Kmieni din il-gimgha l-Prim’Awla tal-Qorti Civili ta’ Malta ordnat lill-Gvern Malti jhallas is-somma ta’ €419,287 f’kumpens lill-familja tal-Professur Edwin Grech ghall-qtil politiku tal-ghaziza binthom, Karin.
Dan id-delitt kien sehh fit-28 ta’ Dicembru,1977 fiz-zmien meta l-Professur Grech kien gie lura Malta mill-Ingilterra fuq talba tal-Gvern Malti biex jaghti servizz ta’ emergenza fl-isptarijiet Maltin. Dan wara li f’dak il-perijodu kienet ghaddejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern Malti, u l-Assocjazzjoni Medika ta’ Malta li kienet ordnat lit-tobba Maltin li kienu jahdmu fl-isptar biex jistrajkaw.
Lura ghas-sentenza li ta l-Imhallef Pace. Ftit wara li harget l-ahbar mill-Qorti gietni l-kurzità li nnizzel u naqra s-sentenza tal-Imhallef Pace biex insir naf ahjar id-dettalji u r-ragunijiet li wasslu lill-Qorti taghti l-kumpens lill-familja Grech.
Qabelxejn huwa tajjeb u importanti hafna li nfakkar li t-talba originali ghall-kumpens mill-Professur Edwin Grech lill-Gvern kienet saret ftit tas-snin ilu. Dan wara li l-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi kien digà kkumpensa lil diversi familji li skont il-Gvern kienu vvittimizzati ghax taw servizz lill-Gvern fi zmien il-klima politika u socjali li pajjizna kien fiha meta sehhew dawn l-incidenti.
Izda bid-differenza ghal kazijiet ohrajn, il-Gvern ta’ Gonzi kien cahad it-talba tal-familja Grech ghall-kumpens fuq il-qtil ta’ binthom. Kien ghalhekk li l-familja tal-Professur Grech kellha bilfors tirrikorri ghall-Qorti biex f’Mejju 2008 fethet kawza kostituzzjonali kontra l-Gvern Malti fejn il-familja Grech qieset ic-cahda ghall-kumpens mill-Gvern bhala diskriminatorja fuq bazi politika. Fil-fehma tieghi l-aktar haga importanti f’din is-sentenza mhijiex il-flus, ghalkemm forsi dan hu dak li dewa l-aktar fil-gurnali. Ghax lil hinn mill-kumpens finanzjarju, s-sentenza titkellem car hafna dwar x’wassal ghad-delitt qabel u wara, u l-istennija ghall-gustizzja li ghadha ma sehhitx sa 33 sena wara.
L-Imhallef Pace jiddeskrivi n-nuqqas tal-Gvern li jaghti kumpens lill-familja Grech bhala “trattament diskriminatorju fuq bazi politika”. L-Imhallef Pace fis-sentenza tieghu jghid ukoll “id-delitt ta’ Karin Grech kien wiehed ta’ natura mediku-politiku frott il-klima partikolari li nholqot fil-kwistjoni industrijali ta’ dak iz-zmien bejn il-Gvern u l-Assocjazzjoni Medika ta’ Malta”.
Mhux ghax qatt kien hemm dubju dwar il-mottiv tal-qtil ta’ Karin Grech, imma issa ghandna wkoll sentenza ta’ Imhallef tiddikjara li d-delitt ta’ Karin Grech kien wiehed bi tpattija minn xi hadd jew uhud talli l-Professur Edwin Grech accetta t-talba li ghamillu l-istat Malti biex jigi lura mill-Ingilterra u jaghti servizz lill-poplu Malti minhabba l-istrajk tat-tobba.
Tliet xhur biss wara li l-Professur Edwin Grech gie lura Malta hallas prezz qares u qares hafna. Ittra bomba indirizzata lilu fiz-zmien sabih tal-Milied qatlitlu lill-ghaziza bintu meta kien ghad ghandha biss 15-il sena.
X’jibqa’ fik? X’jifdal minn hajtek quddiem sitwazzjoni daqstant tragika? X’taqbad taghmel meta skont ix-xhieda li ta fil-Qorti l-istess Edwin Grech jinghad hekk: “don’t forget that you have children”, kliem iebes u ta’ theddid li ntqal lill-Professur Grech f’daru stess ftit tal-gimghat qabel inqatlet Karin.
Lill-Professur Edwin Grech sirt nafu mill-qrib fil-bidu tal-2003 u bqajna hbieb sew anke jekk mhux wisq niltaqghu. Persuna gentili, edukuta, u ta’ qalb twajba. Konvint li kien dan il-karattru li gieghel lill-Professur Grech jaccetta mill-ewwel it-talba tal-Gvern Malti fl-1977.
Li jkun hemm qlub xierfa lesti jpattuha lill-Professur Grech bil-qtil ta’ bintu ma titwemminx. Imma grat. Li jkun hemm nies pubblici fl-ahhar 33 sena fosthom eks- Prim Ministru u President ta’ Malta li mhux l-ewwel darba lissen il-kliem dwar min kienet il-persuna/i li qatlu lil Karin Grech ghal skopijiet politici, dejjem qistha gharukaza mill-kbar nett. Li Edwin Grech, martu Pearl, li b’responsabbiltà nghid li qatt ma rkuprat mill-qtil ta’ bintha, u binhom Kevin ghadhom jistennew il-gustizzja taghmel haqq ma’ min kien il-mohh wara l-qtil ta’ binthom, ukoll huwa ta’ stmerrija. Ghaliex bir-ragun jghid Edwin Grech li din is-sentenza tal-anqas illum ghandha tiftah bibien fl-investigazzjoni biex iwassal lill-pulizija tasal ghall-qattiel ta’ bintu Karin.
U ghax it-tama l-ahhar li tmut, jalla li dak li lissen dil-gimgha Edwin Gech xi darba jsehh.
Min-naha tieghi, bhala cermen ta’ ONE, aktar kmieni din is-sena, u wara li ltqajt u hadt il-permess tal-familja Grech, hsibna li fit-28 ta’ Dicembru li gej, ONE, fuq produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Charlon Gouder, intellghu Dossier. Dokumentarju specjalizzat li tal-anqas min-naha tal-medja ghandu jaghmel gustizzja mal-fatti kollha dwar il-qtil tal-ghaziza Karin Grech. Titilfuhx.
IL-Hadd it-tajjeb
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






