Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Id-dimenzja u l-medicini

E-mail Print PDF
Share

etienne_grechHafna ta’ spiss isostnu li l-konfuzjoni tal-mohh hija xi haga li ghandha x’taqsam max-xjuhija. Wiehed jista’ ukoll jahseb li l-konfuzjoni tal-mohh hija kkawzata mis-senilità, izda z-zewg ideat huma fil-fatt skorretti. Li tonqos il-kapacità mentali mhuwiex process normali fil-kaz ta’ persuni anzjani izda din hija marda li ghanda bzonn ta’ trattament bhal kull dizordni fizika.

L-aktar kawza komuni ta’ demenzja li taffettwa lill-anjani hija l-Alzheimer’s Disease. Din hija kundizzjoni li hija wahda mill-aktar kawzi komuni ta’ mwiet f’persuni anjani b’mod dirett jew indirett.

Meta tixjieh, dan ma jfissirx li int tibda tinsa. Id-demenzja hija normalment assocjata mat-telf tal-memorja izda din mhijiex l-unika problema. Il-problemi bil-kommunikazzjoni u l-agir jibdew isiru komuni f’pazjenti li jsofru d-demenzja u dan johloq effett negattiv fuq il-funzjonijiet tal-hajja ta’ kuljum. Dawn ma jaffettwawx biss lill-pazjent, izda ghandhom effett ukoll fuq dawk li jiehdu hsieb l-istess pazjent u jista’ jikkawza stress mentali jew ghejja kbira fizika.

Hemm zewg tipi ta’ medikazzjoni kontra d-dimenzja – l-anticholinesterase inhibitors (ez.donepezil jew galantamine) u l-NMDA antagonists (ez. memantine). Tal-ewwel huma ddisinjati biex jaffettaw il-funzjoni tal-memorja filwaqt li l-memantine jintuza biex jghin lill-memorja, l-agir u l-kommunikazzjoni biex b’hekk tkun promossa l-indipendenza tal-pazjent. It-tnejn li huma jahdmu b’mod differenti u ghandhom profil differenti ta’ kawteli u effetti kollaterali.

Bhalissa f’Malta hawn madwar 4200 kaz irrappurtat ta’ dimenzja bil-maggoranza tal-pazjenti jghixu go djar tal-anzjani tal-Gvern. Din ic-cifra hija mistennija li tirdoppja fi zmien 20 sena. F’Malta kuntrarju ghal dak li jigri f’pajjizi Ewropej, il-pazjent mhuwiex intitolat ghal-medicina ta’ kontra d-dimenzja b’xejn.

Hafna drabi, pazjenti f’dawn id-djar jinghataw medicina ta’ kontra d-dipressjoni (kalmanti) biex jibqghu kalmi. Sfortunatament, il-pazjenti u l-membri tal-familja ma jafux li dan it-tip ta’ trattament jista’ jirrizulta li din il-marda tidhol b’mod aktar veloci u dan jista’ anke jirrizulta fil-mewt aktar bikrija tal-pazjent.

Il-pazjenti huma ntitolati ghall-aqwa servizzi u dan qatt ma jista’ jsir minghajr medicina kif suppost. Hafna anzjani li joqoghdu go residenzi ghall-anzjani ma jinghatawx dawn il-medicini ghax huma gholjin u mhux dejjem ikollhom lil min imur igibhom minn spizerija privata.

Il-medicini kontra id-dem-enzja ghandhom uzu importanti biex inaqqsu l-firxa tal-marda u ghalhekk l-anzjani jibqghu fi stat intelletwali ahjar u b’hekk inqas ikun  hemm il-htiega li jidhlu go djar tal-anzjani u barra minn hekk dawk li digà qeghdin go djar tal-anzjani ikunu ta’ inqas piz fuq l-istaff u r-rizorsi ohra tad-djar.

Li l-anzjani jinghataw il-medicina b’xejn tad-demenzja huwa mhux biss rispett lejn id-dinjità tant misthoqqa taghhom izda wkoll tghin biex tiffranka l-Gvern hafna spejjez u rizorsi ta’ kura kif ukoll ittaffi mill-waiting list ghad-dhul fid-djar  tal-anzjani.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata