Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-omm li holmot li tista’ tfejjaq lil binha

E-mail Print PDF
Share

775_copyTa’ kuljum, ghexieren ta’ tfal madwar id-dinja kollha qed jigu dijanjostikati bil-kundizzjoni tal-awtizmu. Matul is-sena 2010, fir-Renju Unit, 1 minn kull 80 tifel jew tifla nstab li kellhom l-awtizmu. Rapporti xjentifici juru li din il-kundizzjoni kull ma jmur qed tkompli tinfirex u llum il-gurnata tista’ tghid li hija wahda mill-aktar kundizzjonijiet li qed jaffettwaw lit-tfal u li tizboq bil-kbir il-mard tal-kancer, id-diabete u l-AIDS f’daqqa. Kundizzjoni li taffettwa l-komunikazzjoni, l-interazzjoni socjali u anke l-imgieba tal-individwu.


Izda kif tigi kkwazata? Tista’ tigi kkurata? U jekk iva b’liema mod?  KRISTA CARUANA staqsiet dawn id-domandi u hafna aktar lil Dr. Beverly Rimmer li ghal dawn l-ahhar 12 -il sena ghamlet ricerka kbira dwar l-awtizmu u sahansitra zviluppat it-teoriji taghha dwar x’jikkawza din il-kundizzjoni u b’liema mod tista’ tigi indirizzata.

Sa ftit tas-snin ilu, l-kelma ‘awtizmu’ mhux biss ma konnhiex nafu xi tfisser izda x’aktarx lanqas biss kienet taghmel parti mill-vokabularju taghna. Dan minkejja li kienet issemmiet ghall-ewwel darba lura fis-snin erbghin, mill-pedjatra Hans Asperger u mill-psikologu Leo Kanner.

Illum il-gurnata, l-awtizmu hija kundizzjoni reali li qed taffettwa l-hajja ta’ mijiet ta’ tfal madwar id-dinja u anke tal-familjari taghhom. Dr. Beverly Rimmer hija psikologa Ingliza li ghal dawn l-ahhar 12 -il sena ghamlet ricerka intensiva dwar din il-kundizzjoni.  Illum il-gurnata tghix fil-gzira Ghawdxija fejn qed tippjana li tkompli l-hidma taghha anke f’pajjizna.

“Jien bdejt il-karriera professjonali tieghi bhala psychiatric nurse fl-1989, izda komplejt nistudja f’oqsma differenti fejn fost l-ohrajn iggradwajt fil-qasam tal-psikologija forensika fl-1992 u aktar tard fl-1996 iggradwajt fil-behavioural science. Izda l-interess tieghi lejn l-awtizmu beda propju fl-1996, meta t-tifel tieghi Alexander gie dijanjostikat bl-awtizmu.

Niftakar dak iz-zmien it-tobba ma kinux jafu jispjegawli x’kienet din il-kundizzjoni u kienu qaluli li l-awtizmu ma tistax tikkuraha u ghalhekk trid taccetta l-kundizzjoni jew inkella ma jkollokx ghazla ohra ghajr li ddahhal lil ibnek f’xi istituzzjoni.

Niftakar li jien ma ridtx naccetta li m’hemmx fejqan ghal ibni u minflok smajt mit-tobba u rrassenjajt ruhi, iddecidejt li nibda naghmel ricerka intensiva dwar dan is-suggett. Fil-fatt bdejt nistudja ma’ diversi universitajiet mhux biss fir-Renju Unit,  izda anke fl-Amerika u bdejt nikkorrispondi ma’ bosta esperti li wkoll kienu qed jaghmlu r-ricerka taghhom dwar din il-kundizzjoni.

Kont determinata li xi darba nsib spjegazzjoni dwar din il-kundizzjoni kif ukoll kura sabiex tigi kkontrollata. Filwaqt li kont ghaddejja bl-istudji tieghi, bdejt nifhem ahjar is-sintomi ta’ din il-kundizzjoni u stajt nifhem ghala t-tifel tieghi kien qed igib ruhu b’dak il-mod.

Alexander kellu l-merkurju

Ir-ricerka tieghi kienet wahda profonda u sahansitra ppruvajt niffoka anke fuq il-lat genetiku u r-relazzjoni li tezisti bejn din il-kundizzjoni u l-genetika tal-bniedem. U kien propju dan il-punt ta’ tluq li wassalni nifhem minn fejn gejja din il-kundizzjoni u kif tista’ tigi kkontrollata.

Sakemm kont ghaddejja bl-istudji tieghi, lit-tifel tieghi kienu qed isirulu bosta testijiet u fis-sena 2000 instab li Alexander kellu l-merkurju go gismu. Ovvjament din kienet hasda kbira ghalija u bdejt nistaqsi kif din il-kimika velenuza spiccat fil-gisem t’ibni.

Din l-iskoperta holqitli minjiera ta’ domandi kbar li aktar heggewni nkompli nistudja biex niskopri jekk il-merkurju kienx il-kawza tal-kundizzjoni t’ibni. Fil-fatt, jiena flimkien m’esperti ohra komplejna r-ricerka taghna fejn sibna li l-merkurju kien prezenti fost l-ohrajn fit-trab tal-halib tat-trabi kif ukoll fil-vaccin tal-MMR (Mumps, Measles & Rubella) maghrufa ahjar bhala ‘3 in 1’.

Però dan xorta wahda ma kienx sodisfacenti ghalija u ridt inkun naf kif ibni zviluppa din il-kundizzjoni, filwaqt li tfal ohra li wkoll kienu jiehdu l-istess halib u li hadu l-vaccin tal-MMR, ma kinux affettwati bl-istess mod. Bejn is-sena 2000 u l-2002, jien flimkien ma’ nies ohrajn waqqafna grupp biex naghmlu pressjoni biex il-merkurju jitnehha mill-prodotti tal-ikel kif ukoll mill-vaccin li jinghata lit-tfal, u t-talba taghna ntlaqghet fl-2003.

Komplejt bl-istudji tieghi b’rabta mal-genetika fejn fost l-ohrajn sibt lit-tfal bl-awtizmu ghandhom problema fil-mod kif gisimhom jipprocessa l-ikel. Ahna ta’ kuljum nieklu ikel differenti li jkollu kemm vitamini u sustanzi tajbin, kif ukoll kimici tossici li l-gisem jehtieglu jnehhi.

Fi bniedem normali l-process tat-tnehhija tal-kimici tossici mill-ikel jsir permezz ta’ dawk li jissejjhu enzymes li jinnewtralizzaw dawn il-kimici hziena u jeliminawhom mill-gisem. Izda fil-kas ta’ nies bl-awtizmu, dawn l-enzymes ma jezistux u minhabba f’hekk, il-kimici hziena jibqghu jduru fil-gisem.

Bhal donnhom taht l-effett tal-eroina, l-morfina u l-alkohol

Mir-ricerka identifikajt bosta tipi ta’ kimici tossici li nsibu fil-gisem ta’ nies bl-awtizmu, fosthom il-Casomorphine u d-Desmorphin. Din tal-ahhar hija kimika rari hafna u tinsab biss f’zewg postijiet madwar id-dinja kollha: fuq il-gilda taz-zringijiet velenuzi li jghixu fil-foresta Amazon u fit-tfal li jbatu mill-awtizmu.

L-aktar haga xokkanti izda hija din: dawn it-tip ta’ kimici jhallu effetti kbar fuq il-gisem li huma simili hafna ghall-effetti tad-droga eroina, tal-alkohol u anke tal-morfina. Dan jispjega minn fejn gejja l-imgiba stramba ta’ tfal li jbatu bl-awtizmu. Fost l-ohrajn jispjega ghala tfal bl-awtizmu ma jirnexxilhomx jikkoncentraw, ghala jkollhom imgiba vjolenti u ghala jdumu hafna biex ihossu l-ugiegh fiziku. Jispjega wkoll ghala dawn it-tip ta’ persuni jsibuha difficli biex jikkomunikaw, jilghabu u jitkellmu bhal tfal ohra.

