Jiena qatt ma kont wiehed li nemmen fil-glieda tal-klassi. Fiz-zminijiet tal-lum din saret anqas u anqas relevanti. Izda sfortunatament b’ghemilu dan il-Gvern qed jkompli jdghajjef klassi partikulari - il-klassi politika.
Illum din ftit li xejn tgawdi fiducja fost il-poplu. U hafna zbaljatament jharsu lejha bhala qatta’ nies opportunisti li qeghdin hemm biex jahtfu, jabbuzaw mill-poter, u jew jinqdew bir-rwol politiku taghhom bhala staffa ghall-karriera professjonali taghhom.
Bit-timing zbaljat u bil-habi li irrikorra ghalih Gonzi fir-rigward taz-zidiet mistura fil-pagi tal-membri parlamentari huwa kompla dghajjef il-ftit fiducja li kien ghad baqa’ fil-klassi politika.
U dan huwa dnub. Ghaliex nemmen li fuq iz-zewg nahat tal-Kamra hemm numru ta’ deputati parlamentari li jinsabu mpenjati li jaghtu dak kollu li jistghu b’hila, mpenn u dedikazzjoni.
Jitqanzah kemm jitqanzah il-Prim Ministru biex jaghti l-impressjoni li d-decizjoni b’lura minn Marzu 2008 li ha biex jaggusta l-pagi tad-deputati parlamentari b’40%, wera kemm huwa maqtugh mir-realtà. Minkejja li pprova jaghti l-impressjoni li z-zidiet kienu motivati mir-realtajiet ta’ zminijietna.
Ftit niftakar cirkustanzi fejn hlief ghall-TVM, PBS u in NAZZJON, il-media kollha kienet ghal kollox kritika ghaz-zieda li ta Gonzi lid-deputati parlamentari f’dawn iz-zminijiet ta’ tant sagrificcji ghall-familji Maltin.
Flok nirrepeti argumenti li digà gibt f’sezzjonijiet ohrajn tal-media u anki permezz tal-internet fuq il-Facebook ser nikkwota minn diversi sorsi biex naghti hjiel tal-firxa tal-kritika harxa li qala’ l-Gvern ta’ Gonzi ghal din id-decizjoni tattikament zbaljata propju fi zmien meta t-tbatijiet tan-nies lahqu l-qofol taghhom.
“Il-Gvern mhux biss ghandu jirringrazzja lill-poplu li ma qamx kontrih b’dawn iz-zidiet proprju meta qed jitlob tant sagrificcji mill-poplu Malti, izda dan l-arrangament sar bil-habi, propju meta l-Gvern innifsu naqas milli jimplimenta l-weghda tieghu li jnaqqas ir-rati tal-income tax ghall-familji Maltin kif wieghed fil-kampanja elettorali, mhux ta’ b’xejn li il pubbliku kulma jmur qed jsir aktar u aktar dizappuntat bil-politika in generali…” – [MALTA TODAY, EDITORJAL]
“Nistghu nkunu nafu kif dan il-Gvern qed jasal ghal certi decizjonijiet billi jaghti zidiet lill-parlamentari li jmorru lura sas-sena 2008? U dan fi zmien meta l-familji bil-kemm jistghu jgemmghu xi haga biex jiccelebraw il-Milied. Dan verament huwa kaz ta’ suwicidju politiku, l-Gvern waqaf ftit jew le biex jahseb qabel ha din id-decizjoni u wettaq dan il-pjan? Fi zmien meta n-nies huma ‘broke’ u hemm dil-korla kollha kontrih il-Gvern jibqa’ ghaddej u jaghti zidiet kbar lilu innifsu.” - [THE MALTA INDEPENDENT, EDITORJAL]
“Ghaliex il-poplu kellu jsir jaf b’dawn iz-zidiet permezz ta’ domanda parlamentari? Dan zgur mhux il-mod kif ghandhom jsiru l-affarijiet. Dan jaghti lil wiehed x’jifhem li anki l-Gvern nnifsu qed jisthu jhalli lill-poplu jsir jaf b’dan kollu. U x’inghidu ghat-timing? Huwa sempliciment orribbli. Din l-ahbar harget propju meta l-bniedem tat-triq ghadu kif sar jaf li ser jiehu loqma zghira zieda ghall-gholi tal-hajja….” -[THE TIMES OF MALTA, EDITORJAL]
“Il-mod kif il-Kabinett ghadda biex izid il-pakkett finanzjarju tal-ministri tieghu huwa ezempju perfett ta’ kif m’ghandhomx jsiru l-affarijiet. Biex jghaxxquha izda rajna wkoll il-mod kif spiccaw ser jzidu l-membri parlamentari. U dan minkejja li l-Prim Ministru donnu injora l-fatt li ma kien hemm ebda voti fl-estimi approvati mill-Kamra tar-Rapprezentanti ghal dak li talab l-approvazzjoni tal-Kabinett ghalih. Min haseb li z-zieda hija biss ta’ 20% huwa zbaljat. Ghaliex iz-zieda hija ta’ 40%. Nemmen li l-pagi tal-Parlament huma baxxi izda li izzidhom tnejn minn kull hamsa f’dawn iz-zminijiet zgur mhuwiex pass ghaqli.” - LINO SPITERI [THE SUNDAY TIMES OF MALTA]
Possibbli dawn il-kittieba u editorjalisti ta’ orjentament politiku differenti huma kollha zbaljati u Gonzi u shabu biss huma korretti?
Gimgha ilu, dhalt ghand hanut f’San Gwann u staqsejt lis-sid x’tixtri b’€1.16c llum. Qalli ‘Leo, lanqas hobza jew ftira biz-zejt ma tista’ tixtri illum!”
Dwar iz-zieda nnifisha ma naqbilx ma’ min qed jghid li ser nizdiedu b’€600 fil-gimgha bhala parlamentari. Izda xorta wahda jibqa’ l-fatt li dak li ddecieda l-Gvern u li jien irrifjutat li ndahhal fil-but b’sehh immedjat, jammonta ghal €146 fil-gimgha li b’kollox jitla’ ghal €7000 fis-sena.
Naf li hemm differenza bejn zieda ghall-gholi tal-hajja u aggustament fil-paga ta’ dak li jkun, izda jien ghalfejn ghandi naccetta li ndahhal €7000 extra fis-sena f’dawn iz-zminijiet meta haddiem normali ser jdahhal biss €60.32 fis-sena ghall-gholi tal-hajja…..li jigu biss madwar Lm25 Maltin ta’ qabel ma qbilna ghall-Ewro!!!
B’din l-ingustizzja socjali ser tkompli tikber il-qasma socjali li fisser tant tajjeb il-President Dr George Abela fid-diskors tieghu tar-Reppublika ftit jiem ilu.
Zgur mhuwiex zmien li nkattru l-mentalità ta’ UPSTAIRS DOWNSTAIRS f’pajjizna.

| < Prev | Next > |
|---|






