Nuqqas ta’ facilitajiet korrettivi ghall-minorenni –F’dawn l-ahhar gimghat rega’ kien hemm kaz fejn tfajla taht l-età kellha tiskonta sentenza fil-habs ta’ Kordin flimkien mal-adulti wara li nstabet hatja f’kaz ta’ serq. Dan kien biss wiehed mill-hafna kazijiet fejn zghazagh taht l-età nzammu l-habs mal-adulti minhabba nuqqas ta’ facilitajiet ghalihom.
Il-facilitajiet korrettivi li jezistu attwalment f’Malta huma tassew limitati. Gewwa l-Facilità Korrettiva ta’ Kordin tezisti is-sezzjoni YOURS, li tilqa’ fiha guvintur taht l-età, filwaqt li gewwa l-Imtahleb hemm il-facilità msejjha SATU, li tilqa’ fiha guvintur ivvizzjati bid-droga u li jkunu talbu biex jaghmlu programm ta’ rijabilitazzjoni. Izda l-izvantagg ta’ din il-facilità huwa li din tilqa’ fiha kemm adulti, kif ukoll guvintur taht l-età.
Min-naha l-ohra, it-tfajliet taht l-età ghad m’hawn l-ebda facilità ezistenti ghalihom, u ghalhekk ikollhom kull darba jitpoggew ma’ kriminali adulti gewwa l-habs ta’ Kordin. Il-prezenza biss ta’ dawn it-tfajliet gewwa l-habs ukoll tista’ tohloqilhom stigma li jibqghu jgorruha tul hajjithom kollha, u dan minbarra l-influwenza hazina li dawn it-tfajliet ser igarrbu meta jaghmluha ma’ detenuti adulti, li uhud minnhom ikunu wettqu reati gravi. Din il-gazzetta staqsiet lill-Ministeru tal-Gustizzja kemm hemm persuni taht l-età li attwalment qed jinzammu fis-sezzjoni YOURS u SATU. Il-Ministeru wiegeb li attwalment hemm rispettivament 34 u 11-il detenut maskili gewwa dawn il-facilitajiet. Peress li minhabba nuqqas ta’ spazju u ragunijiet ohra certu zghazagh jitpoggew fl-Isptar Monte Carmeli, din il-gazzetta staqsiet ukoll kemm hemm detenuti gewwa dan l-isptar. Il-Ministeru tal-Gustizzja qal li bhalissa hemm 46 prigunier gewwa Monte Carmeli, izda hadd minnhom m’hu taht it-tmintax-il sena. Il-Ministeru zied jghid li bhalissa m’hemmx tfajliet taht l-età detenuti.
Il-gazzetta KullHadd ghamlet ukoll kuntatt ma’ Dr Justyne Caruana, Kelliema Laburista ghall-Familja u l-Ugwaljanza. Dr Caruana tghid li hemm bzonn li jinholqu facilitajiet ghaz-zghazagh taht l-età b’mod immedjat.
“Meta jithalltu mal-kbar it-tfal ezempju hazin jistghu jiehdu, apparti li jistghu jigu facilment sfruttati u bullied. Jispiccaw johorgu mill-habs aghar milli jkunu dahlu, u minflok rijabilitazzjoni, tispicca f’esperjenza li tkun swiet ta' deni u ta’ danni psikologici kbar, li hafna drabi jkunu rreparabbli. “
“Wara kollox qed nitkellmu fuq tfal li huma vulnerabbli u li jispiccaw jiccapsu mal-kriminalità minhabba problemi li jkollhom fit-trobbija taghhom”, issostni Dr Caruana. Hemm bzonn t'iktar hidma fuq il-prevenzjoni tar-reati, u fl-iskejjel trid issir hidma sfieqa biex dawn it-tfal li jimmanifestaw xejriet li jistghu jwassluhom ghat-triq il-hazina, jigu identifikati. Ghandu jitfassal programm li jkun tailor made ghal kull tifel u tifla, biex b’hekk insalvawhom mill-affarijiet koroh li ggib maghha l-kriminalità.”
“Ta’ min jghid ukoll li meta ghamilt mistoqsija parlamentari lil Dolores Crisitina din haslet idejha ghax qalet li dan is-suggett ma jaqax tahtha, u fil-fatt anki ghamilt kritika, kemm fid-diskors tal-bagit kif ukoll f'interventi ohra. Jien jidhirli li l-Ministru ghall-politika socjali, li hija wkoll responsabbli mill-qasam tat-tfal, ghandu jkollha policy li tithaddem, iktar u iktar meta weghdet fil-Parlament li sa l-ahhar tal-2010 kellu jkollna l-politika nazzjonali tat-tfal”, ittemm tghid Dr Caruana.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






