Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Jum Dinji ghal Persuni b’Dizabilità

E-mail Print PDF
Sharelydia_abelaNhar it-3 ta’ Dicembru kien il-Jum Dinji dedikat lill-Persuni b’Dizabbiltà. Huwa kalkolat li madwar ghaxra fil-mija (10%) tal-popolazzjoni dinjija ghandha xi tip ta’ dizabbiltà. Dawn il-persuni jiltaqghu ta’ kuljum ma’ hafna ostakoli mahluqa mis-socjetà u minhabba dawn l-ostakoli, persuni b’dizabbiltà jaffaccjaw esperjenzi ta’ diskriminazzjoni, kwalità ta’ hajja anqas tajba u eskluzjoni mill-komunità taghhom u mis-socjetà in generali.

Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghal Persuni b’Dizabilità, il-Gvern Nazzjonalista ftahar li f’dan il-qasam sar hafna progress ghaliex illum il-persuni b’dizabbiltà’ m’ghadhomx jinhbew kif kien isir sa ftit tas-snin ilu. Din hija turija cara ta’ kemm ghal Gvern Nazzjonalista, meta ninsabu fis-sena 2010, ghadu ma rrealizzax il-problemi li jaffaccjaw ruhhom maghhom ta’ kuljum dawn in-nies. Din hija prova ta’ kemm il-Gvern baqa’ jkaxkar saqajh f’dan il-qasam u ma impenjax ruhu bis-shih biex dawn il-persuni jinghataw kull opportunità f’hajjithom bhal kull persuna ohra.

Meta ser jasal il-waqt li jsiru l-emendi mehtiega biex tidhol fis-sehh il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ghal Persuni b’Dizabbilta’? X’inhu jzomm lill-awtoritajiet governattivi milli jiehdu l-passi necessarji biex tigi ratifikata din il-Konvenzjoni hekk importanti ghall-harsien tad-drittijiet ta’ dawn il-persuni?

Il-Konvenzjoni ghal Persuni b’Dizabbiltà torbot lil pajjizi firmatarji li jdahhlu ligi kontra d-diskriminazzjoni u jitbiddlu l-ligijiet li jmorru kontra d-drittijiet tal-persuni b’dizabbiltà u titratta wkoll dwar l-aspetti personali tal-hajja ta’ kuljum, fosthom id-dritt ghall-privatezza u d-dritt li dawn il-persuni jkunu hielsa minn abbuz, vjolenza u esplojtazzjoni. Il-Konvenzjoni tghid ukoll illi l-persuni b’dizabbiltà ghandhom dritt ghal hajja indipendenti u li ma jkunux istituzzjonalizzati bilfors u mcahhda mil-libertà, kif ukoll titratta dwar id-dritt li jkollhom relazzjonijiet personali. Barra minn hekk il-konvenzjoni tinkludi wkoll id-dritt li l-persuni b’dizabbiltà ghandu jkollhom livell ta’ ghixien tajjeb, protezzjoni socjali adegwata, dritt li jiehdu hsieb flushom u jkollhom access ghal servizzi finanzjari bis-sapport fejn u meta mehtieg.

Izda, dan l-istrument legali li permezz tieghu l-pajjizi membri huma obbligati li jahdmu b’mod konkret u konsistenti favur id-drittijiet ta’ dawn il-persuni, ghadu ma dahalx fil-ligijiet taghna. Sfortunatament, anke fid-dinja tax-xoghol, minkejja li saru hafna weghdiet li tnejn fil-mija (2%) tal-impjegati fuq il-post tax-xoghol ghandhom ikunu persuni b’dizabilità, l-awtoritajiet, anke fis-settur pubbliku, mhumiex qeghdin josservawha. Sahansitra ghadna nsibu bini pubbliku u dipartimenti tal-Gvern li mhumiex accessibbli ghal dawn il-persuni.

Mhuwiex bizzejjed li niftakru f’dawn il-persuni darba biss fis-sena, imbaghad, tul is-sena kollha, ninsew li xi darba saru hafna weghdiet li izda baqghu fuq l-ixkaffa.

Il-Partit Laburista jemmen li kulhadd ghandu postu fis-socjetà, hadd m’ghandu jigi diskriminat u illi d-dinjità ta’ kull persuna ghandha tigi rispettata. Dawn il-granet ghandhom jghinuna biex ilkoll kemm ahna insiru aktar konxji mill-htigijiet u d-drittijiet tal-persuni b’dizabbiltà – kemm dik fizika kif ukoll dik mentali. Ma hemmx dubju illi dawn in-nies ghandhom kapacitajiet enormi u talenti unici u ghandu jsir kull sforz biex nippromwovu l-partecipazzjoni u l-inkluzjoni ta’ dawn in-nies fis-socjetà taghna.

Il-Partit Laburista huwa kommess li jahdem f’dan il-qasam biex jassigura li verament hadd fis-socjetà taghna ma jibqa’ lura, mhux biss, imma biex il-persuni b’dizabbiltà jsiru dejjem aktar protagonisti bhal kull cittadin iehor Malti.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata