Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Evakwazzjoni

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoIl-glied fil-Libja wassal biex l-andament f’pajjizna partikolarment fl-ajruport u fil-portijiet taghna jiehu xejra totalment differenti minn dak li drajna tul dawn l-ahhar snin. Prezenza akbar ta’ vapuri kemm kummercjali li jgorru passiggieri, flimkien ma’ prezenza sostanzjali ta’ vapuri militari kollha bil-ghan li jwasslu f’pajjizna l-akbar numru ta’ nies possibbli li qed jigu evakwati mil-Libja.
Bl-istess mod, fl-ajuport, in-numru ta’ nies li l-ajruport kellu fih kienu akbar mis-soltu b’titjiriet lejn destinazzjonijiet aktar imbieghda biex jitwasslu nies li qed jigu evakwati mil-Libja. Fil-mitjar rajna prezenza qawwija ta’ ajruplani militari li llum aktar nassocjawha ma’ airshow.

Attività kollha marbuta ma’ ghan wiehed li haddiema u nies fil-Libja, jinhargu mil-Libja fl-iqsar zmien possibbli biex jittiehdu lura lejn arthom ’il boghod mill-glied li issa hakem kull parti fil-Libja u li jidher li qieghed isir aktar qalil.

Mhux kulhadd kellu l-opportunità li jinhareg mil-Libja bil-mod kif gew evakwati l-mijiet ta’ persuni li ghaddew minn Malta. Hemm min kellu jara kif ifendi ghal rasu u johrog mil-Libja billi jmur fid-direzzjoni tat-Tunezija. Dan il-process qieghed jikkawza diffkultajiet kbar kemm ghal dawk li qed jaharbu mill-glied tal-Libja kif ukoll ghat-Tunezija li ghadha kif ghaddiet u ghaddejja minn zmien ta’ taqlib politiku wara li l-poplu pprotesta kontra t-tmexxija ta’ Ben Ali.

Huma xeni li jnikktu, dawk tal-mijiet ta’ persuni li jispiccaw f’kundizzjonijiet difficli hafna minghajr saqaf u bi skarsezza ta’ provvisti ta’ ikel. Sitwazzjoni li tirrikjedi attenzjoni kbira mill-komunità internazzjonali biex ma jinholqux tragedji ohra waqt li dawn il-persuni qeghdin ifittxu post aktar kenni.

Grazzi Air Malta

Ta’ min wiehed isemmi li pajjizna ta kontribut f’din is-sitwazzjoni, kemm biex ghen lill-haddiema Maltin kif ukoll persuni ohra. Kienet strumentali l-Air Malta li tat servizz impekkabbli biex ghenet fl-evakwazzjoni ta’ nies minn gewwa l-Libja. Din il-kumpannija li serviet u sservi lill-pajjizna fit-tishih ekonomiku tieghu, filwaqt li tat sehemha biex issalva lil tant nies, illum verament tehtieg lil min isalvaha mis-sitwazzjoni li tinsab fiha.

Pajjizna jehtieg li dak kollu li huwa strategiku ghal pajjizna jinghata l-attenzjoni kollha li tkun mehtiega u mhux jithalla jispicca fis-sitwazzjoni li tinstab l-Air Malta. Minn din il-kumpannija qed jaslu ahbarijiet hziena u l-Gvern ghandu jfisser car u jkun trasparenti mal-haddiema u mal-pajjiz kif se jaccerta li l-linja nazzjonali taghna. Ma jistax ikun li din il-linja tal-arju tithalla t-tir mar-rih. Pajjizna ghandu bzonn lill-Air Malta.

Zieda fil-fuel

Pajjizna ra caqliq qawwi fil-prezz tal-fuel matul din il-gimgha. Il-poplu Malti u Ghawdxi qieghed ihallas prezz hafna aktar gholi tal-fuel li huwa tant necessarju fid-dinja tal-lum. Mill-gdid rega’ hareg il-mod xejn trasparenti kif qed jithaddem il-mekkanizmu li bih qed jigu mizjuda l-prezzijiet tal-fuel.

Il-Gvern qed isib bhala skuza s-sitwazzjoni fil-Libja biex jiggustifika z-zieda fil-prezzijiet tal-fuel. Wiehed jistaqsi jekk kienx hemm rizervi ta’ fuel li kienu ghadhom ma nbighux qabel ma kien hemm il-htiega li jgholew il-prezzijiet. Il-Gvern mhux qed ifisser kif qed jasal biex jghola l-prezz tal-fuel. Il-poplu ghandu dritt li jkun jaf ghaliex se jhallas aktar u kif qed jigu kkalkolati l-prezzijiet tal-fuel.

L-effett li din iz-zieda fuq il-fuel qed thalli u se thalli fuq l-ekonomija ta’ pajjizna huwa wiehed detrimentali. Iz-zidiet li kellna fil-prezz tal-fuel jehtieg li jigi indirizzat malajr l-aktar meta wiehed jiftakar li parti sostanzjali mill-prezz li jhallas il-poplu imorru f’taxxi.

Jekk il-Gvern qed jiehu sehem kbir minn dak li l-poplu qed ihallas, il-Gvern, f’din is-sitwazzjoni jehtieg li jkun ta’ spalla ghall-poplu u jaghti kumpens.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata