Issa li resqin ftit ftit lejn il-festi tal-Milied, nibdew nisimghu aktar dwar il-pantomimi li jittellghu f’dawn iz-zminijiet. RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ PAWLU TESTA li ilu ghal dawn l-ahhar 10 snin jipproduci pantomima fl-Istitut Kattoliku
Illum jghodd 61 sena, joqghod G’Mangia u l-interessi tieghu huma xoghlijiet marbuta mal-palk muzikali, b’mod partikolari l-pantomima lokali. Qed nirreferi ghal Pawlu Testa li ilu afdat bil-produzzjoni tal-pantomima li tittella’ fl-Istitut Kattoliku ghal dawn l-ahhar ghaxar snin.
Hekk kif iltqajt ma’ Pawlu mal-ewwel beda jghidli ftit dwaru. “Inqis ruhi bhala persuna kwieta, u li dejjem nahseb x’ser nohloq. Jien bniedem li ma niehux decizjonijiet mghaggla. Napprezza l-hajja u lil haddiehor. Anke fit-teatru, napprezza x-xoghol ta’ haddiehor. Minix wiehed li nara x-xoghol tieghi biss,” beda jghidli dwar il-karattru tieghu.
Pawlu ilu jtella’ l-pantomima ghal dawn l-ahhar ghaxar snin. F’ghajnejh, lill-pantomima jaraha bhala xi haga li mhi marbuta mal-ebda licenzja. “Pantomima tittratta storja. Storja fejn kollox jigi accettat fiha, li tinkludi battuti tal-mument li n-nies ikunu qed jistennewhom. Xi kultant il-kliem ikunu spontanji. Tispikka l-fatt ta’ drama li tkun tinkludi ragel mlibbes ta’ mara. Ma jonqosx kant u muzika live mehudin minn muzika maghrufa ghal spettaklu ahjar,” fissirli Pawlu.
Peress li din is-sena jahbat ezattament l-ghaxar anniversarju tal-pantomima li jtella’ fl-Istitut Kattoliku, ma stajtx ma nistaqsix lil Pawlu x’hajjru jibda jtella’ pantomima ghaxar snin ilu u x’zammu ghaddej sena wara sena.
“Nibda biex nghid il-pantomima minn dejjem ghogbitni. Nemmen li hawn postha u nemmen li qabdet. Lura fis-sena 2001 kont tellajt l-ewwel pantomima tieghi. Biz-zmien l-udjenza dejjem uriet li tridha u b’hekk sena wara sena tatni l-kuragg li nkompli, filwaqt li dejjem naraw x’nistghu ntejbu. Illum nista’ nghid li pantomima saret wahda mill-attrazzjonijiet principali ghal zmien il-Milied. B’wicci minn quddiem, nghid li l-pantomima sabet postha fejn jixirqilha.”
Dwar il-hin u hsieb li tehodlu pantomima, Pawlu nfurmani li hija l-istess process bhal karnival. Tispicca pantomima u jibda mal-ewwel ix-xoghol fuq is-sena ta’ wara. “Kif tispicca ezatt, jibda d-diskors fuq tas-sena ta’ wara. Niddiskutu s-suggett, jittiehed notament ta’ xi nkunu rridu u jibda jkollna l-ewwel veduti ta’ stampa gdida u aktar cara. Qisu f’Mejju jew Gunju tkun lesta u jibda t-tfassil u l-laqghat. Madwar Settembru jibdew ir-rehearsals u l-pubblikazzjonijiet,” spjegali Pawlu pass pass dwar kull pantomima annwali.
Dwar jekk kienx hemm xi tibdil jew differenzi minn l-ewwel pantomima ‘l hawn, Pawlu tbissem u wiegeb, “Anzi nghidlek li kull sena jkun hemm tibdil. L-aktar tibdil li sar kien fil-kast, sabiex naghtu cans lil diversi atturi. Minkejja li wiehed jilhaq il-quccata, ma jfissirx li ma jkollokx xi ttejjeb. Wiehed irid jinsa ta’ qabel u jhares pozittiv ghal li jmiss,” sostna Pawlu.
Ziggie Lulu
Il-pantomima ta’ din is-sena nghatat l-isem Ziggie Lulu – Pass pass mal-istorja. Ser tittratta l-istorja ta’ Malta skont Ziggie Lulu. Fil-fatt Ziggie Lulu ser tehodna f’perijodi differenti tal-istorja ta’ Malta. Bhas-soltu, l-protagonista ser ikun l-attur bravu Hector Bruno. Wiehed jista’ jimmagina minn issa b’liema teoriji ser tohrog bihom Ziggie Lulu!!
Flimkien ma’ Hector Bruno, ser jippartecipaw ghadd iehor ta’ atturi lokali fosthom Ronald Briffa, Neville Refalo, Snits, Leontine, Ina Robinich, Laura Bruno, Fabian Scerri de Carlo, Toni Busuttil, Brian Farrugia, Clifford Galea, Mario Camilleri, Eileen Micallef, Alan Falzon u Frank Borg.
Il-pantomima ta’ din is-sena hija miktuba minn Joe Julian Farrugia, b’direzzjoni ta’ Augusto Cardinali, direzzjoni muzikali f’idejn Neville Gatt, koreografija ta’ Felix Busuttil, make-up f’idejn Justin Brincat, kostumista Lily Meli, xenografu Marco Bartolo u l-lirika giet fdata wkoll f’idejn Joe Julian Farrugia. Il-produzzjoni bhal dejjem hija ta’ Pawlu Testa.
Ziggie Lulu ser tkun qed tittella’ fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana bejn il-Hadd 19 ta’ Dicembru 2010 sal-Hadd 16 ta’ Jannar 2011.
Xtaqt inkun naf dwar kif Pawlu jhares lejn il-Milied. Fil-fatt fi kliemu spjegali li bla dubju hija wahda mill-isbah festi. “Dan l-ahhar sirt narah artificjali. Nghid hekk ghax forsi kbirt. Fil-fatt ma nemminx fil-kartolini tal-Milied. Inhobb nattendi ghall-quddies ta’ nofs il-lejl. Anzi jekk ma nattendix, qisu ma jkunx gie Milied ghalija. Dilettant ukoll tal-Presepju, ghalkemm illum il-gurnata m’ghadniex narmah ghall-pubbliku minhabba mpenji ohra,” sostna Pawlu.
Kompla jghidli li fi zmien il-Milied dejjem ihossu xi naqra tense minhabba li tkun ghaddejja l-pantomima. “Il-fatt li hija produzzjoni hajja jzommni ftit tense ghal dak li jista’ jinqala’ minn taht ir-rih, ghalkemm ma jkunx hemm xi problemi kbar. Ghall-Milied inhobb niehu vaganza zghira u fl-istess inzur lit-tifla tieghi li tghix barra minn Malta,” zied jghidli.
Fl-ahharnett, Pawlu xtaq jappella sabiex il-poplu japprezza kull xoghol u produzzjonijiet lokali. “Ma ninsewx is-sagrificcji li tinvolvi kull produzzjoni. Jekk in-nies tattendi, jkun qed jintwera appogg. Qed nghid dan mhux biss ghall-produzzjonijiet tieghi, izda ghal kull produzzjoni lokali in generali,” temm jghidli Pawlu.
Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.

Minn Abigail Spiteri, December 20, 2010
| < Prev | Next > |
|---|






