Fil-jumejn li ghaddew, kienu bosta s-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta li lmentaw ma’ din il-gazzetta dwar dak li gara nhar il-Hamis li ghadda waqt il-party tal-Milied li sar fil-barracks ta’ Hal Far.
Bosta suldati qalu li jinsabu urtati hafna hekk kif dan il-party li suppost kellu jgib ghaqda fost is-suldati fl-ispirtu tal-Milied, spicca gie politicizzat.
Dan ghaliex waqt il-party bdew jindaqqu diski assocjati mal-Partit Nazzjonalista fejn anke whud minnhom kellhom ukoll kliem ta’ tifhir lejn Lawrence Gonzi. Is-suldati li tkellmu maghna qalu li kienu bosta dawk li ddizgustaw ruhhom b’dak illi gara, tant li kienu kostretti jitilqu mill-party.
Prezenti ghal dan il-party tal-Milied, li sar fis-Seargents’ Mess f’Lyster barracks ta’ Hal Far kien hemm mas-sittin ruh fosthom l-oghla ufficjali tas-C Special Duties Company fi hdan il-Forzi Armati ta’ Malta.

| < Prev | Next > |
|---|






