Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Minn fuq il-whiteboard ma’ Toni Friggieri

E-mail Print PDF
Share

Kelliemi iehor fis-seminar dwar l-edukazzjoni organizzat mill-Forum Zghazagh Laburisti kien Alfred Grixti.
Grixti qal li r-raguni ewlenija ghal raggruppament tal-iskejjel tal-Istat f’kulleggi kien ghax gie accettat bhala fatt li l-iskejjel tal-Istat huma hziena u l-iskejjel tal-Knisja u privati indipendenti huma ferm ahjar. Mat-twaqqif tal-kulleggi sar ukoll it-tfassil mill-gdid tal-ligi tal-edukazzjoni biex tirrifletti din il-bidla; programm ta’ bini ta’ skejjel godda, it-tnehhija tal-ezami ghad-dhul fl-eks Junior Lyceums u dak kollu li din il-bidla gabet maghha.
Waqt li kien qed isir dan il-bdil, il-Partit Laburista kien kawt u kostruttiv u ma pprovax jiehu vantagg politiku rhis mir-riforma billi jqarraq u jbezza’ n-nies kif sar meta l-Partit Laburista  semma r-reception class, li issa giet imwettqa mill-Gvern prezenti.

Huwa sostna li r-riforma li tnediet mhijiex bizzejjed biex nilhqu l-miri stabbilti mill-Agenda ta’ Lisbona u biex ma nibqghux b’erbgha minn kull 10 studenti jhallu l-iskejjel taghna minghajr il-hiliet bazici u l-kwalifiki mehtiega biex ikomplu jimxu ’l quddiem fil-hajja, jilhqu l-aspettattivi taghhom u jikkontribwixxu lejn il-progress u l-izvilupp ekonomiku ta’ pajjizna.

L-emfasi kollha qed issir fuq il-livell sekondarju meta l-problemi jibdew mill-livell primarju.

Ghalhekk jehtieg li jsir hafna aktar investiment fiziku fil-livell primarju imma, fuq kollox, li nikkoncentraw u niffukaw aktar fuq aktar ghajnuna lill-kapijiet u l-ghallliema fil-livell primarju. Inutli li se jkollna skejjel sekondarji godda jekk nibqghu bi tfal li jigu fihom ma jafux jaqraw u jiktbu. U dan mhux tort tal-kapijiet u l-ghalliema.  Lanqas ghandhom tort it-tfal.

Jehtieg li jkollna aktar rizorsi umani, aktar professjonisti specjalizzati li jahdmu ma’ dawn it-tfal u l-familji taghhom halli ma jibqghux ghaddejjin mill-process edukattiv, li qed jiswa hafna flus lil pajjizna, imma li fl-ahhar mill-ahhar ma qed jiehdu xejn jew ftit li xejn minnu.

Sar certu progress. S’issa wasalna li jkollna counsellor, social worker, career advisor, inclusion co-ordinator u youth worker wiehed jew wahda f’kull kullegg. Dan tajjeb imma mhux bizzejjed ghall-ammont ta’ tfal bi problemi li hemm, specjalment fil-livell primarju.

U fi skejjel sekondarji b’popolazzjoni ta’ madwar 700 it-tfal bi problemi se jbatu aktar. Ghax ma tistax tinghata l-attenzjoni individwali lill-istudenti kollha, specjalment dawk bi problemi, sakemm ma jkollokx ir-rizorsi umani mehtiega biex ilahhqu maghhom.

Ghalhekk, dejjem se jkollok, minkejja, l-intenzjonijiet tajbin kollha, min se jibqa’ lura u ma jirnexxix.  Irridu noqghodu attenti li ma nkunux kuntenti biss u nghidu li r-riforma rnexxiet   ghax ikun hemm studenti li jiksbu rizultati tajbin.

Fuq kollox “Li l-iskejjel tal-istat Maltin huma tajbin, taw rizultati fl-imghoddi u ejja noqoghdu ferm u ferm attenti li din ir-riforma ma tipperikolax is-successi li kienu qed jaghmlu l-iskejjel statali ta’ Malta qabel ir-riforma u li ma kienux qed jigu rikonoxxuti, lanqas minn min suppost kien qed imexxi l-edukazzjoni f’Malta u li minflok accetta t-tezi li ma kienux qed jirnexxu!” ikkonkluda Grixti.

Kummenti

Sillabu: Kif nistghu nmexxu t-tfal ’il quddiem meta dejjem inkomplu nzidu l-kurrikulu bir-rizultat li llum qed ikollna percentwal akbar ta’ tfal li qed johorgu mis-sistema bi tfal li sa tmiem il-livell primarju jkunu digà ddejqu fl-iskola. L-ghalliema huma marbuta mis-sillabu u m’ghandhomx il-libertà li jaddottaw dan skont l-abilitajiet li jkollhom fil-klassi. Dan xejn ma jghin biex it-tfal  jinghataw dik l-ghajnuna li ghandhom bzonn.

Tfal bi problemi: Saru bosta lmenti dwar id-dewmien biex jigu konfermati kazi ta’ studenti li jkollhom bzonn l-ghajnuna, minkejja li min-naha tal-ghalliema dawn ikunu digà gibdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet dwar dawn il-kazi. Il-bini huwa sabih u mehtieg, l-ambjent fiziku huwa mportanti, izda huwa ferm aktar importanti r-rizors uman. Omm semmiet li binha dam aktar minn sentejn biex inghata l-ghajnuna. Hija lmentat ukoll minn kif binha gie ttrattat mill-ghalliema tieghu.

Skejjel tas-Snajja’: Meta qed ikollna daqshekk tfal li ma jaghmlux jew ma jghaddux mis-Sec, ma jfissirx li dawn forsi jippreferu tahrig manwali. Dan it-tip ta’ taghlim mhux qed jigi offrut ghax l-MCAST toffri korsijiet ghal dawk li jkunu ghalqu s-sittax-il sena. S’issa dejjem ikkupjajna sistemi Inglizi jew Skoccizi. Tghid wasal iz-zmien li nikkupjaw sistema Germaniza, billi jkun hemm ftehim mal-industrija li tfal bhal dawn ikunu jistghu jaghmlu prattika maghhom halli mbaghad jigu ntegrati fix-xoghol taghhom direttament mill-iskola.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
17C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata