Il-Karnival issa gie u mar. Però din is-sena gie qabel zmienu u ndubjament xejjen kull entuzjazmu li normalment ikun marbut mieghu. Ghax x’jiswa li tistenna bil-herqa l-migja tal-Karnival meta dan qed nghixuh is-sena kollha fil-bini tal-Parlament.
U dan nghidu b’responsabbiltà.
Kellna diversi drabi fejn il-Gvern dahhaq il-poplu bil-mod kif iddikjara b’mod skorrett dak li verament sehh fil-Parlament.
L-ewwel att karnivalesk sehh meta waqt votazzjoni fil-bini tal-Parlament tan-naha tal-Gvern, wara li Membru min-naha tieghu vvota mal-Oppozizzjoni, ddikjaraw li membru min-naha tal-Oppozizzjoni, kienet ivvutat mal-Gvern.
Kienet dikjarazzjoni skorretta minn fuq sa isfel. Kien gie ppruvat illi dan ma kienx il-kaz. Kulhadd semghu r-recording tal-votazzjoni. Imma hallieha.
L-Oppozizzjoni kienet kuntenta li l-Gvern waqa’ ghaz-zufjett. Dahhaqna.
Imbaghad giet il-farsa l-ohra tas-sitt mitt ewro fil-gimgha. Zieda li l-Gvern hassa ekwa u gusta li jiehu fiz-zminijijiet tal-lum. Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari gew moghtija paga ta’ haddiem kull xaharejn. Nesa l-Gvern li lill-familji Maltin u Ghawdxin, kull ma ghaddielhom, sabiex jaghmel tajjeb ghal gholi tal-hajja, kienet €1.16 fil-gimgha.
Tal-misthija.
Imma dan ma kienx bizzej-jed. Aghar minn hekk irrizulta, u dan kif jirrizulta sew mid-Deputati tan-naha tal-Partit Laburista kif wkoll dawk tal-Partit Nazzjonalista, illi ghal sentejn u nofs shah is-Segretarji u Ministri Nazzjonalsiti kienu qeghdin jiehdu dawn il-flus minn wara dahar kulhadd. Tal-misthija imma aghar minn hekk huwa kaz serjissimu.
Sabiex dan seta’ jsir, kellu jkun hemm l-awtorizzazzjoni tal-Parlament. Imma dan ma sehhx. Karnivalata shiha.
U issa ohra gdida. Il-Whip Joe Mizzi javza ghal darba tnejn, tlieta lill-Ispeaker li kien qed iqajjem il-punt qabel l-Ispeaker jigi biex jaqra l-aggornament u ghageb tal-ghogbijiet jigi l-Ispeaker, wara li raqqad lil kulhadd jistennih ibazwar fir-risposta tieghu u jghid li l-Oppozizzjoni kienet qajmet l-punt taghha tard.
Karnivalata, oxxenità, ghidilha li trid.
Ninsabu nghixu f’perijodu tal-wahx. Dittatorjat. Pajjiz li nesa x’inhuma l-principji tad-dritt. Jitkazaw biz-zminijiet ta’ Mintoff. Dawk kienu zminijiet tad-deheb, imqabbla ma’ dawn il-hnizrijiet.
U tad-deheb f’kull sens. Flus fl-idejn kemm trid, fabbriki jifthu u mhux jaghlqu, kaxxa ta’ Malta qieghda tfur u x’naf jien
Il-farsa hi li llum il-poplu qed jokrob ghax il-flus naqsu u l-pajjiz mgharraq fid-dejn. Imma l-Gvern xorta jaghzel li jinvesti fil-bini ta’ bieb il-Belt. Binja li ma tirrifletti xejn in-natura tal-Belt li jaghti access ghaliha u f’teatru bla saqaf apparti l-bini tal-Parlament li ma ghandnix bzonnu fil-mument u jista’ jistenna.
Jekk dan kollu mhux karnival, x’inhu karnivalesk?

| < Prev | Next > |
|---|






