Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Niggieldu l-pjaga tal-faqar

E-mail Print PDF
Share

charles_mangionF’demokrazija l-politiku jrid jahdem biex il-hajja tan-nies li jservi tkun ahjar. M’hemmx servizz akbar li nistghu naghtu lill-familji Maltin minn dak fejn naghmlu kull ma nistghu biex neqirdu l-pjaga tal-faqar. B’xorti hazina, f’dawn l-ahhar gimghat regghet fegget evidenza ta’ kemm din il-problema hija kbira f’pajjizna.

Skond il-Eurostat, f’Malta hawn 14.6% tal-popolazzjoni li qed jghixu f’riskju ta’ faqar. Sirna nafu wkoll li 16,000 ruh qed jghixu f’faqar reali fejn qed isibuha difficli biex ihallsu l-kontijiet taghhom u ma jaffordjawx jixtru ikel nutrijenti ghalihom u ghal uliedhom.

 

Il-Prim Ministru ghandu habta jipprova jxejjen dawn ic-cifri allarmanti billi jghid li dawn huma biss percezzjonijiet u  mhux realtà. Jidher li wara 23 sena fil-Gvern il-politici Nazzjonalisti tilfu kuntatt mal-poplu u m’ghadhomx jifhmu r-realtajiet difficli li qed jghixu hafna familji Maltin.

Organizzazzjonijiet bhall-Caritas ilhom jigbdu l-attenzjoni tal-Gvern fuq il-bzonn li tkun indirizzata l-problema tal-faqar li tolqot l-aktar lill-anzjani, lill-ommijiet mhux mizzewga, lit-tfal, lill-morda kronici, u lil dawk li huma bla xoghol jew b’xoghol prekarju.

Min jidhol fid-djar jifhem kif  uhud mill-familji qeghdin jghixu u jikkonfermaw  kemm il-Caritas ghandha ragun meta tqajjem dan is-suggett.

Il-President tar-Repubblika Dr. George Abela ukoll tkellem car meta f’Jum ir-Repubblika qal li l-faqar f’pajjizna ghadu problema serja li jehtieg li tkun indirizzata. Min jaf kemm jaslulu stejjer ta’ qsim il-qalb fil-Community Chest Fund fejn hafna nies jaraw l-ahhar tama li jinghataw xi forma ta’ ghajnuna.

In-nuqqas ta’ edukazzjoni adekwata hija wahda mill-kawzi ewlenin tal-faqar f’pajjizna. Is-sistema edukattiva taghna ghadha qed tonqos lill-eluf ta’ studenti li qed ihallu l-iskejjel taghna minghajr kwalifici. Huwa kwazi impossibbli ghal dawn iz-zghazagh biex isibu impjieg u b’hekk jinqabdu fl-ispirali tal-faqar minn età zghira.

Nemmen li l-Gvern ghandu jghin aktar lil dawk il-familji li ma jistghux jaghtu importanza bizzejjed ghall-edukazzjoni ta’ uliedhom ghaliex bilkemm jistghu jipprovdulhom ikel kull jum fuq il-mejda minhabba li d-dhul taghhom huwa baxx wisq.

Jezistu genituri li lanqas jifilhu jixtru it-text books ghal uliedhom jew ihallsu l-mizati ghall-ezamijiet, minkejja li l-edukazzjoni fil-livelli kollha hija b’xejn. Hemm bzonn nahdmu aktar favur dawn il-familji fil-bzonn biex naghtuhom l-ghodda kollha mehtiega biex jaghtu aktar importanza lill-edukazzjoni ta’ uliedhom.

Irridu nghinu aktar ukoll lill-organizzazzjonijiet volontarji li huma ferm aktar efficjenti biex jghinu lil min hu fil-bzonn milli qatt jista’ jkun il-Gvern. Il-volontarjat socjali f’Malta huwa rizors importanti li qed jghin mhux ftit biex f’pajjizna jkunu miggielda l-ingustizzji socjali.

Dhalna f’sena gdida fejn it-tkabbir ekonomiku jista’ ma jkunx qawwi bizzejjed biex jinholqu bizzejjed impjiegi ghal dawk li ghadhom bla xoghol sew jekk huma kbar fl-età u anki jekk ghadhom zghazagh. Jehtieg sforz gdid biex nghinu lil min ma jistax jghin ruhu u fl-istess hin naghtu imbottatura lil min jista’ jfendi ghal rasu bi ftit ghajnuna.

Irridu nahsbu b’mod partikulari fit-tfal fil-bzonn billi nghinu lill-familji taghhom jipprovdulhom ambjent fejn jistghu igawdu tfulithom u fl-istess hin javvazaw fl-edukazzjoni taghhom. B’hekk biss nistghu naghmlu mill-politika strument ta’ avvanz ghas-socjetà taghna.

Ahna tal-PL ser inkomplu nkunu qrib il-familji taghna biex nifhmu ahjar x’hemm bzonn li jsir meta fi ftit ta’ zmien iehor nisperaw li l-poplu jaghtina il-fiducja biex nergghu inqajjmu dan il-pajjiz

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata