Bhala parti mill-pjan t’azzjoni biex jigi ssalvagwardjat il-futur tal-AirMalta, nofs il-haddiema ta’ din il-kumpannija mistennija jispiccaw barra u ser jigu ppustjati f’postijet ohra. Din l-ahbar harget fis-sighat li ghaddew f’certu sezzjonijiet tal-mezzi tax-xandir u l-gvern baqa’ ma cahadx dawn ir-rapporti.Ir-rapporti qalu li mill-kumpannija se jkunu qed jitnehhew mas-sitt mitt impjegat li se jkunu qed jintbghatu f’Dipartimenti ohra tal-Gvern. Din il-mizura mistennija tittiehed bit-tama li l-operat tal-AirMalta isir wiehed vijabbli. Jirrizulta li fis-sighat li ghaddew, il-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern ircevew cirkulari fejn fiha gew mitluba jidentifikaw pozizzjonijiet li jistghu jintlew mill-haddiema tal-AirMalta li ser jitkeccew.
Minkejja li l-pjan tat-tkeccija ta’ nofs il-haddiema tal-AirMalta, jidher li jinsab fi stadju avvanzat, l-Isteering Committee li qed jahdem fuq il-pjan ta’ ristrutturar ghall-AirMalta, fl-ebda hin ma ddiskuta l-possibiltà li jitkeccew nofs il-haddiema tal-kumpannija.
Intant, b’reazzjoni ghal din l-ahbar, il-Partit Laburista qal li l-Isteering Committee li fuqu jinsab rapprezentat il-Partit Laburista, qatt ma nghata hjiel li kien hemm il-hsieb li jitkeccew nofs l-impjegati tal-AirMalta. Zied jghid li s-sitwazzjoni li jinsab fiha dan il-kumitat hija wahda fejn mhux qed jigu mwiegba mistoqsijiet krucjali u lanqas biss qed tinghata bil-miktub informazzjoni li qed tissemma fil-laqghat.
Il-Partit Laburista temm jghid li jinsab iddizappuntat bl-atteggjament tal-Gvern fil-konfront tal-Isteering Committee.

| < Prev | Next > |
|---|






