F’dawn l-ahhar gimghat regghet fegget il-kwistjoni tal-effett tal-grit blasting fuq ir-residenti tal-Kottonera kif ukoll fuq il-haddiema li jahdmu fit-tarzna li llum titmexxa mill-kumpannija Tal-jana ta’ Palumbo.
Ma hemm l-ebda dubju li kull investiment industrijali li jsir fl-ekonomija ghandna naghtuh merhba, basta dan ikun ser jopera fil-limiti tal-mizuri mehtiega biex tkun imharsa is-sahha ta’ kulmin ikun affetwat mill-operazzjoni ta’ din l-attività industrijali.
Ir-residenti tal-Kottonera, tar-Rahal Gdid, il-Fgura u Hal Tarxien ilhom jintlaqtu hazin mill-effetti ta’ koncentrazzjoni ta’ attivitajiet industrijali fl-inhawi tal-Port il-Kbir. Dan jinkludi l-Power Station tal-Marsa u ta’ Marsaxlokk kif ukoll ix-xoghol li jsir fit-tarzna ta’ Bormla. Il-grit blasting hija wahda mill-attivitajiet li tohloq l-akbar perikli ghall-inhawi.
L-Awtorità tas-Sahha tal-Istati Uniti, l-Occupational Safety and Health Administration (OSHA), taghmilha cara li l-grit blasting johloq perikli kbar ghall-haddiema tat-tarznari u ghar-residenti li jghixu fl-inhawi ta’ tarznari li juzaw il-grit blasting. Minbarra hsejjes gholjin wisq li jiddisturbaw il-mistrieh tar-residenti u s-smiegh ta’ min jahdem fit-tarzna, l-OSHA tghid li l-kwalità tal-arja f’ragg kbir minn fejn ikun qed isir il-grit blasting jista’ jkun fih materjal solidu f’particelli zghar ta’ aluminium, comb, ramm, zingu, hadid u arseniku fost hafna kontaminanti ohra. L-OSHA tispjega ukoll l-effetti kbar hziena li dawn il-pollutants ikollhom fuq is-sahha tan-nies li jkunu esposti ghalihom.
Barra minn hekk l-OSHA tohrog direttivi stretti lil min juza l-grit blasting fuq kif ghandu jnaqqas il-periklu ghal min ikun espost ghall-effetti tal-grit blasting. Barra minn hekk, qed isiru sforzi kbar biex fil-pajjizi fejn il-grit blasting ghadu jista’ jsir, l-industrija tal-tarzari tinvesti f’teknologija alternattiva u telimina l-grit blasting kemm jista’ jkun malajr.
Fost l-alternattivi li jezistu llum hemm l-wet abrasive blasting fejn jithallat materjal imsejjah garnet flimkien mal-ilma fil-process tal-blasting, vacuum blasting fejn l-apparat tal-grit blasting ikollu imqabbad mieghu vacuum cleaners kbar biex jassorbu il-materjal li jinholoq bil-blasting, u hydro blasting fejn jintuza biss l-ilma biex jitnaddfu l-vapuri.
Dawn naturalment jirrikjedu investiment sostanzjali, izda jekk irridu nimxu mal-ahjar prattici f’dan is-settur biex inharsu s-sahha tac-cittadini taghna m’ghandniex alternattiva.
Ghalhekk Palumbo m’ghan-dhomx jargumentaw li t-tarzna ta’ Malta s’issa dejjem uzat il-grit blasting. X’kien isir s’issa huwa irrelevanti fejn tidhol politika industrijali li tirrispetta is-sahha tal-haddiema. Pal-umbo ghandha tinvesti f’tek-nologija moderna u li thares l-ambjent u s-sahha tal-haddiema, jekk trid tibni kredenzjali tajbin ta’ tmexxija responsabbli mal-Maltin.
Zgur li ma rridux insiru centru fil-Mediterran fejn sidien tal-vapuri jibaghtu l-vapuri taghhom ghall-grit blasting ghaliex tarznari ohrajn fl-Ewropa qed jeliminaw dan it-tip ta’ blasting.
Minkejja l-problemi kollha li kellha t-tarzna Maltija matul iz-zmien, kemm-il darba irrifjutat li taghmel certu xoghol li kien offrut lilha ghaliex kien perikoluz. Dan kien jinkludi tnaddif ta’ sludge li seta’ kien radjuattiv mill-istivi tal-vapuri, kif ukoll ship breaking li jikkawza danni kbar ghall-ambjent u ghas-sahha tal-haddiema.
Ghalhekk l-appell tieghi hu li l-Palumbo minn jeddha tiehu passi biex telimina l-uzu tal-grit blasting u tinvesti f’teknologija aktar moderna biex thares is-sahha tal-haddiema taghha kif ukoll dik tar-residenti tal-inhawi. Dan jghin ukoll biex jitnaqqas l-effett negattiv fuq l-ambejnt b’mod specjali l-bahar tal-Port il-Kbir.
Jekk tonqos li taghmel dan minn jeddha, il-Mepa u l-Awtorità ghall-Harsien tas-Sahha tal-Haddiema ghandha tiehu l-inizjattiva li tohrog regolamenti cari taht liema kundizzjonijiet jista’ jsir il-grit balsting fit-tarzna. M’ghadux iz-zmien li nilaghbu bis-sahha tal-haddiema u tar-residenti tal-inhawi fejn isir xoghol industrijali li johloq periklu.

| < Prev | Next > |
|---|






