Kultant fil-hajja jkollna niccahdu minn certu affarijiet sabiex nissodisfaw ohrajn. Hemm min ma jaccettax din ir-realtà u hemm ohrajn li jissagrifikaw kollox sabiex iwettqu dak li jkollhom f’mohhhom. Il-personalità li RAMONA PORTELLI ntervistat illum huwa Charles Grech, wiehed minn dawk il-persuni li f’hajjtu kellu jghaddi minn diversi sagrificcji sabiex iwettaq il-holm li kellu f’mohhu.
Sirt nafu b’kumbinazzjoni, jew biex nghid hekk sar jaf bija u ghamel minn kollox sabiex ikkuntattjani. Fih rajt talent bi storja warajh ukoll, u allura b’hekk din l-intervista li fl-opinjoni tieghi tixraqlu.
Charles ghandu 44 sena, mill-Belt izda joqghod Haz-Zebbug. Kien membru tal-Korp tal-Pulizija, izda llum irtirat u qed jiddedika l-hin tieghu ghar-rectar u organizzazzjoni ta’ attivitajiet diversi. Maghruf aktar bhala Charlie Nova. Ilu jirrecta mis-sena 1997 b’waqfa ta’ tmien snin. Kif sostna hu stess mieghi – prattikament ghadu fil-bidu, però b’comeback qawwija, ghalkemm ukoll s’issa kellu hafna opportunitajiet sbieh f’din il-linja.
Staqsejtu minn fejn zvolga ezatt l-istage name tieghu. “Charlie Nova gie minghand coach minn Hollywood li kelli kuntatt mieghu xi snin ilu,” beda jghidli Charles, filwaqt li ddeskriva ruhu bhala ferriehi, pozittiv u ddixxiplinat.
Problemi familjari minhabba r-rectar
Minhabba n-natura ta’ xoghlu, Charles kellu jieqaf mir-rectar ghal tul ta’ zmien. B’hekk iddiskutejt mieghu dwar kif kien ihossu waqt dan il-perijodu, u anke dwar is-sagrificcji li kellu jiffaccja konsegwenza t’hekk.
“Kelli nieqaf ghal tmien snin shah, peress li kont membru tal-Korp tal-Pulizija u kont ninhatar espert tal-Qorti peress li kont scene of crime officer u l-Kummissarju hass li peress li kont naqdi funzjoni bhal din, kelli nirtira mix-xena artistika tieghi. F’dan il-perijodu kont inkun mdejjaq u frustrat ghall-ahhar, meta kont naf li ma stajtx nipprattika t-talenti tieghi,” beda jistqarr mieghi Charles.
B’hekk stajt nifhem li ghar-rectar Charles lest li jaghmel kull sagrificcju, anke li jkollu jwarrab ghal perijodu ta’ zmien. Hekk kif rega’ wasal iz-zmien li seta’ jkompli, fil-fatt kompla fejn halla. Tispikka hafna d-determinazzjoni fih ghal din il-karriera tant ghal qalbu. Fil-fatt kompla jispjegali, “Iva hekk hu. Sahansitra ghaddejt minn separazzjoni minn mal-mara minhabba f’hekk. Ir-rectar jitlob attenzjoni u dixxiplina massima. Trid tinvesti hafna u hafna hin ghalih, min irid jiehu din l-arti bis-serjetà.
Trid tirrispetta lill-kast u l-kru u lil ta’ madwarek ukoll. Jien nghid li ghandek tirrispetta n-natura, il-kosmos u kull ma fih u b’mod specjali lill-hallieq ta’ dan kollu. L-attur huwa universali, l-arti tieghu m’ghandix limitu, la età u l-anqas xkiel. L-attur huwa hieles, l-attur huwa ribell dixxiplinat. Dan dejjem fl-opinjoni tieghi,” zied jghidli Charles.
Matul is-snin, Charles stinka u hadem u anke ha xi korsijiet barra minn xtutna f’Londra dwar ir-rectar. Iddiskutejt mieghu dwar jekk ihossx li dan kienx ta’ vantagg ghalih.
“Iva, dan il-fatt gheni hafna peress li hemmhekk l-attur huwa hieles minn kull inibizzjoni kemm religjuza u anke xorta ohra. Mhux qed nghid li m’hemmx forom ta’ censura, imma m’hemmx predominanza religjuza. L-anqas ma qed nghid li wiehed ghandu jkun immorali fl-interpretazzjoni tieghu. Wara kollox l-attur jinterpreta dak li kiteb il-kittieb u bil-mod kif jidderiegi d-direttur.
