Ilbierah wara nofsinhar, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi filwaqt li ddikjara ruhu kontra l-introduzzjoni tad-divorzju, qal li referendum dwar id-divorzju jsir biss, jekk kemm -il darba l-Parlament japprova l-abbozz tal-ligi dwar l-introduzzjoni tad-divorzju f’pajjizna. Gonzi qal li jekk kemm -il darba l-abbozz ma jghaddix mill-Parlament, mhux ser jissejjah referendum. Din id-dikjarazzjoni tikkuntrasta bi kbir mal-weghda li kien ghamel l-istess Lawrence Gonzi f’Lulju li ghadda meta kien qal lid-decizjoni dwar id-divorzju ghandha tittiehed mill-elettorat permezz ta’ referendum. Gonzi kien qal li decizjoni bhal din tant hija vitali ghas-socjetà Maltija li ghandha tittiehed mill-elettorat kollu u mhux biss mid-disgha u sittin membru parlamentari.
B’reazzjoni ghall-ahhar dikjarazzjoni ta’ Lawrence Gonzi dwar id-divorzju, l-Partit Laburista qal li l-Prim Ministru mar lura minn weghda ohra li ghamel filwaqt li sahaq li b’din id-dikjarazzjoni, Gonzi qed jipprova jaghmel dak kollu li jista’ biex icahhad lill-poplu milli jesprimi ruhu dwar materja daqstant sensittiva.
Il-Partit Laburista sostna li l-Prim Ministru kompla jikkontradixxi ruhu u juri inkonsistenza dwar suggett tant delikat, meta qal li hu jivvota kontra, imma fl-istess waqt jghid li jixtieq referendum.
Ghall-kuntrarju, l-Kap tal-Oppozizzjoni, minn qabel il-hatra tieghu fit-tmexxija tal-Partit Laburista kien konsistenti fil-pozizzjoni tieghu, jigifieri li huwa favur legislazzjoni dwar divorzju responsabbli, li kwalunkwe tentattiv ta’ legislazzjoni jrid ikollha mandat popolari u li jaghti vot hieles lil kull min ikun se jiddeciedi f’dan ir-rigward, irrispettivament jekk ikunx fil-Parlament jew l-elettorat direttament.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






