Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kummenti u suggerimenti

E-mail Print PDF
ShareL-udjenza numeruza li attendiet ghas-seminar dwar l-edukazzjoni organizzat mill-Forum Zghazagh Laburisti  hadet sehem attiv f’din l-attività tant li saru diversi kummenti u suggerimenti.
Ingibu x’uhud:

Skejjel Specjalizzati: wasal iz-zmien li jkollna skejjel specjalizzati ddedikati, ghall-arti, drama, muzika. B’hekk naghtu cans lil dawk it-tfal li jridu, l-arti, il-muzika, ecc., filwaqt li jitghallmu l-hiliet bazici akkademici - Malti, Ingliz u Matematika - ikunu jistghu jiffukaw fuq dawn is-suggetti. Meta nholqu l-kulleggi, kellu jkun hemm kullegg li jkopru l-iskejjel tal-Arti, Drama, Muzika, ecc, izda dan gie mwarrab
Uniformijiet: Ma jistax ikun li nibqghu bis-sistema fejn mhux biss il-genituri qed ikollhom bilfors jixtru l-uniformijiet minn certu hwienet, izda whud ikollhom jergghu jonfqu l-flus biex jaghmlu l-alterazzjonijiet billi dawk li jfornu dawn l-uniformijiet qed jillimita l-qisien (sizes) tal-uniformijiet u allura jkunu kbar ghal tfal li l-istatura taghhom hija xi ftit zghira.
Rizorsi:  Filwaqt li kull ghalliem inghata lap-top, imbaghad fl-iskejjel m’hemmx ir-rizorsi kollha mehtiega biex isir uzu tajjeb mill-Informatika. Qed ikun hemm hafna hela ta’ flus il-poplu ghax qed jinxtraw kotba li jintuzaw ghal sena u mbaghad jitnehhew mill-iskejjel: ezempju l-Abacus, li ntrema ghax inbidlet is-sistema
Skejjel: Qed inkabbru l-iskejjel. Dan ikompli jkabbar il-problemi, specjalment fejn tidhol id-dixxiplina. Jekk ma hemmx dixxiplina ma tistax tghallem. Tfal mill-iskejjel tal-Knisja u Privati li ghandhom problemi kbar ta’ dixxiplina qed jintbghatu fl-iskejjel tal-Istat u dawn  ikollhom jitqannew bihom sa meta jitilqu mill-iskola. Filwaqt li qeghdin nibnu skejjel godda, imbaghad ghandna klassijiet fil-livell primarju li huma zghar u ghalhekk certu rizorsi ma jistghux jintuzaw u certu attivitajiet ma jistghux isiru.
Is-Sur Bencini qal li tajjeb li jinbnew skejjel godda, izda jekk m’hemmx flus  ahjar dawn jintefqu fir-rizorsi umani milli fuq il-gebel.
Tahrig: Saret proposta biex iz-zmien tat-teaching practice jintuza biex jinghata tahrig lill-ghalliema. Bencini qal li l-MUT wkoll kienet sostniet li kellu jsir uzu ahjar miz-zmien meta fl-iskejjel ikun hemm it-teaching practice.
Hargiet: Sar suggeriment li ghandu jsir fond biex jghinu lil dawk it-tfal li gejjin minn familji foqra biex ikunu jistghu jmorru l-hargiet li jsiru mill-iskejjel.
Kulleggi: Sa ftit zmien ilu kien hemm nies li ma riedux li jsir studju dwar il-Kulleggi biex ma jipperikolax li jkun hemm feedback negattiv. Sistema ta’ kulleggi digà bdiet tahdem sew f’diversi skejjel,  feedback qed niehdu minn dawn l-iskejjel? Ghax jidher li s-sitwazzjonijiet f’dawn l-iskejjel ma tantx huma sbieh, kemm f’dixxiplina , kemm f’affarijiet ohra. Ghal dawn il-kummenti s-Sur Bencini President tal-MUT qal li l-MUT kemm-il darba talbet l-Awtoritajiet biex issir evalwazzjoni, izda ma sar xejn  donnu dawn qed jibzghu li l-ghalliema ta’ dan il-kullegg kien se jkollhom kritika harxa ghall-mod kif temexxa dan il-progett pilota.
It-tfal - il-qalba tal-Edukazzjoni: Qed nahlu hafna energija fuq il-bini u jekk ikollna bini sabih, mela kollox mixi sew, izda qed nirriskjaw li ninsew problemi antiki fil-qasam tal-edukazzjoni... ninsew li l-qalba tal-edukazzjoni huma t-tfal, x’jigri fil-klassi. In-nuqqas tac-centru li jkun jaf x’qed jigri fl-iskejjel u aktar u aktar fil-klassijiet  qed iwassal biex certu affarijiet imorru zmerc. Tajjeb li nuzaw ricerka barranija u tal-Università ta’ Malta, izda aktar mill-ghalliema hadd ma jista’ pariri lill-Awtoritajiet.
Il-programm ghall-edukazzjoni tal-ahhar elezzjoni tal-Partit Laburista ma kienx wiehed perfett, izda kellu fic-centru tieghu l-istudenti ghax il-bidla trid issir fil-klassi. Izda flok ma nfetah dibattitu serju u kostruttiv dwar dan il-programm, min kellu intenzjoni partiggjana dawwar dan f’ballun politiku. Issa wara l-elezzjoni l-istess nies qed jghidu li l-edukazzjoni m’ghandiex tkun ballun politiku u nsew x’kienu ghamlu ftit qabel.
It-tfal qridnilhom it-tfulija taghhom. Ma nistghux nibqghu ndahhlu bidliet li ma jkunux studjati tajjeb, nesperimentaw fuqhom. Jehtieg li kull bidla tkun studjata sewwa u tkun taghmel sens ghall-istudenti.
Bzonnijiet Specjali:  Kien hemm hafna lmenti dwar id-dewmien biex tfal bi bzonnijiet specjali jinghataw l-ghajnuna mehtiega. Omm ilmentat mill-fatt li biex binha gie kklassifikat bhala li ghandu bzonn l-ghanjuna, ghaddew sentejn. Hija lmentat ukoll mill-mod kif binha kien qed jigi ttrattat fl-iskola.
Bench-marking: L-ezami tal-benchmarking ser isir ukoll fl-iskejjel privati u l-iskejjel tal-Knisja, izda dawn ghandhom ftehim mal-awtoritajiet edukattivi biex izda r-rizultati taghhom ma jigux ippubblikati. Izda filwaqt li dawn l-iskejjel se jkunu jistghu jqabblu r-rizultati taghhom ma’ dawk tal-iskejjel tal-Istat, hadd hliefhom mhux se jkun jista’ jqabbel ir-rizultati taghhom. Dan mhux sewwa ghax b’hekk mhux se jkollna stampa cara u shiha tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni lokali.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata