Il-Partit Laburista zgur li jista’ jiftahar li minn dejjem kien l-aqwa difensur tal-ambjent li kellu pajjizna. Il-Mexxej taghna Dr Joseph Muscat tant ghandu ghal qalbu l-protezzjoni tal-ambjent li hatar persuna kapacissima bhala kelliem ewlieni ghal dan il-qasam meta ghazel lil Leo Brincat.
Nixtieq nifrah lil Leo Brincat ghall-kritika kostruttiva tieghu kif ukoll ghax-xoghol kbir li qed jaghmel biex jipprotegi l-ambjent f’pajjizna u b’hekk ikun ukoll qieghed jghin biex jitjieb il-livell tal-ghixien tal-poplu.
Il-Partit dan l-ahhar zvela x’qal rapport tal-Unjoni Ewropea dwar emissjonijiet u tniggis tal-arja, rapport li zgur ma jaghmlilniex gieh minkella l-ftahir tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi.
In-nuqqasijiet tal-Gvern ta’ Gonzi fejn ghandu x’jaqsam l-ambjent huma astronomici. Bizzejjed insemmi l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, li barra milli ser ikun qed jaghmel hafna hsara ambjentali, ghandu mcappsa mieghu xamma kbira ta’ korruzzjoni; l-estensjoni tal-Freeport ta’ Birzebbuga; il-hnizrijiet tal-MEPA dwar bini fl-ODZ minn pampaluni Nazzjonalisti; kif ukoll il-permess li nghata lil kumpannija tal-films barranija biex din tkun tista’ titfa’ kwantità enormi ta’ ramel fuq il-blat fid-Dwejra Ghawdex.
Il-MEPA issa harget tiggustifika l-hrug ta’ dan il-permess, meta skont ma qalu esperti dan il-permess qatt ma seta’ jinhareg ghax huwa kontra l-ligi. Is-sit tad-Dwejra huwa sit uniku ghax huwa sit natura 2000 u huwa sit ta’ konservazzjoni u allura jekk ma jkunx jifforma parti mill-management tal-post, ikun illegali li jinhareg xi tip ta’ permess fuq dan is-sit.
Issa l-MEPA ser tqabbad espert biex jikkwantifika l-hsara li saret lil din il-gawhra tal-poplu Malti. Kien ikun ahjar li ma nhareg l-ebda permess mill-bidu nett milli issa ser noqoghdu naraw jekk saritx hsara lill-post. Insomma l-lista ta’ sfregji ambjentali li dan il-Gvern wettaq ma tispicca qatt.
Issa smajna bir-rapport li jpoggi lil pajjizna fir-raba’ post fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea kollha li l-aktar li ghandhom tniggis tal-arja u emissjonijiet. Dan zgur li ma jaghmlilniex gieh.
F’pajjizna ghandna postijiet li ghandna nkunu kburin bihom ghax dawn huma moghnija bi gmiel naturali kbir bhal ma huma flora u xtieli endemici u kampanja l-gmiel taghha. Dan il-Gvern minflok jipprotegi l-gojjelli ambjentali li nippossedu, jaghlaq ghajnejh meta xi spekulatur minn tal-qalba jfettillu jixhet ghajnejh fuq xi wiehed minn dawn il-postijiet biex ikompli jimla bwietu bil-flus.
Dawn il-hnizrijiet qed ikunu permess mill-Gvern ta’ Gonzi ghas-semplici raguni li dawn l-ispekulaturi huma n-nies li jsostnu bil-kbir lill-Partit Nazzjonalista.
Bhalma l-Partit Laburista kien oppona l-progett ta’ Hondoq ir-Rummien, hekk ukoll jopponi kull progett li jkun ser jaghmel hsara ambjentali, ikun fejn ikun. Pajjizna ma jiflahx jibqa’ jitlef mill-wirt naturali li jippossjedi ghax jekk jibqghu jfaqqsu progetti b’dan ir-ritmu, fi ftit snin ohra uliedna ma jibqghalhom l-ebda post fejn jistghu jirrikrejaw ruhhom f’ambjent safi u ta’ sbuhija naturali.
Ghad baqalna postijiet f’Malta fejn il-process naturali ghadu ma giex imfixkel hafna bi progetti li jeqirdu s-sbuhija naturali u nispera li dawn jibqghu hekk.
Kwantu ghat-tempji ta’ Hagar Qim u l-Imnajdra, tassew li t-tined ta’ protezzjoni ghenu biex dawn iz-zewg tempji unici fid-dinja jkunu protetti mill-elementi. Però c-centru ta’ nformazzjoni w rikreazzjoni xejn ma jikkumplimenta l-ambjent tat-tempji tant antiki w storici.
Nahseb li dan ic-centru seta’ mbena ftit distanza ’l boghod mit-tempji biex b’hekk kien jittaffa’ xi ftit l-effett vizwali negattiv li dan halla fuq it-tempji nfushom. L-aqwa li l-PN ha gwadann politiku meta kien inawgurat dan ic-centru billi kellna hafna cerimonji w ippuzar ghar-ritratti.
Is-sagrilegg tal-Partit Nazzjon-alista fejn jikkoncerna l-ambjent hu kbir wisq. Min-naha l-ohra l-Partit Laburista minn dejjem wera bil-provi li hu l-aqwa difensur tal-ambjent f’pajjizna. Wara kollox kien Gvern Laburista li haddar l-ambjent tal-gzejjer Maltin b’miljuni ta’ sigar u arbuxelli li llum jitpaxxew bihom il-Malti u dawk kollha li jzuru pajjizna.
Kien ukoll il-Partit Laburista permezz tal-Mexxej tieghu Dr. Joseph Muscat li oppona bil-kbir l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara bis-sistema ta’ heavy fuel oil li dan il-Gvern qed jinsisti li juza, kontra dak kollu li qed jghidlu l-poplu u meta jaf li b’din is-sistema l-poplu Malti ser isofri hsara ambjentali irriversibbli.
Fl-ahharnett nirringrazzja mill-qalb lill-eks Prim Ministru l-Perit Duminku Mintoff kif ukoll lill-eks Ministru Freddie Micallef li kienu l-arkitetti tal-afforestazzjoni lokali u dejjem ghamlu dak kollu possibbli biex jaghtuna pajjiz mimli sigar bil-hdura li jgibu maghhom kif ukoll l-arja pura li dawn joholqu ghall-gid tal-poplu Malti w Ghawdxi.

| < Prev | Next > |
|---|






