Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Bojkott

E-mail Print PDF
Share

jmicallefJismu Anton Attard. Dak li sa ftit taz-zmien ilu kien imexxi l-istazzjon tal-PN, NET TV. Dak li fl-ahhar elezzjoni generali kien wiehed mill-paladini, jekk mhux il-percimess li ddefenda, u akkumpanja lil JPO f’kull pass li ghamel meta l-iskandlu tal-Mistra hareg fil-berah. Dak li ilu jahdem il-kampanji elettorali tal-PN talanqas sa mill-1998. Dak li ftit tax-xhur ilu GonziPN ma ddejjaq xejn jahtru Kap Ezekuttiv tal-PBS, l-istazzjon nazzjonali.

Issa jekk qatt kien hawn hatra politikament partiggjana daqstant biex tmexxi l-istazzjon nazzjonali, l-istazzjon suppost tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha, certament kienet il-hatra ta’ Anton Attard.

Meta sirt naf bil-hatra tieghu bhala Kap Ezekuttiv tal-PBS mill-ewwel ghidt li issa GonziPN jista’ jserrah rasu b’dak li se jkun qed jigri fil-PBS. Ghaliex flimkien mas-sinjuri Natalino Fenech, Kap tal-Ahbarijiet u l-Professur Joe Pirotta Kap tal-Bord Editorjali, is-sur Attard ghaqqad it-trepied ta’ qaddejja ta’ GonziPN fil-PBS minn issa sakemm tigi l-elezzjoni generali.

Tard il-gimgha l-ohra l-PBS iddecieda li jibbojkottja l-Malta Television Awards ta’ din is-sena li kienu se jsiru lejn l-ahhar ta’ Frar. Ftit tal-minuti wara NET TV habbar ukoll li kien qed jibbojkottja dawn l-awards. Insomma fejn tmur il-qalb jimxu riglejja jghidu!

Ghaliex dan il-bojkott mill-istazzjon nazzjonali kontra l-apprezzament ta’ kull sena ghall-industrija tat-televizjoni lokali u dawk kollha li jahdmu fih? Qalilna Anton Attard, “li l-organizzaturi m’ghandhomx bizzejjed kredibilta biex jorganizzaw dawn l-awards u minflok skont hu ghandha tkun l-Awtorità tax-Xandir li torganizzahom.’.

Ghal min ma jafx snin ilu l-awards ghall-programmi televizivi, u radjufonici kienu jigu organizzati mill-Awtorità tax-Xandir, izda kien waqaf kollox hesrem minhabba nuqqas ta’ finanzi li l-Awtorità kienet qed tircievi mill-bagit tal-Gvern. In-nuqqas ta’ attività bhal din kien ilu jinhass b’mod specjali meta l-istazzjonijiet lokali bdew jinvestu aktar minn qatt qabel fuq skedi b’sahhithom ghat-telespettaturi, u anke bit-twelid ta’ bosta djar tal-produzzjonijiet li bdew ibieghu l-prodott taghhom lill-istazzjoniiiet lokali rispettivi.

Fid-dawl ta’ dan l-interess min-naha tal-istazzjonijiet u dawk kollha nvoluti fil-qasam tal-media, l-awards ghall-programmi televizivi fl-2006 bdew jigu organizzati minn kumpanija privata, Mermaid Media & Entertainment, li dahlet ghal din l-isfida u anke tat libsa gdida u dehra aktar professjonali kif wara kollox jixraq lil dawn l-awards. L-interess fost it-tlett stazzjonijiet ewlenin tat-televizjoni kiber u zdied  sew minn sena ghal ohra. ONE u PBS rebhu dawn l-awards darbtejn kull wiehed fl-ahhar erba’ snin, b’NET TV lura sew fit-tielet post sena wara l-ohra.

Minn mindu bdew jigu organizzati mill-privat fl-2006, hadd qatt mill-istazzjonijiet lokali kollha ma lmenta fuq il-kredibiltà tal-organizzaturi jew skuzi ohrajn li hareg bihom din is-sena l-Kap Ezekuttiv tal-PBS. Kull meta ONE ma rebahx u l-awards marru ghand il-PBS, ONE fejjem accetta r-rizultat. Gara li r-rebh tal-istazzjon tas-sena minn ONE is-sena l-ohra nizlet hazin hafna mat-tmexxija tal-PBS u baqa’ jippika u jfixkel sakemm ma wasal biex din is-sena jibbojkottja l-awards flimkien man-NET daqslikieku kienu haga wahda mmexxijin mill-istess persuna.

Dan ghalija hu loghob tat-tfal u huwa ta’ ghajb kbir kif l-istazzjon nazzjonali jgib ruhu b’dal-mod. Mur gib li kieku konna ahna ta’ ONE li hrigna b’dal-bojkott. Mur gib kemm kienu jghidulna li qed nattakkaw lit-talent lokali u elf haga ohra. Min-naha l-ohra jien l-ewwel wiehed flimkien ma’ shabi l-ohra fit-tmexxija ta’ ONE u l-haddiema kollha se nibqghu ghaddejjin billi nkomplu noffru xandir u produzzjonjiet ta’ kwalità lil dawk l-eluf kollha li jsegwuna kuljum mit-Tnejn sal-Hadd.

Jekk is-sur Anton Attard telaq fuq missjoni biex minghalih jimmina l-ezistenza u l-popolarita ta’ ONE sejjer imqarraq bil-kbir. Nassigurah li naf sew x’qed jaghmel fil-konfront ta’ ONE.  Dak li ONE bena matul is-snin biex sar kompetitur b’sahhtu u ewlieni tal-PBS mhux se jkissru xi hadd li qed jahseb li lahaq is-sema b’idejh.

Ghaliex tajjeb issa li nsiru nafu jekk is-sur Anton Attard biex accetta l-kariga politika li tah GonziPN fl-istazzjon nazzjonali, imhallas minn flus il-poplu fil-fatt iddikjarax l-interessi kollha tan-negozju tieghu li certament jistghu jaghtu aktar minn lok ghal kunflitt ta’ interess mal-kariga li ghandu fil-PBS. Nistennew u naraw. 

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata