Lejn tmiem is-sena li ghaddiet, il-Kunsill tal-Unjin tal-Ghalliema (MUT) ta direttiva lis-Senior Management Teams tal-iskejjel u lill-gradi kollha tal-ghalliema, biex ma jikkoperawx mal-Ufficjali tal-Quality Assurance Department u biex jinjoraw kompletament kull korrispondenza li tigi minn dan id-dipartiment wara li l-istess Direttorat kien hareg cirkulari li kienet titlob lill-kapijiet jirrapportaw minn wara daharhom lil dawk l-ghalliema li qed ikollhom diffikultajiet biex jimplimentaw l-istrategija fuq il-litterizmu.
Ahna m’ghandna l-ebda dubju li l-MUT hadet dan l-agir mhux ghax hi kontra l-assigurazzjoni ta’ kwalità tat-taghlim, izda ghax hasset li dak li sar kien jikkomprometti l-professjonalità tal-ghalliema.
Ghax nghiduha kif inhi, biex dejjem ikun hemm livell gholi fl-edukazzjoni, jehtieg li jkun hemm mezzi biex wiehed jassigura l-kwalità ta’ ippjanar u ta’ implimentazzjoni, ghalkemm din l-assigurazzjoni ta’ kwalità m’ghandhiex biss tigi applikata ghall-ghalliema u t-tmexxija tal-iskejjel, izda wkoll ghall-istess direttorati tal-edukazzjoni u sahansitra l-Ministeru tal-Edukazjoni.
Kien xi zmien meta l-assigurazzjoni fl-iskejjel kienet tinzamm minn spetturi edukattivi, il-famuzi inspectors li whud minnhom kultant kienu ibsin hafna mal-ghalliema. Il-Malta Union of Teachers hadmet kemm felhet, sakemm fl-1974 bi ftehim ma’ Gvern Laburista dawn tnehhew u minflokom inhatru Ufficjali Edukattivi li l-iskop principali taghhom kien aktar li jghinu lill-ghalliema milli li jaghmlu spezzjonijiet.
Biss fis-snin disghin, fejn tidhol l-assigurazzjoni ta’ kwalità, sar pass ’il quddiem billi f’Malta giet introdotta s-sistema li kienet ilha applikata ghal xi zmien fl-Istati Uniti u ghadd ta’ pajjizi Ewropej, dik li din l-assigurazzjoni ssir fuq zewg binarji: l-ewwel mill-iskejjel innifishom u wara minn barra mill-iskola.
Il-principju wara din is-sistema huwa dak li hadd daqs dawk li jahdmu fuq il-post ma jafu ezatt x’inhu qed jigri fl-iskejjel, dak li sejjer tajjeb fl-iskola u dak li mhux sejjer daqshekk tajjeb u x’jehtieg isir biex dan jitjieb.
Sintendi biex sistema bhal din tithaddem tajjeb, jehtieg li jkun hemm ippjanar serju min-naha tat-tmexxija tal-iskejjel u li f’dan l-ippjanar ikunu nvoluti sewwa mhux biss l-ghalliema u membri tal-istaff tal-istess skejjel, izda wkoll l-istudenti u l-genituri taghhom, kif ukoll dawk li jistghu jkollhom x’influwenza fuq it-taghlim fl-iskejjel.
U ma jistax jonqos li kull assessjar li jsir, irid isir bir-reqqa u b’onestà kbira. U huwa wara li jsir dan l-assessjar u jitfasslu l-pjanijiet ta’ hidma li t-tmexxija tal-iskola, fejn thoss li hu mehtieg, ghandha titlob l-ghajnuna minn barra l-iskola.
U sintendi meta titlob din l-ghajnuna tkun qeghda taghmel dan bi qbil mal-istaff, ghax ikun l-istess staff li jkun sab il-htigijiet li ghandu.
Nafu li matul is-snin saret hidma qawwija fost l-iskejjel dwar kif tithaddem din is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità. Nifhmu li sar tahrig vast f’dan il-qasam, specjalment fost il-membri tat-tmexxija tal-iskejjel u anke fl-iskejjel innifishom.
Nafu li l-iskejjel kif mitluba qed jipprezentaw il-pjanijiet tal-izvilupp taghhom. Nispera li meta dawn il-pjanijiet jaslu fid-Direttorat, dawn qed jigu studjati sewwa u li qed tittiehed azzjoni fuqhom.
Sintendi l-assigurazzjoni min-naha tal-iskejjel ma tbarrix il-htiega li jsiru wkoll zjarat fl-iskejjel mill-Awdituri Edukattivi, xoghol li jsir mill-Ufficjali Edukattivi. Ghax fuq kollox dejjem tajjeb li jsir awditjar min-nies li huma ntizi fil-qasam edukattiv minn barra mill-iskola. Izda l-importanti hu li dawk li jaghmlu dan ix-xoghol, jibbazaw iz-zjarat u l-hidma taghhom fuq dak li tkun irrappurtat l-iskola, fuq il-pjan taz-zvilupp tal-iskola, pjan li jkun sar mill-istaff kollu biex hadd ma jhoss li xi ndividwu, anke jekk qieghed fit-tmexxija, qed jahdem minn wara dahru.
L-assigurazzjoni ta’ kwalità fil-qasam tal-edukazzjoni, bhal f’kull qasam, huwa ta’ mportanza kbira jekk tassew irridu naraw li wliedna jkollhom l-ahjar u l-aqwa taghlim. Ghalhekk naghmlu hazin jekk minhabba nuqqas ta’ hsieb, nuqqas ta’ ppjanar jew nuqqas ta’ ftehim car bejn dawk kollha nvoluti, dan ma jsirx jew inkella jsir biex ikun sar.

| < Prev | Next > |
|---|






