Din hija mira li rridu nilhqu permezz tal-hidma politika li ahna nwettqu b’risq il-poplu taghna. Mira biex dan il-pajjiz naghmluh ahjar, biex intejjbu l-kwalita’ tal-hajja tal-poplu taghna, biex intejjbu l-hajja f’pajjizna. Mira mahsuba biex aktar nies jirnexxu fis-socjeta’ Maltija u dan bl-iskop ewlieni li kullhadd ikollu l-opportunita’ li jirnexxi f’pajjizna. Wahda mill-isbah karatteristici li ghandu l-poplu taghna huwa li jaghmel dak kollu possibbli biex lil uliedna naghtuhom l-ahjar. Dan il-valur hekk importanti li nhaddu huwa xprunat mill-obbligu li ghandna li filwaqt li nibnu fuq it-tajjeb li hallew ta’ qabilna u naraw li dak it-tajjeb ma jintilifx, irridu naraw li llum niehdu dawk id-decizjonijiet li huma ghalija kemm ghal-lum izda biex jibnu pedamenti sodi biex ghada, uliedna ikollhom pajjiz ahjar.
Il-messagg li qed inwasslu llum ikompli jibni fuq dak li bdejna infasslu u inwettqu matul is-sena li ghaddiet. Il-Partit Laburista fl-ahhar Konferenza Generali ghamel ghazla importanti li fuqha qieghed isejjes il-mod kif inwettqu l-politika taghna. Ghazilna li ma nibqghux marbutin mal-hsieb tal-partiti tal-bierah, izda li nkunu katalist ta’ moviment li jmur lill-hinn mill-konfini ta’ partit. Moviment li jibni pjattaforma politika biex kull min jaqbel ma’ idea jew mal-vizjoni ta’ dan il-moviment ihossu parti minn dan il-moviment ghal pajjiz ahjar.
Din l-ghazla fassalniha u fissirniha anke permezz tal-ghanijiet li jrid jilhaq il-moviment li qed jinbena’ u li ta’ kull jum qieghed jikber madwar il-Partit Laburista. Ghanijiet li jehtieg li nkomplu infissru kif se nwettquhom fi zmien li gej filwaqt li nahdmu biex nakkwistaw l-akbar kunsens wiesgha possibbli.
Nemmnu li dawn l-ghanijiet nistghu nilhquhom biss jekk dawn l-ghanijiet taghna jinghataw l-aktar kunsens qawwi. Dan il-progett politiku li hemm bzonn li nwettqu ghal pajjizna mhuwiex marbut ma’ termini elettorali izda jmur lil hinn minn hekk ghaliex ifassal ghat-tul biex generazzjonijiet futuri igawdu pajjiz li jkun hafna ahjar minn dak li ghandna llum.
Din is-sena se nkomplu fil-mixja li bdejna s-sena li ghaddiet. Biex infissru aktar l-ghan taghna li naghmlu pajjiz li jixraq lil uliedna qed inwessghu id-diskussjoni taghna matul il-konferenza b’partecipazzjoni akbar kemm mill-istrutturi tal-partit kif wkoll minn persuni u organizazzjonijiet lil hinn mill-partit.
Qed inkomplu nibnu fuq il-mudell ta’ konferenza generali li kellna fis-sena 2010 li permezz tieghu il-konferenza generali kellha l-opportunita’ li tiddiskuti hafna oqsma u aspetti tal-miri li l-Partit Laburista irid li jilhaq bhala katalist ghal moviment ghal pajjiz ahjar. Kien format ta’ konferenza li qanqal interess u partecipazzjoni kbira kemm minn delegati, minn membri tal-kumitati, kif wkoll minn organizazzjonijiet u ghadiet ohra.
Ghal dan il-ghan il-konferenza generali se tkun opportunita’ ghal diskussjoni miftuha li taghrbel hsibijiet differenti bl-aktar mod wiesgha possibbli. Din id-diskussjoni ghandha twassal biex infasslu il-prioritajiet ta’ pajjizna. Prioritajiet li jehtieg li nfasslu biex niehdu l-ahjar decizjonijiet biex pajjizna ikun ahjar. Decizjonijiet li jridu jkunu mahsuba biex pajjizna ikun jista’ jilqa’ l-isfidi kollha li jrid jiffaccja fil-futur.
Whud mid-diffikultajiet li qed jiffaccja pajjizna llum huma rizultat ta’ decizjonijiet li jew ma ttiedux fil-passat jew li ma kienux l-ahjar decizjonijiet li kellhom jittiehdu fl-ahjar interess ta’pajjizna. Dawn in-nuqqasijiet li sehhew il-bierah jehtieg li nindirizzawhom biex ghada nilhqu l-mira li jkollna pajjiz li jixraq lil uliedna. Ghalhekk, il-htiega li nfasslu l-prioritajiet ghal pajjizna biex fuqhom infasslu l-hidma li jehtieg inwettqu. Hekk naccertaw li ghada, ghal pajjizna u ghall-poplu taghna ikun ferm ahjar mil-lum.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






