Ilbierah filghaxija kienet organizzata l-attivita’ Milied Flimkien li din is-sena saret fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta. Matul din l-attivita’, l-oghla awtoritajiet tal-pajjiz wasslu l-awgurju taghhom ghall-festi tal-Milied lill-poplu Malti u Ghawdxi kollu.F’messag ghal dawn iz-zminijiet ta’ festi , l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat sahaq fuqil-valur tas-solidarjeta’ biex l-izghar fis-socjeta’ jkunu mghejjuna u protetti.
Dr.Muscat qal li l-beneficcji u l-pizijiet ghandhom jinqasmu b’mod ugwali fost kulhadd. Huwa esprima s-solidarjeta’ tieghu mall-persuni li bhalissa ghaddejin minn mumenti ta’ sofferenza specjalment dawk li huwa vittmi tal-kriminalita’, il-vjolenza domestika u l-vjolenza politika.
L-attivita’ bdiet bis-salut mill-gwardja tal-unur u wara sar l-indirizz tal-President tar-Repubblika, George Abela li tkellem fuq numru ta’ valuri li jaghtu identita’ lill-poplu Malti u Ghawdxi u li jilhqu l-qofol taghhom fl-Istrina li se ssir l-ghada tal-Milied.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li tul dawn l-ahhar ghaxar snin ghaddejna minn numru ta’ diffikultajiet imma f’mumenti sbieh ghandna ninghaqdu flimkien sabiex nohorgu s-sabih ta’ dan il-poplu.
Min-naha tieghu, l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawl Cremona qal li m’ghandniex ninsew il-valuri veri tal-Milied filwaqt li sahaq li l-atmosfera tal-festi ghandha taghti importanza specjalment lill-valur tal-familja.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






