X’kienet ir-raguni ewlenija li ghaliha saret is-sejha tas-Sindki tal-Kottonera biex il-kumpannija ta’ Palumbo ma tibqax tuza l-grit blasting fit-tarzna li kisbet bit-twellija ta’ 30 sena minghand il-Gvern Malti?
Kienet l-ghazla li ghamlet il-kumpannija Palumbo li tuza l-metodu tal-grit blasting minkejja l-hsara li dan jaghmel lis-sahha u lill-ambjent tac-cittadini li jghixu fil-madwar.
Il-metodu tal-grit blasting ifisser li frak tac-comb jintefa’ b’qawwa fuq il-bastimenti biex jitnehhewlhom iz-zebgha u s-sadid li jkun imqabbad maghhom u flokhom jithalla wicc lixx u nadif.
Dal-metodu m’huwiex bilfors illegali fih innifsu, izda dak li jhalli jnigges l-ambjent tal-madwar u johloq periklu kbir ghas-sahha l-aktar meta t-titjir taz-zebgha mqaxxra, il-metall u s-sadid jittajru u jixtered fl-ajru u jolqtu b’mod mill-aktar hazin lin-nies u lill-proprjetajiet tal-qrib.
Il-hsarat imhollija minn dal-metodu ta’ xoghol malajr intebhu bihom in-nies li jghixu fl-inhawi tal-Kottonera u malajr gharrfu bihom lis-Sindki taghhom.
Wara laqgha li kelli ma’ dawn is-Sindki habrieka, huma wasslu l-lehen imhasseb u mghaddab tal-kostitwenti taghhom minhabba l-qaghda mwieghra li sabu ruhhom fiha huma, familthom u djarhom.
B’rizultat ta’ din il-laqgha jiena ghamilt din il-mistoqsija parlamentari fil-11 ta’ Jannar li ghal ragunijiet ovvji qed ingibha hawnhekk kelma b’kelma:
“Jistax il-Ministru jghid min se jhallas ghall-hsarat li jsiru mill-kumpannija Palumbo fil-proprjetajiet tan-nies tal-Kottonera minhabba fl-uzu tal-grit blasting? Billi t-tarzna, qabel ma qatghetha li tuza l-ilma ghax-xoghol taghha, meta kienet taghmel xi hsarat bil-grit blasting kienet taghmel tajjeb hi lil dawk li kienu jintlaqtu minnu, x’se jsir illum wara li l-kumpannija Palumbo qed tammetti li qed taghmel hsara bl-ghazla taghha tal-grit blasting ?”
Il-Ministru Tonio Fenech wiegeb hekk gimgha wara: “Il-kumpannija msemmija hija privata u ghaldaqstant din hija materja li trid tigi diskussa privatament bejn l-istess kumpannija u terzi persuni.”
B’reazzjoni ghall-pozizzjoni li hadu s-Sindki fuq dil-kwestjoni u l-appogg li sabu fil-Parlament, il-MEPA harget stop notice li bih ordnat lil Palumbo biex ma jibqax juza dak il-metodu li qieghed jaghmel il-hsara.
Kelliem ghall-kumpannija, izda, habbar li l-kumpannija kien behsiebha tappella mid-decizjoni u tishaq li x-xoghol imsemmi kellu sehem fil-qofol tal-hidma taghhha.
Barra dan, il-kumpannija kienet qalet lis-Sindku ta’ Bormla li kienet se zzommu personalment responsabbli jekk iggarrab xi telf finanzjaru minhabba l-‘indhil’ tieghu.
Palumbo sahqet ukoll li kien-et tuza diversi metodi jigifieri grit, ramel u l-ilma imma hadd ma seta’ jkun jaf minn qabel liema metodu kellu jithaddem kull darba. Ghal dan jien nghidilhom: “le, dan mhux bizzejjed biex iserrah mohh in-nies tal-Kottonera. Jekk il-grit blasting jaghmel il-hsara lil sahhet ic-cittadini, irid jieqaf minnufih u dejjem.”
Dan huwa kaz klassiku ta’ glieda bejn interessi finanzjarji privati u l-interess pubbliku. Kif qal il-Ministru Fenech, Palumbo se jiehdu hsieb l-interessi taghhom. Imma se jsibu lis-Sindki u lili, fost ohrajn, wara l-interess tal-poplu tal-Kottonera.
X’tahseb dwar dawn it-“terzi persuni”, sur Ministru?

| < Prev | Next > |
|---|






