Bouazizi m’hu hadd hlief dak il-bejjiegh tal-haxix f’Sidi Bou Said fit-Tunezija li ta n-nar lilu nnifsu meta l-Pulizija Tunezina ma hallitux jarma ghax-xoghol tieghu. F’daqqa wahda, bhal Jan Palach tac-Cekoslovakkja, Bouazizi ta n-nar mhux lilu nnifsu biss, imma ghall-ghatx ta’ hafna popli ghal-libertà.
Matul il-medda ta’ zmien huma diversi drabi fejn il-poplu, minn madwar id-dinja semma lehnu fit-toroq kontra t-tmexxija tal-pajjiz taghhom. Hafna huma familjari mar-rivoluzzjoni Franciza, izda din hija biss parti zghira minn lista twila ta’ rivoluzzjonijiet li sehhew.
Bhalissa ghajnejn id-dinja tinsab fuq pajjiz gar taghna - il-Libja u Muammar Gaddafi, li qed ikexkex id-dinja ghall-mod kif qed juza vjolenza insensata fuq hutu l-Libjani talli qed jipprotestaw kontra tieghu.
Sa ftit ilu ghaddejna granet naraw filmati gejjin mill-Egittu – pajjiz li ghal gimghat shah ghadda minn tragedji, mwiet ta diversi persuni u glied b’konsegwenza ta’ faqar, korruzzjoni u livell gholi ta' qaghad.
Din ir-rivoluzzjoni, bhalma gara f’Tunes, wasslet sabiex il-poplu Egizzjan jikseb dak li kien ilu snin jixtieq u jixraqlu bi dritt: libertà. L-istorja Egizzjana digà esperjenzat rivoluzzjoni, dik li tohodna lura ghas-sena 1952 fejn iggieldu kontra l-monarkija u minflok kisbu repubblika. L-Egittu, imbaghad, ghadda minn zmien kritiku li wassal ghall-gvern instabbli.
Id-domanda hi: x’se jigri fil-Libja? Se jitnehha Gaddafi? U fl-Egittu u t-Tunezija x’gara “imbilli” telqu z-zewg dittaturi? Se jkun hemm dittaturi ohrajn flokhom? Jew inkella se tidhol il-vera demokrazija u l-libertà f’dawn iz-zewg pajjizi?
Id-dimostranti li rajna u qed naraw jiggieldu fit-toroq tat-Tunezija, l-Egittu u l-Libja kienu u huma gejjin minn diversi setturi differenti tal-hajja.
Interessanti kif kien hemm Egizzjani li ma jafux mexxej iehor hlief Mubarak minhabba li ilu jiggverna tletin sena u kien hemm il-hsieb li jiehu postu ibnu la darba jitlaq. Bl-istess mod kwazi l-Libjani kollha ma jafux mexxej iehhor hlief Gaddafi li ilu jikkmanda l-pajjiz sa mill-1969.
30 sena u 42 sena ta’ tmexxija dittatorjali twassal sabiex lin-nies titlef il-fiducja fil-gvern tieghu. Ma baqghux jaraw fihom mexxejja li jaghtu kashom, izda bdew jaraw fid-dittaturi, bhalma t-Tunezini raw b’Ben Ali, hakkiema li mohhhom biss fihom u f’familthom.
Il-fatt li l-Egittu huwa l-aktar pajjiz importanti fost il-pajjiz Gharab - ghalija dan il-pajjiz huwa l-kapitali tal-Maghreb - dak kollu li jigri hemm ghandu importanza politika kbira madwar id-dinja specjalment fil-Lvant Nofsani.
Imbaghad meta tqis li l-Libja, li mimlija zejt u rizorsi, qieghda f’xifer ta’ qasma bejn il-Punent u l-Lvant, ifisser li s-sitwazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq hija kritika u kritika hafna.
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewro-pea laqghu l-bidla storika fit-Tunezija u l-Egittu b’mod pozittiv, ghallinqas hekk qalu. Fost dawn il-mexxejja kien hemm Angela Merkel tal-Germanja, li ddeskrivit ir-rizultat ta’ din ir-rivoluzzjoni bhala bidla storika, David Cameron tal-Ingilterra, Baroness Ashton kif ukoll il-President tal-Istati Uniti Barak Obama li bi kliemu ta x’jifhem li ried il-bidla fl-Egittu.
Fl-istess nifs prattikament kulhadd qed jikkundanna dak li qed jaghmel Ghaddafi fil-Libja u laqatni s-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda Ban-Ki-Moon li cempel lil Gaddafi u qallu b’rieda soda biex iwaqqaf il-qtil u l-massakru minnufih.
Id-domanda hi x’se taghmel l-Amerika jekk il-Mexxej Libjan ma jcedix - se tintervjeni biex tillibera l-poplu Libjan?
U r-rizervi taz-zejt li hemm fin-Nofsinhar tal-Libja x’se jsir minnhom? U jekk xejn, ghaliex ghandha tkun proprju l-Amerika li tintervjeni u mhux l-Unjoni Ewropea li tinsab zewg passi 'l boghod?
L-alternattiva x’inhi? Li wiehed jibqa’ cass ihares lejn dan il-massakru u nistennew li s-sitwazzjoni tfur fil-pajjizi tal-madwar u l-Mediterran isir borma wahda ta’ incertezza u dmija?
Ghalkemm ir-rieda tal-poplu rebhet fit-Tunezija u l-Egittu u jidher li se tirbah fil-Libja, ghad baqa’ hafna x’irid isir sabiex il-holma ta’ dawn il-pajjizi Gharab tirnexxi u c-cittadini Gharab jghixu f’pajjizi moderni u demokratici.
Il-problemi tal-Egittu ma spiccawx mar-rizenja ta’ Mubarak bhalma l-problemi ma spiccawx fit-Tunezija mat-tnehhija ta’ Ben Ali.
U bl-istess mod il-problemi fil-Libja mhux se jispiccaw sempliciment bit-tnehhija ta' Gaddafi, li ma ddejjaq xejn jibghat l-armata toqtol lil-Libjani stess.
Anzi ironikament jekk tinqasam il-Libja fi tnejn jew iktar, il-problemi u l-glied jistghu biss jizdiedu.
Hu x’inhu, dak li jigri wara biebna tefgha ta’ gebla 'l boghod jinteressana hafna ghaliex il-Mediterran huwa darna u shabna tal-Maghreb huma kolonna importanti fil-paci u s-sliem tal-Mediterran.
It-tama taghna hi li l-paci u l-progress fil-Libja u fil-pajjizi kollha tal-Mediterran isehhu llum qabel ghada.
Inkella Bouazizi jkun ta n-nar lilu nnifsu ta’ xejn!

| < Prev | Next > |
|---|