L-attur huwa strument ta’ dawn it-tnejn imsemmija. Nghid ukoll li hawn Malta jezistu skejjel tad-drama ta’ livell gholi. Fil-fatt jiena bdejt hawn Malta fid-Drama Centre ta’ Blata l-Bajda. Interpretajt bosta karattri. Ma jonqsux Shakespeare, Teatru Grieg u kontemporanju. Tharrigt taht John Suda, Paul Portelli, Carmel S. Aquilina, Manwel Cauchi, u Tony Bezzina fost ohrajn.
Gara li hekk kif kont temmejt kors lokali, gejt imsejjah mill-habib kbir tieghi, kif ukoll attur bravissimu Mario Micallef sabiex niehu sehem fid-dramm ta’ Joseph Vella Bondin – Kull Gieh u Glorja. Qatt ma harist lura minn dan iz-zmien ’l hawn, anzi sahansitra hadt sehem f’diversi drammi ohrajn permezz ta’ Mario, kif ukoll ghal fuq it-televizjoni, films, reklami lokali u anke diversi produzzjonijiet internazzjonali, sa-kemm gejt ordnat nieqaf hesrem lura fis-sena 2001”.
Kompla jghidli li fis-sajf li ghadda kien gie riferut lid-direttur minn Hollywood residenti l-Kanada – Mario Phillip Azzopardi u l-produttur Lino Farrugia, minghand il-habib tieghu kif ukoll attur bhalu Alan Fenech. Charles kien ghamel audition u gie maghzul ghad-dramm li ttella’ fit-Teatru Manoel fl-ahhar ta’ Frar li ghadda intitolat Xbiehat ta’ Xi Whud li Huma Kattolici, fejn Charles kien qed jinterpreta lil Wenzu tal-Karettun u Sagristan.
Barra minn hekk dawk kollha li ghandhom ghal qalbhom il-muzika tas-snin tmenin, kif ukoll il-muzika tal-kantant popolari Malti - Freddie Portelli, ghandhom serata unika x’jistennew. Din ser tkun attività mhejjijja mill-istess Charlie Nova.
Din l-attività ser tittella’ fin-Nigret Night Club fir-Rabat, nhar l-Erbgha 30 Marzu 2011.
Tattiki specjali biex jitghallem il-versi
Charles kellu opportunitajiet ukoll li jidher fic-cinema. Fil-fatt hadem zewg non-speaking parts fuq zewg films tac-cinema – Munich u Gladiator. Kellu x-xorti li jkun hdejn Steven Spielberg waqt il-gbid tal-film Munich u rega’ ltaqa’ ma’ Adam Somner li kien l-assistent direttur f’dan il-film. “Adam kien hawn fuq Gladiator ukoll; fil-fatt sirt nafu fuq dan il-film. Ifhimni, nahdem ma’ min nahdem dejjem niehu gost ghax dejjem taghmel hbieb u kuntatti godda. Ma nahsibx li ghandi xi preferenzi, però ghandi bosta aspirazzjonijiet,” insista mieghi Charles.
Issa li Charles irtira mis-servizz, irid li jidhol b’ruhu u b’gismu fil-qasam tal-ispettaklu. Mhux bhala attur biss, izda sahansitra bhala prodottur jew script writer u talent agent ukoll. Xtaqtu jizvela mieghi liema tattici juza sabiex attur bhalu jitghallem il-versi kollha bl-amment.
“Sabiex insahhah il-long term memory tieghi, nuza hafna meditazzjoni, serjetà, ezercizzju fiziku, ikel bnin u studju ripetut tal-versi tieghi, kif ukoll ricerka abbinata mal-iscript jew plot li jkolli.
Fl-ahharnett Charles temm din l-intervista mieghi billi sahaq mieghi li ghad hemm hafna affarijiet f’mohhu li jixtieq jaghmel. Xtaq ukoll jghaddi messagg lill-qarrejja.
“Wiehed ghandu jibqa’ jistinka u jippersevera f’dak li jhoss u jemmen li ghandu jaghmel, u fl-ahhar iwettqu – jien konvint minn dan,” sostna Charles.

| < Prev | Next > |
|---|






