed u kif mehtieg, nuqqas ta’ flus f’idejn il-genituri ta’ dawn it-tfal, nibda  nithasseb kemm it-tmexxija u l-ghalliema tal-iskejjel huma konxji ta’ din is-sitwazzjoni.

Smajna kemm-il darba b’ghalliema, kapijiet ta’ skejjel u ohrajn li nnutaw certu nuqqasijiet, specjalment ta’ tfal li ma jkollhomx x’jieklu u dawn raw kif ghinuhom. Hemm diversi skejjel li taw ghajnuniet ohra lil tfal fil-bzonn, l-aktar fejn jidhlu uniformijiet, ecc.

 

Izda kemm ahna konxji ta’ din is-sezzjoni ta’ tfal meta nesigu fuq certu xiri ta’ uniformijiet, meta nitolbu t-tfal biex igibu flus ghal xi hargiet, ghal xiri ta’ fotokopji, ecc.

U xi nghidu ghal meta nigu biex naghtu x-xoghol tad-dar, specjalment fejn jehtieg li ssir certa ricerka. Qed naghtu qies  tal-fatt li dawk il-15,000 tifel u tifla m’ghandhomx computer id-dar?

Nafu li hemm skejjel u ghalliema li jqisu dan, u sa fejn jistghu jaraw kif jghinu. Izda dan nistghu nghiduh ghall-iskejjel kollha u l-ghalliema kollha? Fuq kollox  qed naghtu r-rizorsi u t-tahrig mehtieg lill-ghalliema biex meta jinnotaw kazijiet bhal dawn, tkun tista’ tinghata l-ghajnuna mehtiega?

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata