Bhala zaghzugh u kelliemi tal-Forum Zghazagh Laburisti matul il-workshop ferm interessanti tal-Konferenza Generali tal-PL mtella’ mill-Ghaqda Veterani Laburisti, kelli l-opportunità li niddiskuti kif it-tnaqqis fir-rata tat-twelid, it-tkabbir u popolazzjoni li xjahet, se jkunu qeghdin joffru sfidi godda.
Il-piz finanzjarju se jikber meta se ngarrbu telf ta’ persuni fl-età impjegabbli bl-ghadd ta’ persuni dipendenti fuq s-servizzi socjali jkomplu jizdiedu. Bhal passat, rridu nkun ahna li nharsu u nwessghu x-xibka tal-Istat Socjali filwaqt li naghtu l-ghajnuna kollha sabiex anqas persuni jkunu dipendenti fuq l-assistenza tal-Istat. Mhux billi nnaqqsu l-ghajnuniet jew in-numri ta’ dawk li jibbenefikaw, izda billi dawn jithaddmu tajjeb u b’incentivi ghall-alternattivi sostenibbli.
Irridu nkattru l-gharfien, b’mod partikulari fostna z-zghazagh, dwar pensjoni privata sabiex fuq zmien itwal, tkun sostenn ghas-sistema tas-Sigurtà Nazzjonali. Dan mhux sabiex l-Istat jabdika minn dmiru, izda biex din tkun ghodda biex issahhah u tassigura pensjoni ghal kulhadd. Dan il-mekkanizmu ghandu jixtarr b’ghaqal il-possibbiltà tas-shubija, sehem u hidma mas-settur privat. Eventwalment dan jwassal ghat-tkabbar tas-settur finanzjarju f’Malta u l-Istat jkun jista’ jzid il-profitti li jsiru mill-investimenti tal-fondi. B’hekk jkun jista’ jkabbar l-infieq tieghu filwaqt li jkun ta’ garanzija li l-flus mhallsa tassew jaghtu lura pensjoni xierqa lill-haddiema.
Irid jinstab bilanc ekwu bejn il-hajja tax-xoghol u dik tal-familja, b’sostenn xieraq lil persuni ta’ età aktar anzjana fil-familja u fil-komunità. Il-figura tan-nanniet qed tikseb aktar importanza fin-nukleu tal-familji zghazagh, bl-ulied jitrawwmu man-nanniet.
Dan jixhed kemm is-solidarjetà intergenerazzjonali hija essenzjali u kemm l-anzjani taghna huma sors liema bhalu ta’ gherf u esperjenzi, bil-hasra tkun li xi drabi dawn ma jintirtux mill-generazzjonijiet tal-lum.
L-investiment fiz-zghazagh u fl-edukazzjoni huwa c-cavetta sabiex tinbena socjetà ahjar ghall-gejjieni. Il-qasam tal-edukazzjoni jrid itejjeb settur iehor daqstant ghaziz ghalina, dak tas-sahha. Dan ghandu jaghti rilevanza lill-kura tal-anzjani.
Izjed studenti u zghazagh ghadhom jigu meghjuna u nkuraggiti f’istudji fil-kura tal-anzjani. Aktar carrier guidance u t-tkattir tal-opportunitajiet, aktar korsijiet godda f’numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi, u billi tassew naraw li kull student li kiseb il-kwalifiki u moghni bil-hiliet mehtiega, jkun jista’ jsegwi t-tahrig li jaspira ghalih, minghajr korsijiet b’numru maghluq ta’ studenti.
Ahna z-zghazagh irridu nkunu forza ta’ bidla ta’ xi drawwiet fis-socjetà. Konxji li l-mod ta’ kif ilkoll nghixu u nikkunsmaw jehtieg jinbidel, bl-isfidi ambjentali w fl-ippjanar tal-ibliet li ghandhom jigu indirizzati.
Irridu naraw li l-ispazju urban jigi adattat ghall-htigijiet tal-lum, nutilizzaw id-djar battala, naraw li kull familja u l-anzjani taghna jkollhom residenza ta’ dinjità u tal-oghla kwalità. Filwaqt li l-familji zghazagh nghin-uhom fil-bidu permezz ta’ housing tal-Gvern b’kera, nassistuhom sabiex ’il quddiem jqumu fuq saqajhom u jkollhom darhom, b’dik moghtija b’kera mill-Gvern, tghaddi ghand familja zaghzugha ohra u c-ciklu jkompli.
Hadd m’hu ta’ piz fuq is-socjetà u kulhadd jista’ jaghti sehmu ghal socjetà aktar sostenibbli, maghquda u attiva, li thares lejn il-futur b’ottimizmu u bil-konvinzjoni li l-isfidi prezenti se nsarrfuhom f’opportunitajiet.
Ahna z-zghazagh nghozzu l-gharfien u l-importanza tas-sehem tal-generazzjoni aktar matura u nemmnu bi shih s-solidarjetà intergenerazzjonali tista’ twassalna ghal success fil-gejjieni, b’pajjiz li jixraq lil uliedna.

| < Prev | Next > |
|---|