Immagina biss li tfal bl-awtizmu huma tfal li qishom 24 siegha kuljum taht l-effett tal-eroina jew taht l-effett tal-alkohol. Dan jispjega anke ghala dawn it-tfal ma jifhmux x’inhu periklu u kif jistghu jaharbu mill-periklu. Mil-lat genetiku, tfal li jkollhom nuqqas ta’ enzymes f’gisimhom jispiccaw litteralment bi brain damage minhabba li l-kimici tossici li jkunu qed jakkumulaw f’gisimhom joqtlulhom ic-celloli tajbin ta’ mohhhom.

Halib, Hobz u Antibiotici

Minkejja li mir-ricerka kien irnexxieli nsib hafna fatturi interessanti, xorta wahda ridt niskopri jekk tezistix xi lista ta’ fatturi li jikkagunaw l-awtizmu jew fatturi li huma indikaturi tal-awtizmu. Mill-istudji tieghi sibt li prodotti bhal halib u dak kollu li gej mill-halib, hobz u anke zokkor huma lkoll ta’ detriment ghas-sahha tat-tfal bl-awtizmu. Dan ghaliex il-kimici tossici li jinsabu f’dawn il-prodotti ma jigux newtralizzati u eliminati minn min ghandu din il-kundizzjoni u ghalhekk jispiccaw fil-mohh.

F’hafna kazijiet ta’ tfal bl-awtizmu li studjajt, sibt bosta fatturi ohra komuni fosthom it-tehid ta’ hafna antibiotici f’età tenera. Fejn jidhlu indikaturi ta’ din il-kundizzjoni, huwa difficli hafna li taghmel lista taghhom minhabba li l-awtizmu ma jolqotx lil kulhadd bl-istess mod, ghalkemm jezistu fatturi komuni.

Fosthom nista’ nsemmi problemi repetittivi fil-widnejn, grizmejn u anke fl-ghajnejn u problemi fl-imsaren, fosthom diahorrea. Dan ma jfissirx li kull tarbija li jkollha xi wahda minn dawn il-problemi, bil-fors ikollha l-awtizmu. Izda tajjeb li f’kas li dawn il-problemi jkunu frekwenti u repetittivi, l-genituri ghandhom jifthu ghajnejhom u jfittxu ezattament minn fejn tkun gejja l-problema flok jippruvaw jikkurawha bl-antibiotici li f’kas ta’ tfal bl-awtizmu, aktar jikkagunaw hsara milli gid.

Ghaldaqstant f’kazijiet bhal dawn, il-parir tieghi huwa li flok taghti lit-tfal l-antibiotici, ghandu jsirulhom testijiet apposta li jkunu kapaci jiddeterminaw jekk il-gisem taghhom huwiex qieghed jittollera certu ikel u anke x’tip ta’ vitamini jew kimici jinsabu fil-gisem taghhom. B’dan il-mod biss jista’ jkun stabbilit minn fejn gejja l-problema u f’kas t’awtizmu, l-kundizzjoni tkun tista’ tigi kkontrollata fl-istadju inizjali taghha qabel ikun tard wisq.

‘Intensive Normalisation in Practise Autism Program’

Ilum il-gurnata abbazi tal-istudji li ghamilt dwar l-awtizmu u anke t-teoriji li rnexxieli nizviluppa, irnexxieli nohloq programm specjali mifrux fuq 12 -il xahar li l-ghan tieghu huwa li jghin lit-tfal bl-awtizmu u lill-genituri taghhom. Dan il-programm li llum qed jithaddem tista’ tghid madwar id-dinja kollha, jghin biex jitnaqqsu l-effetti drastici tal-awtizmu sabiex din il-kundizzjoni tkun tista’ tigi kkontrollata.

Il-programm jinkludi dieta specjali li tinghata lit-tifel/tifla u li tkun hielsa mill-halib u gluten li jinsab fi prodotti bhall-hobz. Jinkludi wkoll testijiet medici, edukazzjoni ghat-tfal biex isiru aktar indipendenti, kif ukoll edukazzjoni ghall-genituri u l-ghalliema biex jghinu lil dawn it-tfal jimxu ’l quddiem fil-hajja.

Nista’ nghid li dan il-programm qed ikun success kbir u r-rizultati tieghu jibdew jidhru wara ftit gimghat. Dan huwa l-istess programm li salva wkoll bosta tfal mill-awtizmu, fosthom lil binti li llum ghandha 12 -il sena.

Binti meta kellha 18 -il xahar kienet giet dijanjostikata bl-awtizmu, izda minhabba li hadt azzjoni mill-ewwel,  irnexxielha tohrog minnha u nista’ nghid li hija l-ewwel tifla fir-Renju Unit li giet iddikjarata mfejqa mill-awtizmu.

Fil-kaz ta’ ibni wkoll imxejt fuq dan il-programm, però ma nistax nghid li huwa mfejjaq minn din il-kundizzjoni minhabba li meta sirna nafu x’ghandu, kien digà tard wisq ghax il-hsara fil-mohh kienet digà saret, u dik it-tip ta’ hsara hija rreparabbli.

Izda minkejja li ibni jbati minn din il-kundizzjoni, llum jghix hajja totalment indipendenti. Fil-fatt irnexxielu jimxi ’l quddiem fl-iskola, huwa kapaci jikkomunika tajjeb man-nies ta’ madwaru u huwa bniedem determinat li jkompli jitghallem affarijiet godda.

L-Awtizmu f’Malta

Fid-9 xhur li ilni nghix f’Ghawdex,  irrealizzajt li fil-gzejjer Maltin minkejja li l-awtizmu saret kundizzjoni komuni, xorta wahda ghad hawn nuqqas kbir ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwarha. Nisma’ b’hafna kazijiet ta’ tfal li jkollhom l-awtizmu u li litteralment mhux qed jinghataw ghajnuna kif suppost specjalment fl-iskejjel.

Hafna drabi l-problema tkun gejja mill-fatt li l-learning support assistants li jiehdu hsieb lil dawn it-tfal ma jkunux imharrga biex verament jghallmuhom u jghinuhom jimxu ’l quddiem. Din hija xi haga li jiena nishaq hafna dwarha ghax irridu nzommu f’mohhna lit-tfal bl-awtizmu ma jitghallmux bl-istess mod li jitghallmu tfal ohra, izda jehtiegu aktar attenzjoni individwali u aktar mezzi vizivi u sensorjali.

Sfortunatament nahseb li f’Malta dan it-tip ta’ taghlim ghadu ma qabadx bizzejjed u qed ikun hemm hafna kazijiet ta’ tfal bl-awtizmu li litteralment qeghdin imorru l-iskola kwazi ghalxejn ghax m’huma qed jitghallmu xejn.

Jien nemmen li l-ahjar mod li bih it-tfal bl-awtizmu jistghu jitghallmu huwa billi jkunu liberi, motivati u li fuq kollox jinghataw rwol li jgeghlhom ihossuhom importanti.

Problema ohra li nara fil-gzejjer Maltin hija l-istigma qawwija li ghadha tezisti fil-konfront ta’ dawn it-tfal u li flok tghinhom jimxu ’l quddiem aktar ittellifhom.

Ghalhekk ix-xewqa tieghi hija li nwaqqaf intervention team sabiex ikun jista’ jghin lit-tfal bl-awtizmu b’mod holistiku, kemm mill-aspett socjali, fiziku, psikologiku u anke dak edukattiv.

Seminars dwar l-Awtizmu

Fit-12 -il sena li ghaddew, jien indirizzajt bosta lectures u seminars dwar il-programm li zviluppajt u dwar it-teoriji tieghi. Fil-fatt ghallimt f’bosta pajjizi fosthom l-Italja, l-Egittu, Spanja u r-Renju Unit. Is-seminar li jmissni nindirizza se jsir propju f’Ghawdex fil-bini tal-Fondazzjoni ARKA fil-5 ta’ Frar 2011.”

Kull min jixtieq jikseb aktar informazzjoni dwar il-hidma u t-taghlim li qed ixxerred Dr. Beverly Rimmer, wiehed jista’ jzur il-pagna fuq Facebook facebook.com/the.autism.team jew jibghat email fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata